Illum previous editions

ILLUM 27 March 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1462880

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 27

03 illum • IL-ĦADD 27 TA' MARZU 2022 aħbarijiet B'dan l-avviż ikun magħruf illi b'rikors ippreżentat fil-Qorti, Sezzjoni ta' Ġuriżdizzjoni Volontarja, fl-10 ta' Jannar, 2022, Rikors numru 39/2022, minn Gerald Borg fejn talab li tiġi ddikjarata miuħa favur Gerald Borg u Irene Borg fi kwota ta' nofs (1/2) indiviż kull wieħed u waħda minnhom is-suċċessjoni ta' ħuhom Gordon Cilia, ġuvni, bin missier mhux magħruf u Carmen Borg née Cilia, imwieled Tal-Pietà, Malta, kien residenti l-Ħamrun, Malta, u miet l-Imsida, Malta, fid-29 ta' Novembru, 2020, ta' 32 sena, u li kellu karta tal-identità bin-numru 276088M. Għaldaqstant, kull min jidhirlu li għandu interess huwa msejjaħ biex jidher quddiem il-Qorti fuq imsemmija sabiex b'nota jmur kontra dik it-talba fi żmien ħmistax-il ġurnata li jibda jgħaddi minn dak il-jum li fih jiġi mwaħħal il-bandu u l-avviżi skont il-liġi. Reġistru tal-Qorti Ċivili, Sezzjoni ta' Ġuriżdizzjoni Volontarja Illum 4 ta' Marzu, 2022 ALEXANDRA DEBATTISTA Għar-Reġistratur, Qrati Ċivili u Tribunali Turnout ta' 44.8% sas-2:00 p.m. iqajjem tħassib fil-Partit Laburista ALBERT GAUCI CUNNINGHAM It-12-il distrett magħmul mill- Mellieħa, parti minn-Naxxar u San Pawl il-Baħar huwa d-distrett bl-inqas turnout Sas-2:00 p.m hekk kif 37.7% mill-votanti eliġibbli marru jivvotaw. Dan ifisser li t-12-il distrett ra tnaqqis ta' 11.6% mill- elezzjonijiet tal-2017 fejn sas- 2:00 p.m kienu ħarġu jivvotaw 49.3%. Min-naħa l-oħra d-distrett bl-ogħla turnout hu l-Ewwel distrett b'43.9%. Minkejja dan id-distrett magħmul mill-Belt Valletta, Floriana, Il-Ħamrun, Il- Marsa, Tal-Pietà, Gwardamanġa (Tal-Pietà) u Santa Venera, xorta qed jara tnaqqis ta' 12.4% meta mqabbel mal-2017. Minkejja li fil-bidu ntqal sas- 2:00 p.m kienu vvutaw 40.5% tal-votanti jew 143,628 persuna minn 355,075 vot eliġibbli, dan fil-fatt kien żball tal-Kummissjoni hekk kif din ma nkluditx lil dawk illi vvotaw kmien u li kienu jammontaw għal 15,289 elettur. Dan ifisser illi l-persentaġġ korrett kien ta' 44.8%. Dan huwa 7.5% inqas minn dawk li kienu vvotaw fl-2017 sal-istess ħin. Il-votazzjoni bdiet filgħodu fis- 7:00 am u baqgħet għaddejja għal 15-il siegħa sħaħ, sal-10:00 p.m. Kienu b'kollox 4% tal-voti li baqgħu ma nġabrux, għal total ta' 14,473 - bl-aktar distretti li fihom ma nġabrux voti jkunu l-10 u t-12-il Distrett fejn ma nġabrux total ta' 4,405 voti. Fl-10 Distrett ma nġabrux 7% tal-voti u fit-12-il distrett ma nġabrux 9%. Intant filgħodu diġà mar jivvota l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela fl-iskola ta' Wied il-Għajn. Il-jum tal-votazzjoni kien wieħed kwiet bil-Kummissjoni tieħu żball fit- turnout hekk kif ma tgħoddx fit-total lil dawk li vvotaw kmieni...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 March 2022