MaltaToday previous editions

MALTATODAY 26 December 2021 LOOKING BACK edition

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1439469

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 59

1) Intemm il-proċess ta' xogħol mal-Kummissjoni Venezja u tal-Kunsill tal-Ewropa li wassal ukoll għal xogħol kruċjali mal-Moneyval. Dan għen bil-kbir sabiex pajjiżna għolla l-livelli tiegħu fil-ġlieda tal-ħasil ta' flus u l-kriminalità organizzata bħala Ġurisdizzjoni serja fejn wieħed jiġi jinvesti. 2) Rekord t'Abbozzi ta' liġi mressqa fil-Parlament sabiex dawn jitmexxew skont il-proċedura Parlamentari. 3) Interventi Leġislattivi l-aktar t'importanza: a) Rappreżentanza Ugwali fil-Kamra tad-Deputati sabiex in-nisa jingħataw verament leħen fl-ogħla Istituzzjoni tal-pajjiż, b) Emendi fil-liġi tad-Divorzju sabiex lill-koppji tagħna nagħtuhom l-opportunità li jibdew mill-ewwel kapitlu ġdid f 'ħajjithom, c) L-Att tal-whistleblower sabiex nagħtu aktar protezzjoni lill-ħaddiem fuq il-post tax-xogħol meta jirraporta prattiċi illetiċi u/jew abbuż. d) Riforma fil-liġi dwar reati sesswali speċjalment fejn tidħol ħarsien aktar tal-minuri. Fost oħrajn, żidna l-preskrizzjoni fejn minuri li sofra minn Abbużż Sesswali għandu aktar żmien meta jsir maġġorenni sabiex jirraporta t-tali reat mal-awtoritajiet kompetenti. 4) L-Awli kollha ta' Malta u Għawdex ġew mgħammra bl-aħħar teknoloġija ta' video conferencing li għamlu l-qrati tagħna flessibli u aktar e•ċjenti. 5) Nedejna Strateġija Diġitali għall-Ġustizzja li permezz tagħha żidna l-aċċess għall-Ġustizzja, flimkien m'aktar e•ċjenza, u e—ettività fil-Qrati tagħna. 6) Aktar persuni ser ikunu jistgħu jibbenifikaw minn għajnuna legali fil-kamp ċivili, permezz tat-twessih tal-para- metri tat-test tal-mezzi. 7) Ħatra ta' 8 membri fil-bank tal-Ġudikatura bl-applikazzjoni tal-metodu mdaħħal permezz tar-Riformi Kostituzzjonali bla preċedent li twettqu mill-Amministrazzjoni Robert Abela. 8) Bidu t'investiment f 'binja ġdida biswiet il-Qorti li ser twassal għal 15-il u•ċċju u 4 awli ġodda. Beda wkoll l-investiment f 'awla ġdida fl-edifiċċju eżistenti tal-Qorti. 9) Investiment f 'compound ġdid għall-U•ċċju tal-Irkupri tal-Assi. u dħul fis-seħħ tal-Att dwar ir-Rikavat mill-Kriminalità. Liġi bla preċedent f 'pajjiżna fejn tat għodda ġdida sabiex tiġi miġġielda aħjar il-kriminalità organizzata u l-ħasil ta' flus ġewwa pajjiżna. 10) Baqa' għaddej il-proċess ta' qasma bejn l-u•ċċju tal-Avukat Ġenerali u dak tal-Avukat tal-Istat. L-Avukat Ġenerali ħa l-prosekuzzjoni tat-tieni sett ta' reati kriminali serji mingħand il-Pulizija, filwaqt li ġiet inawgurata binja ġdida li minnha beda jopera l-u•ċċju tal-Avukat tal-Istat fil-Belt Valletta. Kisbiet fil-Qasam tal-Ġustizzja 2021

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MaltaToday previous editions - MALTATODAY 26 December 2021 LOOKING BACK edition