Illum previous editions

ILLUM 27 March 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1462880

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 27

05 illum • IL-ĦADD 27 TA' MARZU 2022 aħbarijiet Il-Ministru għall-Inklużjoni, il-Kwalità tal-Ħajja u l-Volontarjat, Julia Farrugia Portelli inawgurat residenza ġdida fil-komunità għall- persuni b'diżabilità fiż-Żurrieq b'investment ta' €850,000. F'konferenza tal-aħbarijiet, il- Ministru Julia Farrugia Portelli spjegat kif din ir-residenza se toffri spazju lil 11-il persuna b'diżabilità biex jgħixu ħajja indipendenti fil-komunità, filwaqt li jgawdu minn faċilitajiet aċċessibbli u tal-ogħla kwalità. Residenza li qegħda twettaq wegħda elettorali u miżura tal- Budget. Il-Ministru qalet li permezz tal-Proġett Soċjetà Ġusta, flimkien ma' Aġenzija Sapport u ma' għaqdiet non-governattivi, infetħu 15-il residenza fil-qalba tal-komunità, filwaqt li permezz ta' Aġenzija Sapport se jkomplu jiżdiedu residenzi oħra, fosthom dik li tħabbret diġà f 'Ħad-Dingli, oħra fil-Qrendi u residenza li hi proġettata f 'Ħal Kirkop. B'dan il- mod, Aġenzija Sapport waħedha se jkollha 14-il residenza fejn tilqa' persuni b'diżabilità. Min-naħa tagħha, il-Kap Eżekuttiv ta' Aġenzija Sapport, Ruth Sciberras irringrazzjat lill- ħaddiema kollha li fl-aħħar tliet snin ħadmu f 'kollaborazzjoni sabiex dan il-proġett seta' jitwettaq. Hi spjegat li Ġiżimina tkompli żżid mar-residenzi għall-persuni b'diżabilità, dar oħra li tkompli turi l-pożittività ta' Proġett Soċjetà Ġusta, li bil- uħ ta' dawn ir-residenzi, qed ikompli jagħti opportunità lil persuni b'diżabilità għal ambjent ta' familja, inklużjoni fil- komunità u spazju aċċessibbli u modern fejn jistgħu jakkwistaw aktar ħiliet għal għajxien indipendenti. Is-Sindku tal-Kunsill Lokali taż-Żurrieq, Rita Grima qalet li l-Kunsill se jagħmel ħiltu biex dawn ir-residenti jintegraw mal-kumplament tal-komunità u li jkunu anke parteċipi fl- attivitajiet organizzati. Din ir-residenza tikkonsisti f 'maisonette u tliet appartamenti li joffru spazju separat lir- residenti. Din il-binja toffri wkoll spazju għal taħriġ u laqgħat, kif ukoll uffiċċju għall-ħaddiema. Il- binja hi mgħammra b'faċilitajiet moderni u aċċesibbli. Aġenzija Sapport tiżgura li s-servizz li jingħata lir- residenti jkun ta' kwalità għolja u skont l-istandards maħruġa mill-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali. Inawgurata 'Ġiżimina' - residenza fil-komunità għall- persuni b'diżabilità fiż-Żurrieq b'investiment ta' €850,000 Żur ilma.org.mt għal aktar pariri siewja. PRODOTTI ĠODDA MHUX SE JIBQA' JKOLLHOM TIKKETTI TAL-EFFIĊJENZA TAL-ENERĠIJA B' A+, A++ JEW A+++; IŻDA SE JSIRU AKTAR FAĊLI, IMMARKATI MINN 'A' (L-AKTAR EFFIĊJENTI), SA 'G' (L-INQAS EFFIĊJENTI). TIKKETTI TAL-EFFIĊJENZA TAL-ENERĠIJA ĠODDA U AKTAR SEMPLIĊI. Programm Opera v I - Fondi Stru urali u ta' Inves ment Ewropej 2014-2020 "It-trawwim ta' ekonomija kompe va u sostenibbli li lqa' l-isfidi tagħna" Proġe parzjalment iffinanzjat mill-Fond ta' Koeżjoni Rata ta' ko-finanzjament: 85% Fondi mill-Unjoni Ewropea; 15% Fondi Nazzjonali

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 March 2022