Illum previous editions

ILLUM 3 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1416374

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 27

IL-ĦADD 3 TA' OTTUBRU 2021 • illum aħbarijiet 'Wasal iż-żmien tal-azzjoni' - jingħad lill-Parlament Ewropew dwar il-ħaddiema tal-pjattaforma Il-ħaddiema tal- pjattaforma lura fuq l-aġenda tal- Parlament Ewropew, bl-MEP Malti Alex Agius Saliba jwissi li dak li huwa illegali offline għandu jibqa' illegali online... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Parlament Ewropew qed ikompli jagħfas fuq il- ħaddiema tal-pjattaforma u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom, speċjalment dawk il- ħaddiema li jaħdmu fit-tqassim tal-ikel u t-taxis. F'dibattitu li fih tkellmu diversi MEPs - inkluż il-Malti Alex Agius Saliba - L-MEP Sylvie Brunet mill-Partit Renew Europe, li kitbet ukoll rapport dwar il-kwistjoni qalet illi hi qed tappella biex dawn il-ħaddiema jkollhom id-dritt li jissieħbu f 'unjin, li jkollhom ehim kollettiv li jkoprihom u li jingħataw il-protezzjoni. Intant il-Kummissarju Ewropew għax-Xogħol Nicola Shmit f 'intervent għamilha ċara li "wasal iż-żmien tal-azzjoni." Brunet tisħaq li r-rapport tagħha - e Platform Economy and Precarious Work - qed jinsisti għal protezzjoni soċjali u anke d-dritt li ħaddiem tal-pjattaforma jingħata kumpens f 'każ ta' mard jew inkella inċidenti. Hija qalet lill-MEPs preżenti illi dawn il- ħaddiema għandhom ikollhom id- dritt tal-appell f 'każ li jiġu sospiżi u għalkemm jibqa' jkollhom id- dritt li jkunu self employed, tkun ir-responsabilità ta' min jimpjega li juri illi l-persuna fil-fatt verament qed taħdem għal rasha. Finalment hija talbet għall- immaniġġjar tal-algorittmi, li fl- aħħar mill-aħħar jiddeċiedu min ikollu xogħol u kemm u allura finalment, kemm dik il-persuna taqla'. Schmit ukoll għamel referenza għall-algorittmi u qal illi dawn għandhom ikunu trasparenti. Qal illi l-Kummissjoni Ewropea se tkun qed taħdem sabiex ikun hemm ċertezza legali għal min iħaddem imma wkoll sigurtà għall-ħaddiema. 'Impjiegi self employed foloz' - Alex Agius Saliba Pożizzjonjiet iebsa ġew minn diversi MEPs dwar is-sitwazzjoni tax-xogħol ta' bosta minn dawn il-ħaddiema, mhux l-inqas mill- Malti Agius Saliba illi elenka n-nuqqasijiet li ħafna minn dawn il-ħaddiema qed jiffaċċjaw. Fost dawn huwa jsemmi "impjieg self employed falz", status ta' xogħol li mhuwiex ċar u prekarjat u jgħid li għalih "dak li huwa illegali u mhux fuq l-internet għandu jibqa' illegali fuq l-internet ukoll!" L-MEP Leila Chaibi mill-Partit e Le sostniet illi hemm bżonn li din is-sitwazzjoni li fiha jinsabu dawn il-ħaddiema titwaqqaf b'mod immedjat. "Dawn il- kumpaniji mhumiex qed jassumu l-irwol tagħhom ta' impjegaturi," wissiet filwaqt li għamlet appell lill-Kummissjoni Ewropea. Hija qalet li din ma għandhiex iġġiegħel persuni self-employed, ma jibqgħux hekk, imma minflok li tindirizza l-aspett prekarju ta' dan it-tip ta' impjieg. Kliem iebes ġie wkoll mill- MEP tal-Ħodor Katerina Barley li qalet illi kull ma qed jitolbu l-ħaddiema tal-pjattaforma huwa impjieg bi drittijiet bħal ħaddieħor u tisħaq li d-deċiżjonijiet tal- Qrati - fosthom fl-Olanda - favur dawn il-ħaddiema u d-drittijiet tagħhom qed jagħtuhom raġun. Barley wissiet li dan il-mudell ta' negozju qed jimmina s-sigurtà soċjali ewropea u rrimarkat: "Ma' min taħdem jew kif, ma għandux jagħmel differenza! Irid ikollok l-istess drittijiet ta' ħaddiema oħrajn!" Minkejja l-pożizzjonijiet iebsa fil-konfront tal-mod kif qed jitħaddmu dawn il-ħaddiema, kelma ta' kawtela ġiet mill-MEP tal-Partit Popolari Ewropew Radan Kanev li qal illi minkejja li huwa importanti li nibqgħu nipproteġu d-drittijiet tal-ħaddiema, "irridu naċċettaw ukoll ir-realtajiet tal- lum u nduru magħhom u mhux il-kontra." Huwa sostna illi ma nistgħux nappilkaw soluzzjoni tal-passat għal realtajiet tas-seklu 21. Funded by the European Union Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta. Sylvie Brunet Min huma dawn il- ħaddiema u xi problemi qed jiffaċċjaw? Magħrufin bħala 'ħaddie- ma tal-pjattaforma' propju għaliex hija din il-pjatta- forma (app fuq mowbajl ġeneralment) li tiddeċiedi persuna kemm ikollha xog- ħol, ir-rittmu tax-xogħol u allura kemm dik il-persuna titħallas. Dan kuntrarja- ment għal dak li kien iseħħ tradizzjonalment, fejn huwa persuna li jiddeċiedi u jid- delega kif iqassam ix-xogħol lill-ħaddiem. Dan ifisser li f'din ir-rabta ta' xogħol hemm tliet aspetti: Il-ħaddiem, il-pjattaforma u l-persuna jew negozju li qed toffri s-servizz. Li jfisser il- li fil-każ tal-ħaddiema tal- Bolt, il-Wolt u t-Time to Eat ikollok il-ħaddiem li jwas- sallek l-ikel u l-app u r-ris- torant li qed joffri s-servizz. Din l-istruttura fetħet il-bibien għall-abbuż fis- sens li ħafna minn dawn il-ħaddiema huma meqjusin li mhumiex direttament im- pjegati ma' kumpanija imma li qed jaħdmu għal rashom. Kemm hemm ħaddiema tal-pjattaforma fl-Ewropa? U jagħmlu dan ix-xogħol regolarment? Skont studju minn Pesole et al tal-2018 ikkwotat minn dan ir-rapport li qed insem- mu għal fini ta' dan l-artik- lu, medja ta' 10% tal-popo- lazzjoni fl-Ewropa xi darba għamlu xogħol tal-pjatta- forma. Dan sab ukoll li 2% tal-popolazzjoni adulta ja- qilgħu aktar minn 50% tal- qligħ tagħhom minn xogħol ta' pjattaforma jew inkel- la jaħdmu f'impjieg simili, aktar minn 20 siegħa fil- ġimgħa. Statistika tal-Ewro- barometru tal-2018 turi illi 6% tal-Ewropej pprovdew servizz bħala ħaddiema tal-pjattaforma filwaqt il- li 19% ta' dawk li qatt ma ħadmu f'impjieg li jitratta l-pjattaforma jikkunsdraw li jagħmluh fil-futur.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 October 2021