Illum previous editions

ILLUM 13 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1382681

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 27

15 kultura illum • IL-ĦADD 13 TA' ĠUNJU 2021 Taljan Marco Foppoli jagħti laqta aktar kontemporanja lill-armi araldiċi li jiddisinja. "Bdejt ninteressa ruħi ta' ħames snin, meta zija tiegħi mdaħħla fiż- żmien semmietli l-arma araldika tal-familja tagħna. Mimli kurżità, f 'qasir żmien bdejt infittex u nitħarreġ dwar l-armi u l-araldika. Affaxxinajt ruħi bil-kuluri vibranti, l-eleganza tal-figuri, u l-enerġija li tleħħ minnhom." Għal snin twal Marco ħadem bħala illustratur diġitali f 'aġenziji tar-reklamar, iżda għal dawn l-aħħar 25 sena ħadem esklużivament fuq l-arti araldika, li fi kliemu tgħaqqad il-passjoni tiegħu għall-istorja u dik għall-arti grafika f 'unjoni perfetta. "Is-sigriet kien li fil-kreazzjonijiet tiegħi napplika l-għarfien tiegħi bħala illustratur professjonali mal- użu ta' tekniki tradizzjonali bħal linka, tempera u akkwarelli, biex b'hekk niddefinixxi l-istil araldiku personali tiegħi li sab apprezzament minn dilettanti u klijenti." Talent lokali ieħor huwa dak tal- artista u għalliema tal-arti Sephora Baldacchino, li wkoll toħloq armi araldiċi f 'isem l-Uffiċċju Araldiku ta' Malta, wara li ilha titħarreġ fl- arti araldika għal dawn l-aħħar sentejn. Magħrufa l-aktar għat-tpinġija tal-uċuħ, Sephora spjegatli kif kienet l-imħabba tagħha għad- dettall li dawn jinvolvu li ħajritha titgħallem ukoll dwar l-arti araldika. Hija spjegatli kif dawn id- dettalji jaslu għandha wara li l-ewwel il-persuna interessata fit-tfassil ta' arma araldika ġdida tiltaqa' mal-Kap Araldista, Dr Charles Gauci, li mbagħad jittraduċi fi kliem dak li għandu jitpinġa mill-artisti skont ir- regoli ta' din l-arti antika. Għalkemm l-għodod, il- materjali u l-metodi bażiċi użati mill-artisti araldiċi ma tantx inbidlu tul dawn l-aħħar snin, Sephora spjegatli wkoll kif hija sabet l-isfond tagħha fl-arti diġitali utli ħafna biex tkun tista' tfassal skeċċ fil-bidu tal-proċess. L-armi araldiċi kollha mogħtija jew reġistrati mill-Kap Araldista ta' Malta jsiru taħt l-awtorità ta' Heritage Malta u huma rikonoxxuti b'mod sħiħ mill- Istat. Għal aktar informazzjoni dwar dan tista' żżur https:// heritagemalta.org/heraldry-in- malta-home-page/ Barra minn hekk, taħdita bla ħlas li għadha kemm ixxandret minn Heritage Malta dwar l-araldika, fejn il-Kap Araldista nnifsu daħal f 'aktar dettall dwar din l-arti, issa tista' titgawda fuq il-Youtube channel tal-aġenzija.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 June 2021