elezzjoni2022
11
illum • IL-ĦADD 27 TA' MARZU 2022
kliniku li t-trattament isir barra
minn Malta, dan jiġi kopert
taħt il-mekkaniżmi viġġenti tat-
trattament barra minn pajjiżna,"
jgħid il-manifest tal-PN.
F'xi punt fil-kampanja
Bernard Grech wiegħed li PN
fil-Gvern iġib speċjalista tal-IVF
permanenti f 'Malta. Hawn fejn
daqqet is-suffara u ħarġet karta
ħamra għax it jiem wara tkellem
fil-programm 'Awla' Ginekologu
u Espert fl-IVF Mark Sant u lil
Grech waqgħu għaċ-ċajt.
Sant qal illi kien sorpriż
ħafna bil-wegħda ta' Bernard
Grech li jġib speċjalista tal-
IVF permanenti f 'Malta meta
f 'pajjiżna diġà hawn tlieta u
dawn ilhom hawn mill-inqas tliet
snin jaħdmu f 'pajjiżna.
Hawn fejn il-Partit Laburista
qabad il-ballun f 'saqajh u
ġera. Fil-manifest tiegħu il-PL
wiegħed li se titwessa' x-xjenza
biex jiġu mgħejjuna koppji
li sofrew, temmew ċikli tal-
IVF jew li għandhom storja ta'
kumplikazzjonijiet. Dan filwaqt
li sseħħ estensjoni tal-IVF biex
koppja jkollha it-tieni wild ukoll.
Fakkar ukoll li l-Gvern diġà
ħabbar li se jingħataw mediċini
tal-IVF mingħajr ħlas minn
Jannar li għadda.