Illum previous editions

ILLUM 13 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1382681

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 27

17 letteratura illum • IL-ĦADD 13 TA' ĠUNJU 2021 Mark Vella jistħarreġ ir-relazzjoni bejn id-diskors u l-poter fil-punt kritiku fejn il-letteratura ta' xeħta politika potenzjalment tissarraf f'attiviżmu li jmur lil hinn mill-karta. Ħarsa lejn ir-rumanzi L-Aqwa Żmien ta' Immanuel Mifsud u Għall-Glorja tal-Patrija! ta' Aleks Farrugia, fid-dawl tal- konferenza riċenti dwar l-istat tan-nazzjon u l-ġrajjiet u l-kontroversji li laqtu l-industrija tal-kotba l-umanità b'nuċċali poetiku, saħansitra ċinematografiku, bħal fin-novella eċċezzjonali 10718, u speċjalment lejn ir- ruħ weħidha f 'dinja dejjem aktar inkomprensibbli. Daqs il-vjolenza ta' kuljum li issa niskrolljawha minn filmat għall- ieħor fuq il-midja soċjali. Imma forsi din ir-realtà hija qrib wisq tagħna? Jeħtieġ is-soltu distanza taż-żmien biex wieħed jistħarreġ sew il-mument storiku, jew inkella l-kittieb il-ġdid jeħtieġ jirfina l-għodod tiegħu? Aleks Farrugia igawdi mbagħad mid-distanza storika deliberata, fejn jgħaddi minn fuq il-mumenti ewlenin tal-istorja Maltija, fosthom il-waqtiet li saru mitiċi fl-immaġinarju kollettiv (anki kif deliberatament ippropagati mis-setgħa), u jaffordja jinterpreta mill-ġdid, huwa wkoll, il-ġrajja lil hinn min-narrattiva dominanti. Għaliex, fl-aħħar mill-aħħar, liema huma l-aqwa żminijiet? Għal Farrugia, jafu kollha huma l-agħar, anki jekk affrontati b' ironija u umoriżmu kkontrollati. Għalkemm ovvja li l-istorja tinkiteb mir-rebbieħa, Farrugia jaqbad il-verità ta' din il-klixè, u jagħfas fuq l-interpretazzjoni tal-poter, mhux neċessarjament biex irebbaħ lit-telliefa li l-istorja ma rreġistrathomx, iżda aktar biex jiddemitizza figuri jew personaġġi permezz tal-kixfa ta' kif eżerċitaw il-poter u l-istatus tagħhom. L-istil ta' Farrugia, sostnut u ekwilbrat tul ir-rakkonti kollha, ifakkar ħafna fid- divertimenti ta' Alfred Sant jew anki f 'Taħt il-Kappa tax- Xemx ta' Karl Schembri, fejn il-veritajiet uffiċjali jispiċċaw jieħdu suriet grotteski u surreali meta mgħoddija mill- għarbiel immaġinattiv. Ħarsa li togħxa tilgħab bil-konfużjoni li ġġib magħha s-satira, bil- qlib tar-rwoli u bil-perspettivi kontinwament jinbidlu, u aktar milli l-għeluq ta' perspettiva rassenjata li tħallina fejn aħna, tittantana dwar x'inhuma tassew id-dinamiċi attwali tas-setgħa. Imma l-paraguni sfortunament odjużi, u l-kwistjoni tal-impenn f 'żewġ xogħlijiet politiċi bħal dawn ikollha bilfors tmur lil hinn mill-paġni miktuba. Jekk Mifsud forsi 'dineb' għax ħalla li jintrikeb mill-pubbliċità, jew inkella approfitta mill- mument storiku eċċezzjonali, għad irridu naraw jekk Farrugia jittraduċix il-potenzjalitajiet tal-kitbiet tiegħu għal azzjoni rilevanti (jekk, wara kollox, irid). Li tmur lil hinn mit- talking head mistieden, u eqreb lejn il-pożizzjonijiet kostanti u konsistenti ta' Mifsud il-kittieb- attivista impenjat, li jistħarreġ ir-realtà politika u soċjali aktar mil-lenti tal-astrazzjoni milli b'għanijiet programmatiċi. Il- kontroversja sfortunata li kellna milux dwar il-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura taf tpinġi b'mod konkret dawn id- differenzi: l-eliminazzjoni ta' Farrugia u d-difiża tiegħu minn Alfred Sant, saret mingħajr ma' Farrugia qatt ħareġ għonqu darba, ħlief meta ġie ċċitat li jifhem li kien qed jintmesslu d-dritt tal-assoċjazzjoni. Ċans ieħor tad-deheb biex l-awtur jitkellem, daqs kemm hi opportunità kbira l-konferenza u l-istedina bil-barka tal-President tar- Repubblika. Kienet diskussjoni politika ironikament imqanqla mir-rekwiżit tal-apolitiċità tal-Premju, fejn donnu ma nftiehmux l-implikazzjonijiet gravi tas-sjieda politika, f 'dan il-każ tal-komunikazzjoni u tal- kultura.. Imma din l-opportunità għal diskussjoni rilevanti nħliet fost it-tosku tal-partiġġjaniżmu, u min kellu jitkellem, jew baqa' sieket jew tkellem xi ħadd ieħor, leħnu jwassal aktar, għalih. Mill-istejjer mġienen li naqraw fl-aħbarijiet li qed iriegħdulna l-ftit ċertezzi li seta' kellna, u li sirna mmissuhom b'idejna dejjem aktar malli nirfsu barra l-bieb, sal-qagħda immutabbli ta' kif id-diskors tagħna irid b'xi mod xorta waħda jiġi ddettat mill-intervent tal-qaddis jew tal-partit (jew tat-tnejn f 'persuna waħda), anki il-kitba u x'nagħmlu biha, u l-mod kif nagħżlu meta u għala nsemmgħu leħinnha, jgħidu ħafna, jgħidu wisq, dwar l-istat tan-nazzjon. L-Aqwa Żmien ta' Immanuel Mifsud (KKM, 2020) €12, u Għall-Glorja tal-Patrija! ta' Aleks Farrugia (SKS, 2020) €15, jistgħu jiġu akkwistati mil-librara ewlenin. Aleks Farrugia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 June 2021