Illum previous editions

Illum 05 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1407668

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 05 TA' SETTEMBRU 2021 Carmel Bonnici Il-film mużikali - The Phantom of the Opera Fil-West End ta' Londra The Phantom of the Opera kienet it-tieni musical li l-aktar damet tintwera wara Les Miserables. B'kollox, mad-dinja kollha dan ix-xoghol klassiku daħħal aktar minn $5 biljun dollaru. Fuq Broadway, fi New York biss qala' madwar $845 miljun dollaru. Phantom kien l-aktar divertiment ta' suċċess li għamel profitt sakemm għaddih The Lion King. Aktar minn 130 miljun persuna raw din ix-show f '145 belt madwar 27 pajjiż u sikwit terġa' tkun irxuxtata f 'Londra u New York. Triomf ta' din il-kwalita', naturalment, ġibed l-attenzjoni tal-produtturi tal-films biex jaħdmu verżjoni ċinematografika ħalli jilqgħu aktar spettaturi. The Phantom Of The Opera kif addattat għal fuq il-liżar il-kbir ħareġ ftit qabel il-Milied tas-sena 2004 u din kienet koproduzzjoni Brittanika/Amerikana. L-istorja tal-film mużikali hi din: Pariġi 1919: Ix-xwejjaħ Raoul de Chagny (James Fox) jiftakar f 'avvenimenti li ġraw 50 sena qabel. Firmin (Ciaran Hinds) u Andre' (Simon Callow), żewġ negozjanti tar-raċanċ jieħdu f 'idejhom it-teatru Opera Populaire. Iż-żagħżugħ Vicompte Raoul (Patrick Stewart), patrun tat-teatru, jiskopri li Christine Daae' (Emmy Possum), il-maħbuba tiegħu tat-tfulija, tista' tkanta bħala prima donna biss jekk La Carlotta (Minnie Driver) tkun indisposta. Christine kienet ġiet imħarrġa mill-Fantażma (Gerard Butler), bniedem sfigurat b'maskra biex jaħbi nofs wiċċu, li jħobb ħafna l-mużika u li għandu għar taħt it-teatru. Meta Carlotta titlaq minn ġo wirja, Christine tieħu l-parti tagħha u tagħmel suċċess kbir. Il-Fantażma jeħodha fil-għar tiegħu fejn hi tirrabja sewwa u anki tneħħilu l-maskra. Raoul u Christine iġeddu l-imħabba tagħhom u l-Fantażma jsir ġeluż. Firmin u Andre' jirruftaw li jħallsu tribut lill-Fantażma, fejn hu jibgħatilhom nota ta' minaċċja kif ukoll jgħallaq lill-wieħed mill-ħaddiema tal-palk. Wara li jkun preżenti fil-ballu bil- maskra tat-teatru, r-rabja tal- Fantażma ghal Raoul u Andre' tikber. Hu jagħmel ħsara fil- vuċi ta' Carlotta qabel tibda produzzjoni ġdida, imma qabel Christine tkun tista' tieħu l-parti prinċipali ta' Carlotta, l-Fantażma jwaqqa l-linfa l-kbira u jaħtaf liż-żagħżugħa. Raoul isir jaf li l-Fantażma hu ħabsi ta' wirjiet ta' skerzi tan- natura li s-sid tal-ballet (Natasha Richardson) ħelset xi snin kbar qabel. Raoul jirnexxilu jippenetra l-kuriduri mudlama ta' taħt l-art u jsib l-għar, pero' l-Fantazma jonsbu. Hu jneħħi quddiemu l-maskra biex jikxef wiċċu li jbeżżgħa, meta kienu tefgħulu l-aċtu. Wara, jagħti għażla lil Christine bejn li tgħix miegħu jew tkun xhud tal-mewt ta' Raoul. Hi tbus lil dan l-imsejken u hu jħallihom jitilqu. Ħamsin sena wara, Raoul iżur il-qabar ta' martu Christine u jsib hemm warda u ċurkett li juru li l-Fantażma għadu ħaj. Dan il-film mużikali tal- 2004 kien dirett minn Joel Schumacher, maħruġ minn Warner Bros. bil-ħin ta' sagħtejn u 22 minuta. Xi kanzunetti memorabbli li jinstemgħu huma: The Music Of The Night, The Point Of No Return, Listen To Your Heart u Think Of Me. Kif ippreżentat, bil-mużika u liriċi ta' Andrew Lloyd Webber, din il-verżjoni fidila ħafna għal dik tal-palk turi mħabba ttorturata li mhix vijabbli. Il- Fantażma li suppost jismu Erik u li ġie misruq mill-libretti tal- mużika u b'aċtu mitfugħ f 'wiċċu, hawn aktar jirreaġixxi ta' figura ta' missier. Tkun biss is-sid tat- truppa tal-ballet li ħelsitu minn swat, torturi u umiljazzjonijiet, ħaditu f 'darha u pproteġietu għall-ħafna snin. Minkejja li The Phantom Of The Opera mużikali b'kanzunetti tal-widna u mużika b'battuti qawwija mhijiex l-aqwa adazzjoni, l-aqwa wieħed jibqa' l-film mutu tal-1925 bil-bravu attur Lon Chaney, dan hu l-aktar wieħed li qam flus, l-aktar lussuż u elaborat. (Tmiem) (Ikompli minn nhar il-Ħadd li għadda)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 05 September 2021