Illum previous editions

ILLUM 13 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1382681

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 27

D ejjem nisma' u nitgħal- lem b'umiltà. Bħala kandidat għall-elez- zjoni ġenerali fuq is-6 Distrett li jinkludi lil Ħal Qormi, is-Siġġiewi, Ħal Luqa u Ħal Mula, kuljum inżomm kuntatt kontin- wu mal-elettorat. Dan nagħmlu permezz ta' bosta telefonati u home visits. Il-kuntatt personali man-nies u l-familji kollox. Matul l-aħħar disa' snin bħala kunsillier u issa Minority Leader f 'Ħal Qormi, żammejt kuntatt kontinwu mal- Qriema kollha. Issa wessajt il-ħidma tiegħi fis-Siġġiewi, Ħal Luqa u parti minn Ħal Mula f 'Ħaż-Żebbug bħala kandidat ġdid għall-Kamra tar-Rapprezentanti. Kuljum inħares 'il quddiem biex niltaqa' man-nies u nitgħallem. "Ma nistax nixtri propjetà" Din il-ġimgħa żort familja li tikkonsisti mill-ġenituri ta' madwar sittin sena u żewġ t'ibniet. Waħda diġà żżewġet u tgħix mar-raġel. L-oħra għandha 34 sena u għadha tgħix mal-ġenituri. Filwaqt li l-ġenituri jsegwu ħafna x-xena politika lokali, din it- tfalja mill-ewwel qaltli li ma tantx tinteressaha l-politika. Komplejna nitkellmu u staqsejtha xi ħaġa li tixtieq li jien nitkellem u niffoka dwarha. Mill-ewwel ħatfitni fil- kelma: "il-prezz tal-propjetà", qaltli b'mod assertiv. Din it-tfalja spjegatli kif taħdem ġo fabbrika u li riċentament laħqet bħala supervisor. Qaltli li hi bil- għaqal, m'għandix lussu u tixtieq li tixtri propjetà ħalli tmur tgħix għal rasha. "Iżda dan kollu ma nistax nagħmlu. Il-prezz tal-propjetà hu wisq għoli. Bil-paga li għandi bil- kemm nista' nieħu self għal fuq garaxx. Iktar kemm nikber iktar issir diffiċli biex nissellef. Inħoss li l-Gvern mhux qed jagħti kasna. Ma nafx x'nista' nagħmel iktar". Il-pagi fl-aħħar snin bil- kemm iċċaqilqu, imma l-prezz tal-propjetà spara 'l fuq. Prattikament sar diffiċli ferm għal peruna waħedha biex tixtri propjetà residenzjali sura. "Kollox bil-mijiet tal-eluf sirna llum. Anke biex tixtri biċċa appartament trid tissallab. Fejn se naslu? Se nibqgħu sejrin hekk? Irridu min jaqbeż għalina", kompliet tgħidli. Dan hu s-sentiment ta' ħafna żgħażagħ li qed ifittxu biex jixtru propjetà. Qed jaqtghu qalbhom li xi darba jaslu. Ma jifilħux iktar. Il-pjaga tal-prekarjat Il-prekarjat - kelma li nisimgħu ħafna fix-xena politika. Kelma li ilna nisimgħu biha s-snin. Xi minn daqqiet tintuża minn persuni fil-poter mingħajr ma jafu verament xi tfisser. Żgur li ħadd ma jista' jifhem l-inġustizzja li jġib miegħu l-prekarjat daqs dawk li qed jgħixuh. Waqt il-home visits niltaqa' ma' ħafna każijiet ta' persuni li qed jaħdmu fil- prekarjat. Ħaddiema li joħorgu filgħodu kmieni, jgħerqu l-għaraq ta' ġbinhom, biex jirritornaw lura lejn darhom b'paga miżera. Hemm numru ta' setturi ta' ħaddiema li jinsabu fil- prekarjat, fosthom hemm: uffiċjali tas-sigurtà, carers u oħrajn li jaħdmu fil-qasam tat-tindif. Riċentament dħalt għand familja; koppja li qed irabbu tlett itfal. B'rasu baxxuta u b'leħen miksur qalli li ma jaqbadx paga ta' elf ewro f 'idejh fl-aħħar tax-xahar. "Meta jdaħħluna Ħdud u festi bis-siegħa, siegħa, għaliex saru jippreferu jdaħħlu l-barranin minnha. Paga m'għandix. Xogħol insib imma bl-istess paga jew saħansitra inqas. Allura qatt ma nagħmel il-kuraġġ biex niċċaqlaq. Minix nara futur tajjeb". Il- mara tiegħu taħdem f 'xogħol klerikali fuq bażi part-time biex tkun tista' tlaħħaq mal- familja. "Nixtieq nagħmel iktar siegħat imma ma nistax nabbanduna t-tlett itfal. Aħna veru noqogħdu bil-għaqal imma bil-kemm qed inlaħħqu mal-ispejjeż. L-ikel, il-materjal għall-iskola tat-tfal, il-mediċini u l-kontijiet jifilġuni. Naf oħrajn qegħdin agħar minnha", qaltli b'ton ta' dieqa. Din il-koppja għallmitni ħafna. Din hi r-realtà għal bosta persuni li qegħdin f 'xogħol prekarju. Ħaddiema li jridu li uliedhom ikunu aħjar minnhom u lesti jagħmlu kollox għalihom. Ġenwinament qed iħossu li m'hemmx opportunità għal xogħol b'pagi aħjar u li jrendu. "Naħseb fih il-ħin kollu" Waqt il-home visits tiltaqa' ma esperjenzi varji. Kull esperjenza tgħallmek. Iltqajt ma' min sar missier jew omm għall-ewwel darba. Iltqajt ma' min sar nannu jew nanna għall-ewwel darba. Iltqajt ma' min ikun ferħan li ġemma u xtara karozza jew mutur u ltqajt ukoll ma' min ikun għadda minn xi eżami jew kiseb riżultati tajbin wara xi viżta l-isptar. Iżda niltaqa' wkoll ma' esperjenzi xejn sbieħ. Il-ġimgħa l-oħra ltqajt ma' anzjana li aktar kmieni din is-sena tilfet lir-raġel tagħha minħabba l-pandemija COVID-19. Lil din l-anzjana nafha u kont naf lir-raġel tagħha wkoll. Il-funeral, li jien attendejt, kien sar ftit tal-ħin wara li miet. "Kollox ta' malajr", qaltli bid-dmugħ f 'għajnejha. "Kollox f 'daqqa. Għadni lanqas nista' nemmen. Nimmissjah wisq", qaltli waqt li kienet qed tiċċassa lejn wieħed mill-ħafna ritratti tiegħu li ssib ġo frames ta' kull daqs fis-salott. Wara kważi 60 sena jafu lil xulxin, qas stajt nimmaġina minn xiex kienet għaddejja. "Ma nafx x'se nagħmel mingħajru. It-tfal jieħdu ħsiebi u nara lil xi ħadd minnhom kważi kuljum. Imma jien u r-raġel konna nkunu dejjem flimkien. Kif se ngħaddi mingħajru? X'se nagħmel waħdi?" Din kienet waħda mill- iktar esperjenzi diffiċli li ltqajt magħhom dan l-aħħar. Esperjenzi u tbatijiet li titgħallem minnhom. Esperjenzi li jgħinuni nkompli nħoss il-polz tan-nies. Se nibqa' nisma' u nitgħallem biex tassew noffri n-nifs ġdid li għandha bżonn il-politika f 'pajjiżna. 22 opinjoni IL-ĦADD 13TA' ĠUNJU 2021 • illum Nisma' u nitgħallem b'umiltà Jerome Caruana Cilia huwa kandidat tal-Partit Nazzjonalista fuq is-sitt distrett Jerome Caruana Cilia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 June 2021