Illum previous editions

ILLUM 27 March 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1462880

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 27

17 Dawn l-artiklI jifformaw parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta. elezzjoni2022 illum • IL-ĦADD 27 TA' FRAR 2022 Il-Parlament Ewropew jitlob għal limiti massimi ta' pagamenti lil kull persuna biex tkun miġġielda l-oligarkija ALBERT GAUCI CUNNINGHAM "L-influwenza tal-oligarki fl-UE hija ta' daqs bla preċedent u allura hija meħtieġa armonizzazzjoni urġenti tar-rappurtar u regoli aktar stretti kontra l-kunflitti ta' interess. L-introduzzjoni ta' limiti massimi ta' pagamenti tal-baġit tal-UE għal kull persuna fiżika." Hekk sostnew il-Membri Parlmentari Ewropej f 'riżoluzzjoni li kellha l-għan prinċipali li twaqqaf l-oligarki milli jirċievu l-fondi tal-UE hija limitata, minħabba sistemi ta' rappurtar frammentati ħafna u nuqqas ta' kooperazzjoni mill-pajjiżi tal- UE. F'test adottat b'409 voti favur 61 u 42 astensjoni, il-Parlament Ewropew jiġbed l-attenzjoni għaż-"żieda bla preċedent" ta' gruppi oligarkiċi li jużaw għodod tal-gvern jew prattiki kriminali biex jibbenefikaw mill-fondi tal-UE, b'membri ta' gvernijiet nazzjonali u detenturi ta' pożizzjonijiet politiċi bħala parti mill-oligarkija f 'xi Stati Membri. Fl-istess ħin, il- kapaċità tal-UE li twaqqaf l-oligarki milli jirċievu l-fondi tal-UE hija limitata, l-aktar minħabba rappurtar frammentat ħafna, jgħidu l-MPE, billi jikkwotaw "mijiet ta' sistemi ta' rappurtar reġjonali, nazzjonali u interreġjonali" li mhux dejjem jiżvelaw il-benefiċjarji finali tal-fondi agrikoli u ta' koeżjoni tal-UE. Ir-rapport jindika wkoll problemi fil- proċeduri tal-akkwist pubbliku f 'diversi Stati Membri kif ukoll is-sistemi ta' kontroll nazzjonali dgħajfa u n-nuqqas ta' protezzjoni adegwata tal-fondi tal- UE kontra l-kunflitti ta' interess f 'xi Stati Membri, bħal Malta jew Ċipru. Ir- riżoluzzjoni tilqa' l-fatt li l-Kummissjoni ser twettaq verifiki bir-reqqa fuq il-post f '5 Stati Membri, inkluża Malta, sabiex jiġu evitati każijiet ta' kunflitti ta' interess relatati mal-fondi reġjonali tal-UE. Sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni tal- interessi finanzjarji tal-UE, il-Parlament Ewropew: • itenni t-talba urġenti lill- Kummissjoni biex tistabbilixxi fl- UE kollha sistema ta' rappurtar u monitoraġġ interoperabbli u diġitali, li tiżvela l-benefiċjarji aħħarin u aggregati tal-fondi tal-UE; • jitlob li matul ir-reviżjoni tar- Regolament Finanzjarju jiġi introdott limitu massimu annwali tal-UE fuq il-pagamenti tal-baġit tal- UE lil persuna fiżika. Jissuġġerixxi li jiġi stabbilit l-ammont ta' €500,000 totali annwali għal kull persuna fiżika għall-fondi agrikoli għall- pagamenti taħt l-ewwel pilastru, u EUR 1 000 000 għall-pagamenti taħt it-tieni pilastru; • jissuġġerixxi li r-regoli tar- Regolament Finanzjarju tal-UE jsiru aktar stretti billi tiġi inkluża definizzjoni espliċita ta' "kunflitt ta' interess professjonali" u jissaħħu d-dispożizzjonijiet dwar il-kunflitt ta' interess li japplikaw għat-tħejjija tal-baġit; • iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħmel "użu sħiħ u immedjat" mill- istrumenti tagħha biex tipproteġi l-baġit tal-UE, inkluż ir-Regolament dwar il-Kundizzjonalità tal-Istat tad- Dritt u l-proċedura tal-Artikolu 7; • jitlob li jkun obbligatorju għall-pajjiżi kollha tal-UE li jużaw l-għodod tal-IT speċjalizzati (Arachne għall- estrazzjoni tad-data u EDES għall- identifikazzjoni bikrija) li jistgħu jgħinu biex jindunaw bil-frodi u l-prevenzjoni tagħha (attwalment użati biss minn perċentwal żgħir ta' Stati Membri); • jitlob lill-Kunsill jawtorizza riżorsi għall-korpi tal-UE "b'nuqqas kroniku ta' persunal" li jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-UE, jiġifieri, l-OLAF, l-għassiesa kontra l-frodi, l-Europol, u l-prosekutur pubbliku tal-UE (EPPO). Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret li se tippubblika fl-ewwel kwart tal-2022 proposta leġiżlattiva għar-reviżjoni tar- Regolament Finanzjarju tal-UE sabiex jiġi allinjat mal-qafas finanzjarju mulitiannwali 2021–2027 u man-Next Generation EU. F'Novembru 2021, il-Parlament Ewropew adotta t-talbiet tiegħu għar-reviżjoni li jmiss. F'April 2022, il-Membri tal-Parlament Ewropew se jivvjaġġaw lejn il-Bulgarija, biex isegwu l-allegazzjonijiet dwar il- korruzzjoni u l-użu ħażin tal-fondi pubbliċi li jaffettwaw il-fondi tal-UE. F'Mejju hemm ippjanata delegazzjoni lejn Ruma, l-Italja, bit-tir li tiġbor l-informazzjoni inkwantu l-użu tas-sussidji tal-PAK fir-rigward tar-rispett tal-istandards tax-xogħol u l-ġlieda kontra l-frodi u r-reati finanzjarji u ekonomiċi, li għandhom impatt fuq il-baġit tal-UE.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 March 2022