Illum previous editions

ILLUM 27 March 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1462880

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

elezzjoni2022 11 illum • IL-ĦADD 27 TA' MARZU 2022 kliniku li t-trattament isir barra minn Malta, dan jiġi kopert taħt il-mekkaniżmi viġġenti tat- trattament barra minn pajjiżna," jgħid il-manifest tal-PN. F'xi punt fil-kampanja Bernard Grech wiegħed li PN fil-Gvern iġib speċjalista tal-IVF permanenti f 'Malta. Hawn fejn daqqet is-suffara u ħarġet karta ħamra għax it jiem wara tkellem fil-programm 'Awla' Ginekologu u Espert fl-IVF Mark Sant u lil Grech waqgħu għaċ-ċajt. Sant qal illi kien sorpriż ħafna bil-wegħda ta' Bernard Grech li jġib speċjalista tal- IVF permanenti f 'Malta meta f 'pajjiżna diġà hawn tlieta u dawn ilhom hawn mill-inqas tliet snin jaħdmu f 'pajjiżna. Hawn fejn il-Partit Laburista qabad il-ballun f 'saqajh u ġera. Fil-manifest tiegħu il-PL wiegħed li se titwessa' x-xjenza biex jiġu mgħejjuna koppji li sofrew, temmew ċikli tal- IVF jew li għandhom storja ta' kumplikazzjonijiet. Dan filwaqt li sseħħ estensjoni tal-IVF biex koppja jkollha it-tieni wild ukoll. Fakkar ukoll li l-Gvern diġà ħabbar li se jingħataw mediċini tal-IVF mingħajr ħlas minn Jannar li għadda.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 March 2022