Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1416374
20 opinjoni IL-ĦADD 3 TA' OTTUBRU 2021 • illum Carmel Cacopardo Carmel Cacopardo huwa ċ-Chairperson tal-ADPD Birżebbuġa: minn ġot-taġen għal ġon-nar I d-deċiżjoni tal-Gvern li jagħżel sit għal trakka għat-tlielaq tal-karozzi f 'Ħal-Far, viċin ta' Birżebbuġa juri nuqqas kbir ta' sensittività fil-konfront tal-komunità ta' Birżebbuġa. Ir-residenti ta' Birżebbuġa ilhom is-snin jaqilgħu ġo fihom bl-istorbju madwar- hom. Imma ħadd mill-awtoritajiet m'hu qed jagħti każ. Kollha għala biebhom. Il-parti l-kbira tal-ajruplani jinżlu fl- Ajruport Internazzjonali tal-Gudja minn fuq parti miż-żona residenzjali ta' Birżebbuġa. Dan iseħħ kuljum. Ir-residenti tant draw b'dan, li uħud it li xejn għadhom jagħtu każ bl-ajruplani storbjużi jittajru fil-baxx: avolja xorta qed issir ħsara lil saħħithom kif tispjega repetutament l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO). Ma' dan żid l-impatti tat- Terminal tal-Port Ħieles, kuljum, xi drabi lejl u nhar. Xi drabi diffiċli biex tissaporti. Meta wara ġurnata xogħol tfittex il-mistrieħ u ma issibux, tkun ilħaqt il-limitu tal-paċenzja. Dan it-tniġġiż xi kultant jitnaqqas it bħala riżultat ta' titjib fl-iżviluppi teknoloġiċi. Imma huwa ċar li sostanzjalment, Birżebbuġa, se tibqa' tgħum fl-istorbju. Iż-żona residenzjali Tal-Papa f 'Birżebbuġa hi l-iktar waħda affettwata mill-istorbju ġġenerat mill-ajruplani u mit-Terminal tal-Port Ħieles. Hi ukoll iż-żona l-iktar viċin tat-trakka għat-tlielaq tal-karozzi. Apparti ż-żona Tal-Papa li qegħda ġol-limiti tal- iżvilupp hemm ukoll il-komunità residenzjali ċkejkna ta' Bengħajsa kif ukoll numru żgħir ta' residenzi rurali: fihom ukoll jgħixu in-nies! Iż-żona residenzjali Tal-Papa qiegħda 1,500 metru biss 'il bogħod mit-trakka proposta. Hemm numru ta' residenzi rurali, barra miz-zona tal-iżvilupp li huma ferm iktar viċin tat-trakka minn hekk. L-art li fuqha hemm il-proposta għal trakka tat-tlielaq tal-karozzi illum hi parti miż-żona industrijali ta' Ħal-Far. Issa jidher li anke l-Malta Industrial Parks se tibda tilgħab il-logħob elettorali. Mhix xi ħaġa normali li l-Malta Industrial Parks tirrilaxxa art li tifforma parti minn żona industrijali. Għall-ebda raġuni! L-unika żvilupp li jista' jsir fuq art ta' din ix-xorta hu żvilupp industrijali. Il-bqija mhux aċċettabbli għax imur kontra dak li jipprovdi l-pjan lokali. Is-saltna tad-dritt tapplika għall- ippjanar tal-użu tal-art ukoll: għar-regoli u r-regolamenti tal-ippjanar. Il-Pjani Lokali m'għandhomx jibqgħu jġebbdu fihom. Ġabuhom agħar miċ-chewing gum. L-iżvilupp tat-trakka għat-tlielaq tal- karozzi fuq l-art li ġiet indikata ser iwassal għal tniġġiż sostanzjali mill-ħsejjes ġġenerati li ser ikollhom impatt fuq iż-żona residenzjali f 'Birżebbuġa li hi viċin ħafna. Miżuri ta' mitigazzjoni jistgħu jnaqqsu xi it dawn l-impatti, imma dawn l-impatti sostanzjalment ser jibqgħu hemm, idejqu lir-residenti. Is-sit hu diġà użat għat-tlielaq fi tmiem il- ġimgħa. L-istorbju ġġenerat f 'dawn il-ġranet jasal anke sa Ħal-Safi u Ħal-Kirkop, aħseb u ara sa Birżebbuġa. Residenti infurmawni li xi drabi l-attività konnessa mat-tlielaq tal-karozzi ġieli damet sas-sagħtejn ta' fil-għodu. Lir-residenti, id- dilettanti tat-tlielaq tal-karozzi dejjem ġew għala biebhom minnhom! Hu it diffiċli li wieħed jiem kif jistgħu jibdlu l-imġieba tagħhom issa. It-tniġġiż ikkawżat mill-ħsejjes ser ikollu ukoll impatt fuq iż-żona ta' importanza ekoloġika li qegħda fil-viċin ħafna. Issa ser ikun possibli li naraw kif dawk li jmexxu l-ERA, l-awtorità li tħares l-ambjent, jitgħawġu ġanċ biex jippruvaw jiġġustifikaw dak li mhux ġustifikabbli. Safejn naf jien, f 'Malta ma hawn l-ebda sit li jista' jakkomoda b'mod raġjonevoli t-trakka proposta għat-tlielaq tal-karozzi mingħajr ma tikkawża impatti negattivi fuq in-nies jew fuq l-ambjent jew it-tnejn. Malta żgħira fid-daqs u iktar ma nirrealizzaw dan malajr iktar hemm ċans li tieqaf issir il-ħsara permezz ta' proġetti li ma hawnx spazju għalihom. In parti dan hu l-prezz li jeħtieg li nħallsu għal nuqqas ta' ippjanar tul is-snin. Kemm il-PN kif ukoll il-PL jappoġġaw dan il-ġenn. It-tnejn li huma jitgħawġu ġanċ biex jappoġġaw dawn il-proposti. Sal-lum ma ddejqux li jissagrifikaw il-kwalità tal-ħajja tar-residenti ta' Birżebbuġa biex jissodisfaw il-lobby tat-tiġrijiet tal-karozzi. Il-komunità residenzjali ta' Birżebbuġa ilha taqla' ġo fiha. Li l-Gvern ikompli jżid ma dan hu inuman. Birżebbuġa ser tispiċċa minn ġot- taġen għal ġon-nar. Huwa biss b'membri parlamentari ħodor minn ADPD fil-Parlament li jmiss li nistgħu nibdew nindirizzaw dawn l-abbużi. Il-PLPN ma jinteresshomx mill-kwalità tal-ħajja tan- nies imma biss mill-poter! Kemm il-PN kif ukoll il-PL jappoġġaw dan il-ġenn. It-tnejn li huma jitgħawġu ġanċ biex jappoġġaw dawn il-proposti. Sal-lum ma ddejqux li jissagrifikaw il-kwalità tal-ħajja tar-residenti ta' Birżebbuġa biex jissodisfaw il-lobby tat-tiġrijiet tal-karozzi Disinn tat-trakka tal-karozzi li se ssir f 'Ħal Far