Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1407668
06 analiżi IL-ĦADD 05 TA' SETTEMBRU 2021 • illum Funded by the European Union Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta. Il-partit tal-fundaturi, b'għeruq kristjani u aċċenn Fit-tieni parti ta' dan l-artiklu se nagħtu ħarsa lejn il-Paritit Popolari Ewropew, il- partit li minnu ħarġu Schuman u De Gasperi u li jsib għeruq fondi fil-politika Kristjan- Demokratika... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Wara li l-ġimgħa l-oħra din il-gazzetta tat ħarsa lejn l-Alleanza Progressiva tas- Soċjalisti u Demokratiċi, illum se nagħtu ħarsa lejn il-Partit Popolari Ewropew (PPE)- jiġifieri l-partit fil-Parlament Ewropew li fi ħdanu hemm l-MEPs tal- Partit Nazzjonalista Maltin Roberta Metsola u David Casa. X'inhi l-istorja ta' dan il-partit? L-istorja ta' dan il-grupp imur lura għal wara t-Tieni Gwerra Dinjija - fl-1946 - meta partiti ewropej Kristjan-Demokratiċi kienu ffurmaw in-Nouvells Equippe Internationales. Din kienet imwaqqfa b'mod uffiċjali fl-1947 f 'Chaudfontaine u fi ħdanha kien hemm uħud mill-fundaturi tal-Unjoni Ewropea, mhux l-inqas Robert Schuman, Georges Bidault u Alcide De Gasperi. Twaqqfet mill-Partit Popolari Franċiż ta' Robert Bichet u kellha bħala għan - fost oħrajn - li jkun imblukkat il-Komuniżmu ta' Stalin, dak iż-żmien fl-aqwa saħħa tiegħu. Minn hemmhekk imbagħad twieldet l-idea ta' unjoni ta' pajjiżi li jiddefendu l-valuri kristjani, quddiem it-theddida Komunista! Fl-1976 twaqqaf b'mod uffiċjali il-partit, li kien stabbilit bl-istess isem li għandu llum u l-ewwel membri tiegħu kienu partiti fil-Belġju, l-Irlanda, Ġermanja, Franza, Lussemburgu u l-Olanda bil-PM Belġjan Leo Tindemans ikun l-ewwel President. Fl-1999 l-PPE ingħaqad mal-Kristjan Demokratiċi tal-Unjoni Ewropea (EUDC) u minn dakinhar fil-fatt (kif irrapportajna l-ġimgħa l-oħra) sar l-akbar partit fil- Parlament Ewropew hekk kif kiseb l-akbar numru ta' siġġijiet f 'kull elezzjoni. Minkejja iżda li baqa' l-akbar partit f 'dan il-Parlament il-perċentwal ta' siġġijiet li jokkupa fih baqa' dejjem nieżel, hekk kif partiti iżgħar komplew jikbru. Fl-1999 l-EPP kiseb 232 siġġu (37%), fl- 2004 kiseb 268 (36.6%), fl-2009 265 (36%), fl-2014 221 (29%) u fl-2019 182 (24.2%). Żviluppi interessanti u xi it jew wisq mqallba kien hemm, sa dan l-aħħar stess meta l-partit li jmexxi l-PM Ungeriż Orban (Fidesz) tkeċċa minn ma' dan il-grupp minħabba ksur serju tas-saltna tad-dritt u liġijiet kif ukoll kummenti kontroversjali dwar diversi suġġetti, primarjament persuni LGBTIQ u immigranti. Illum l-EPP għandu maġġoranza fil- Kummissjoni Ewropea wkoll bil-President fil-fatt - Ursula Von Der Leyen - tkun mill- EPP. L-EPP u l-immigrazzjoni! L-Immigrazzjoni hija kwistjoni taħraq li ilha tiġi diskussa lokalment u madwar l-UE. Sa din is-sena stess sar dibattitu li matulu MEPs tal-PPE ma qagħdux lura milli jikkritikaw lill-Kummissjoni Ewropea talli dwar din il-kwistjoni jingħad ħafna kliem imma jsir it li xejn. Fosthom l-MEP tal-EPP Jeroen Lenaers li kien appella biex jieqaf "il-paroli vojt" u tibda l-azzjoni fuq il-kwistjoni. Imma l-EPP x'qal fil-programm elettorali tiegħu tal-2019? Jgħid illi filwaqt li ħadd ma għandu jidħol fl-UE mingħajr il- permess tal-awtoritajiet minn qabel, il- partit juri rispett u "għandna nassumu r-responsabilità kristjana u umanitarja tagħna li ngħinu lil dawk fil-bżonn." L-EPP wiegħed 10,000 uffiċjal ġdid li jaħdmu mal-gwardja tal-fruntieri u l-kosta ewropea (Frontex) u wegħdu li din tingħata l-aħħar teknoloġija, inkluż drones "sabiex jitwaqqaf in-negozju ta' traffikar tan-nies." Fl-2015, il-mexxejja Ewropej qablu li jagħtu lil din l-organizzazzjoni bbażata f 'Varsavja aktar persunal u flus. Sal-2027, il-Frontex se jkollha 10,000 gwardja tal-fruntiera u tal-kosta, filwaqt li l-baġit tagħha diġà żdied b'aktar minn 19-il darba mill-ħolqien tagħa lura fl-2006. Interessanti wieħed ifakkar li l-MEP Maltija u l-Viċi President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola mexxiet kumitat li evalwa l-ħidma tal-Frontex. L-EPP kien wiegħed għajnuna lill-pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq u ehim sabiex anke huma jiffurmaw gwardja mal-kosta, "biex nipprevjenu it-tluq ta' immigranti mal- kosta Mediterranja." Huma qalu li dan għandu jsir fuq l-istess linji tal-ehim bejn l-UE u t-Turkija li jgħidu illi kien "suċċess" hekk kif il-wasliet ta' immigranti (l-aktar Sirjani) lejn il-Greċja naqsu b'96%. L-EPP jisħaq li modi legali ta' kif immigrant jidħol fl-UE għandha tkun biss għal dawk li ħaqqhom protezzjoni. Xi ħaġa li l-EPP jiddeskrivi bħala priorità hija database għat-teħid tal-marki tas- swaba (Eurodac) tal-immigranti madwar l-UE kollha u dan sabiex jekk ikun hemm bżonn, ir-ritorn tagħhom lejn pajjiżhom ikun iffaċilitat. L-EPP kien ressaq ukoll numru kbir ta' proposti biex jiġi miġġieled it-terroriżmu u l-Iżlamiżmu estrem, fosthom li l-UE tikkunsidra r-relazzjoni politika u diplomatika tagħha ma' pajjiżi li jippropmovu u jiffinanzjaw it-terroriżmu, kif ukoll miżuri kontra t-tixrid tal- estermiżmu f 'moskej madwar l-UE. Dwar din il-materja l-EPP ressaq riżoluzzjoni fil- Parlament Ewropew lura fl-2017. L-EPP u viżjoni ta' middle class! Iva, din tal-middle class ġdida smajniha it mhux ħażin hawn Malta fl-2013 mill- eks PM Joseph Muscat. Imma din ma għandhiex x'taqsam miegħu u max-xena lokali. L-EPP tinnota - fil-programm elettorali tal-2019 - li l-prezzijiet tal-proprjetà u tal- kirjiiet qed jiżdiedu b'rata "iktar mgħaġġla mid-dħul tal-familji." Ifakkru wkoll li minħabba diversi kriżijiet tal-aħħar snin (mhux l-inqas issa bil-Covid-19) il-piż tat-taxxa fuq il-familji żdied u llum diversi żgħażagħ qed jibżgħu li se jgħixu agħar, mhux aħjar mill-ġenituri tagħhom. Għalhekk l-EPP qed jisħaq li hu jappoġġja l-viżjoni "li nirrestawraw il-middle class bħala komponent ewlieni tas-soċjetà." Il- partit jgħid li dan jista' jsir billi jitnaqqsu