Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1382681
26 oroskopju IL-ĦADD 13 TA' ĠUNJU 2021 It-Tielet ġimgħa fiż-żodjaku ta' GEMINI Mill-Ħadd 13 ta' Gunju sas-Sibt 19 ta' Ġunju Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Fit-tielet ġimgħa taż-żodjaku ta' Gemini għalik Aquarius ser ikun dak il-mument ta' indikazzjoni ta' kif għandek tkattar iżjed lilek innifsek, mhux għax mhintiex twettaq dan iżda int trid tgħaraf aktar kemm huwa mportanti li tkun komplut, kemm int kapaċi toffri aktar , emmen aktar fik innifsek.Kuluri favoriti ma' Aquarius huma il-blu u r-roża.L-aktar jum ideali għalik huwa dak ta' Tnejn.Aquarius huma magħrufin li jimxu mal-mument. Namaste KOMPETIZZJONI Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Fit-tielet ġimgħa taż-żodjaku ta' Gemini għalik Pisces ser ikun mument ta'pjannar ta' kif int għandek aktar issaħħaħ lilek innifsek. Fejn int ser tgħaraf kemm trid tgħaraf tagħti aktar spazju aktar lejn l-iskeda tiegħek. Dan sabiex int tkun tista'torganiżża ferm aktar lilek innifsek u kif ukoll il-madwar tiegħek.Kuluri favoriti ma' Pisces huma griż u isfar.L-aktar jum ideali għalik huwa dak tas-Sibt.Pisces huma magħrufin għat- tmexxija ntensiva tagħhom. Namaste Aries mill-21 ta' Marzu sat-19 ta' April Fit-tielet ġimgħa taż-żodjaku ta' Gemini għalik Aries ser ikun dak il-mument fejn fin-nuqqas ta' motivazzjoni li bħal qisu tli dan l-aħħar, bil-mod terġa tibda'tkattar dak li hemm meħtieġ u li hemm bżonn. Għalhekk int issa għandek il-mument ta' opportunita' li tgħaraf tħares il-quddiem b'aktar determinazzjoni. Kuluri favoriti ma' Aries huma l-iswed u l-vjola.L- aktar jum ideali għalik huwa dak tat-Tlieta.Aries huma magħrufin għat tfasil iddettaljat tagħhom. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju Fit-tielet ġimgħa taż-żodjaku ta' Gemini għalik Taurus ser ikun il- waqt oppurtun sabiex int tinduna kemm trid tgħaraf issarraf aktar ħiltek. Fil-ħajja ta' madwarek ma' hemm xejn iggarantit u ma rridu nieħdu xejn iggarantit għax dan ikun żball.Għalhekk għaraf u emmen sew f 'ħiltek għal dak it -tibdil li hemm riesaq lejk.Kuluri favoriti ma' Taurus huma il-kanella u l-abjad. L-aktar jum ideali għalik huwa dak tal-Ħamis. Taurus huma magħrufin bħala persuni ta' komunikazzjoni pożittiva. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal- 20 ta' Ġunju Fit-tielet ġimgħa taż-żodjaku ta' Gemini għalik listess Gemini ser ikun mument ta' ħsibjiet aktar profondi dwar eżattament fejn int trid tasal mid-diversi pjanijiet li hemm iduru madwarek. Pero' l-aktar importanti huwa jekk intiex lest għal dik ir- responsabbilita' ġdida u dan minħabba l-involviment vast li int għandek.Kuluri favoriti huma l-orange u l-isfar. L-aktar jum ideali għalik huwa l-Erbgħa. Gemini magħrufin bħala persuni ta' moral effettiv ħafna. Cancer mill-21 ta' Ġunju sat- 22 ta' Lulju Fit-tielet ġimgħa taż-żodjaku ta' Gemini għalik Cancer ser ikun il-mument opportun sabiex tgħaraf aktar lilek innifsek, dan kemm għal ħidma tiegħek u kif ukoll għal ma' dawk li huma viċin sew tiegħek. Għalhekk issa huwa dak il-waqt li int għandek tgħaraf verament minn huma l-vera ħbiebġenwini.Kuluri favoriti ma' Cancer huma il- kannella u l-aħmar.L-aktar jum ideali għalik huwa dak tal-Ġimgħa.Cancer huma magħrufin għal ispontanjeta' tagħhom. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Fit-tielet ġimgħa taż-żodjaku ta' Gemini għalik Leo ser ikun il- waqt fejn int ser tqawwi aktar lilek innifsek sabiex ma terġax tirrepeti dak li ġara fil-passat, anzi żgur ser tkun qed twettaq il-kontra u dan żgur ser iqqawwilek il- moral ta' kif ser tibda twettaq il-ħtiġijiet li huma bżonjużi għat-tkattir tiegħek.Kuluri favoriti ma' Leo huma l-aħmar u lewn id-deheb.L-aktar jum ideali għalik huwa dak tal- Erbgħa.Leo huma magħrufin għas-sensittivita' tagħhom. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat- 22 ta' Settembru Fit-tielet ġimgħa taż-żodjaku ta' Gemini għalik Virgo ser ikun mument ta' iżjed għarfien profond għax minn din il-ġimgħa int ser tagħmel il-pożizzjoni tiegħek aktar stabbili u għalhekk issa ser ikun il-mument opportun sabiex tkompli tissaħħaħ f 'dak li int temmen fih. Għalhekk għaraf ħares il-quddiem sabiex tistabilixxi aktar.Kuluri favoriti ma' Virgo huma l-aħmar u l-isfar.L- aktar jum ideali għalik huwa dak tat-Tnejn.Virgo huma magħrufin għal komunikazzjoni tagħhom. Namaste Libra mit-23 ta' Settembru sat- 22 ta' Ottubru Fit-tielet ġimgħa taż-żodjaku ta' Gemini għalik Libra ser ikun mument tajjeb ta' kif int tista' ittejjeb il-madwar tiegħek. Dan sabiex int tkun tista' tqassam u tippjana aħjar is-sitwazzjoniet kollha ta' madwarek sabiex minn issa l-quddiem int tkun tista' tibni aħjar il-madwar kollhu tiegħek. Irrifletti.Kuluri favoriti ma' Libra huma il-blu u l-oranġjo.L-aktar jum ideali għalik huwa dak tas-Sibt.Libra huma magħrufin għal istabbilita' tagħhom. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sal- 21 ta' Novembru Fit-tielet ġimgħa taż-żodjaku ta' Gemini għalik Scorpio ser ikun mument ta'riflessjoni profonda bejn dak li wettaqt fil-passat għal dak li qed twettaq fil-preżent u għalhekk huwa ferm importanti li żomm lilek innifsek ikkonċentrat. Grazzi għal dan int ser taqbad dak ir-ritmu li int tant rinomat għalih.Kuluri favoriti ma' Scorpio huma il-kannella u l-oranġjo.L-aktar jum ideali għalik huwa dak tat-Tlieta.Scorpio huma magħrufin għal motivazzjoni tagħhom. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru Fit-tielet ġimgħa taż-żodjaku ta' Gemini għalik Sagittarius ser ikun mument ta' aspirazzjoni f 'dak li int verament tixtieq tibda twettaq minn issa. Għalkemm dan jista' jkun mument ta' eċitament għalik, żgur li jekk int tgħaraf tirrefletti u tiffokka sew ikun żgur li dak li int verament tixtieq iseħħ.Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma l-abjad u l-oranġjo.L-aktar jum ideali għalik huwa dak tal-Ħamis.Sagittarius huma magħrufin għad direzzjonijiet pożittivi tagħhom. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Fit-tielet ġimgħa taż-żodjaku ta' Gemini għalik Capricorn ser ikun mument ta'opportunita' wiesgħa għal dak it-tkabbir u stabilita' li tant kont ilek tistenna. Dan ser ikun mument ferm interressanti għalik għax ser ilaqqgħek ma' aktar kuntatti u bis-saħħa ta' dawn il-kuntatti ġodda int tista' tevolvi ferm aktar minn dak li int illum. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma l-isfar u l-vjola.L-aktar jum ideali għalik huwa dak tal-Ġimgha.Capricorn huma magħrufin għal kemm huma nies ta' fehma soda. Namaste L-ewwel Premju: Voucher ta' skont ta 25% fuq il-pubblikazzjonijiet kollha ta' PaulJon. It-tieni Premju: Voucher bi skont ta' 10% fuq trattament tas-sbuħija, mogħti minn Angels and Crystals Beauty Wellness Salon. It-tweġiba għall-mistoqsija tal-ġimgħa li għaddiet kienet: Is-seba' Żodjaku L-ewwel premju ntrebaħ minn: RoseAnnne Attard mill-Iklin It-tieni premju ntrebaħ minn: Maxine Licari minn San Ġiljan Mistoqsija sempliċi għall-kompetizzjoni tal-ġimgħa d-dieħla: Iż- żodjaku ta' Gemini ma liema staġun jintemm: ma' dak tal-Ħarifa, tar- Rebbiegħa jew ma dak tas-Sajf? PaulJon, Kompetizzjoni '' ILLUM '' Po Box 27 Paola. It-tlettax taż-żodjaku ta' GEMINI In-numru 13 huwa numru kontroversajli, jiġi imqabbel ma' diversi sitwazzjonijiet minn aspetti differenti. Ħafna pajjiżi fid-dinja iqisu in-numru 13 ma' ħafna tardizzjonijiet, leġġendi u anka realtajiet. Fil-kontinent tal-Asja hu meqjuż bħala li jwassal kuntentizza ,sliem u paci filwaqt li fil-Gran Brittanja n-numru 13 jiġi maqbuż , fi Franza u l-Italia dan huwa numru tal-fortuna u marbut ma' diversi avvenimenti importanti! Fiż-żodjaku ta' Gemini n-numru 13 ser iwassal għal ħeġġa, trankwillita', serħan u motivazzjoni. Joffri ukoll tkabbir finanzjaru, filwaqt fl-imħabba joffri ippjanar ta' wild ġdid. Għal aktar informazzjoni tista' ssibhom fil-ktieb riċenti tiegħi ''PaulJon bl- Oroskopju Għalik''. Namaste