Illum previous editions

ILLUM 27 March 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1462880

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 27

19 Kultura illum • IL-ĦADD 27 TA' MARZU 2022 il-baħar Ninetta Sammut l-oġġett se jiġi esebit, Ninette u t-tim tagħha jħejju lista ta' rakkomandazzjonijiet dwar kif għandu jinġarr u jitpoġġa għall- wiri, inkluż it-temperatura ambjentali li għandu jinżamm fiha. "Dawn il-pariri finali, li naslu għalihom wara riċerka estensiva dwar kull oġġett taħt il-ħarsien tagħna, huma mod ieħor kif aħna nuru rispett lejn dak l-oġġett," qalet Ninette. Jekk ikun għadda ħafna żmien minn meta oġġett ittella' mill- baħar, il-fażi tat-tnixxif ovvja- ment tinqabeż. L-oġġett ikun nixef mingħajr l-attenzjoni meħtieġa u l-ħsara mill-kristal- lizzazzjoni tal-melħ tkun diġà saret. F'dan il-każ il-konserva- turi janalizzaw kemm tkun kbira l-ħsara u minn hemm jid- deċiedu kif l-aħjar jipproċedu. Matul is-snin, il-laborator- ju tad-Dipartiment tal-Kon- servazzjoni tal-Arkeoloġija ta' Qiegħ il-Baħar laqa' fih kull tip ta' oġġett. Jien u nħares mad- wari stajt nara fost oħrajn arma tan-nar li tmur lura ħafna snin; balla ta' kanun tas-seklu 18; it-tmun tal-MV Moor, li kien sploda fil-Port il-Kbir fl-1941 u ħasad il-ħajja ta' 28 Malti; u saħansitra waħda mit-twie- qi tal-SS Ohio, li kien parti mill-Konvoj ta' Santa Marija f'Awwissu tal-1942. U natu- ralment l-iskrun li semmejt fil-bidu nett, li aktarx imur lu- ra sas-snin 30 tas-seklu 20 u li s'issa mhux magħruf wisq iktar dwaru. Ninette issemmi bil-ħlew- wa lil kull wieħed minnhom, kważi kważi bħal meta omm titkellem dwar uliedha. "Ħafna mill-oġġetti li jinġiebu għand- na jdumu magħna żmien twil. Sakemm oġġett ikun lest biex jitlaq, inkun flejtu bir-reqqa taħt mikroskopju għexieren ta' drabi u nkun nafu pulzier pulzier. Lanqas kieku rrid ma nista' ninsa l-oġġetti li ħadt ħsieb. Kull wieħed minnhom hu speċjali għalija. Għalkemm ikolli nistqarr li t-tmun tal-MV Moor hu marbut wisq ma' qa- lbi għax nannuwi kien wieħed mill-vittmi ta' dik l-isplużjo- ni. Kien missier ommi, li kell- ha biss sena dakinhar li mar għax-xogħol u qatt ma ġie lu- ra."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 March 2022