Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1462880
oroskopju illum • IL-ĦADD 27 TA' MARZU 2022 Libra mit-23 ta' Settembru sat- 22 ta' Ottubru F'dan il-bidu tal-ewwel żodjaku ta' Aries għalik Libra ser ikun mument idejali ta' kif int ser tkompli issaħħaħ aħjar il-madwar tiegħek. Dan sabiex int tkun tista' tqassam u tippjana aħjar is-sitwazzjonijiet kollha kemm dawk ta' madwarek kif ukoll għal dawk li ġejjin sabiex b'hekk int tkun tista' tibni aħjar il-madwar kollu tiegħek. L-aktar jum ideali għalik huwa s-Sibt. Libra huma magħrufin għall- istabilta' tagħhom. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sal- 21 ta' Novembru F'dan il-bidu tal-ewwel żodjaku ta' Aries għalik Scorpio ser ikun mument ta' rifflessjoni profonda bejn dak li qiegħed twettaq fil- preżent għal dak li int tixtieq tibda twettaq fil- futur. Għalhekk huwa ferm importanti li żomm lilek innifsek ikkonċentrat. Grazzi għal dan int ser taqbad dak ir-ritmu li int tant rinomat għalih.L-aktar jum ideali għalik huwa t-Tlieta. Scorpio huma magħrufin għal-motivazzjoni tagħhom. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru F'dan il-bidu tal-ewwel żodjaku ta' Aries għalik Sagittarius ser ikun il-mument li jimlik b'dik l-inspirazzjoni f 'dak li int verament tixtieq tibda twettaq minn issa. Għalkemm dan jista' jkun mument ta' eċitament żgur li jekk int tgħaraf tiffokka sew ikun żgur il-waqt opportun għal-ġimgħat ta' stabbilta'. L-aktar jum ideali għalik huwa l-Ħamis. Sagittarius huma magħrufin għad-direzzjonijiet pożittivi tagħhom. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar F'dan il-bidu tal-ewwel żodjaku ta' Aries għalik Capricorn ser ikun mument ta' opportunita' aktar iffokata għal dawk il-proġetti li tant kont ilek tistenna sabiex jibdew jitwettqu. Dan ser ikun mument ferm interessanti għalik għax ser ilaqqgħek ma' aktar kuntatti u bis-saħħa ta' dawn il-kuntatti ġodda int tista' tevolvi ferm aktar minn dak li int illum. L-aktar jum ideali għalik huwa l-Ġimgħa. Capricorn huma magħrufin kemm huma nies ta' fehma soda. Namaste Aquarius mill-20 ta' Jannar sat- 18 ta' Frar F'dan il-bidu tal-ewwel żodjaku ta' Aries għalik Aquarius ser ikun dak il-mument ta' indikazzjoni aktar ċara ta' kif minn issa int għandek tkattar iżjed lilek innifsek u dan mhux għax m'intix twettaq dan tajjeb iżda għax int trid tgħaraf aktar kemm huwa mportanti li tkun komplut u kemm int kapaċi toffri aktar. Għalhekk emmen aktar fik innifsek fit-twettieq meħtieġ. L-aktar jum ideali għalik huwa t-Tnejn. Aquarius huma magħrufin li jimxu mal-mument. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu F'dan il-bidu tal-ewwel żodjaku ta' Aries għalik Pisces ser ikun il- mument ta' rifflessjoni profonda għal dak l-ippjanar u kif minn issa int għandek issaħħaħ aktar lilek innifsek sabiex b'hekk int ser tgħaraf kemm tista' tagħti aktar spazju lil iskeda tiegħek u dan sabiex int tkun tista' torganizza ferm aktar lilek innifsek kif ukoll il-madwar tiegħek. L-aktar jum ideali għalik huwa s-Sibt. Pisces huma magħrufin għat-tmexxija ntensiva tagħhom. Namaste BIDU TAL-KALENDARJU ŻODJAKU 2022 - 2023 L-Oroskopju mill-Ħadd 27 ta' Marzu sas-Sibt 2 ta' Marzu Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April F'dan il-bidu tal-ewwel żodjaku ta' Aries għalik l-istess Aries ser ikun dak il-mument fejn int ser tkattar fik dik il-motivazzjoni li hemm bżonn sabiex terġa tibda' tgħaraf kemm il- ħajja ta' madwarek għandha opportunitajiet. Għalhekk issa int għandek il-waqt opportun li tgħaraf tħares il- quddiem b'aktar determinazzjoni. L-aktar jum ideali għalik huwa t-Tlieta. Aries huma magħrufin għat-tfassil iddettaljat tagħhom. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju F'dan il-bidu tal-ewwel żodjaku ta' Aries għalik Taurus ser ikun il- waqt opportun sabiex int tgħaraf kemm il-karriera tiegħek qed tkun il-motivazzjoni tiegħek, pero int trid tgħaraf ukoll il-madwar tiegħek għax-xejn ma huwa garantit u għax dan jaf ikun tard wisq meta int tgħaraf dan. Għalhekk għaraf sib bilanċ. L-aktar jum ideali għalik huwa l-Ħamis. Taurus huma magħrufin bħala persuni ta' komunikazzjoni pożittiva. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju F'dan il-bidu tal-ewwel żodjaku ta' Aries għalik Gemini ser ikun mument ta' pjanijiet aktar profondi dwar dawk il-proġetti li minn issa int ser tibda' twettaq. Pero l-aktar importanti huwa jekk intiex lest għal dik ir- responsabbilta' ġdida u dan minħabba l-involviment vast li int għandek. Wettaq rifflessjioni profonda. L-aktar jum ideali għalik l-Erbgħa. Gemini huma magħrufin bħala persuni ta' moral effetiv ħafna. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju F'dan il-bidu tal-ewwel żodjaku ta' Aries għalik Cancer ser ikun dak il-mument opportun sabiex tgħaraf aħjar lilek innifsek. Issa trid tieqaf it tagħti dak li tista' lil dawk ta' madwarek sabiex f 'dan il- mument int tgħaraf fil-profond dawk il-ħtiġijiet personali tiegħek biss. Għalhekk issa int għandek tgħaraf verament int xi trid. L-aktar jum ideali għalik huwa l-Ġimgħa. Cancer huma magħrufin għall-ispontanjeta' tagħhom. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'dan il-bidu tal-ewwel żodjaku ta' Aries għalik Leo ser ikun il- waqt fejn int ser isaħħaħ aħjar lilek innifsek sabiex tgħaraf b'aktar għaqal twettaq diversi idejat li tant ilek tixtieq twettaq u dan żgur ser iqawwilek dak il-moral meħtieġ għal aktar stabbilta' fil-ħtiġijiet tiegħek li huma tant bżonjużi għat-tkattir tiegħek fil-ġimgħat li ġejjin. L-aktar jum ideali għalik huwa l-Erbgħa. Leo huma magħrufin għas-sensittivita' tagħhom. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat- 22 ta' Settembru. F'dan il-bidu tal-ewwel żodjaku ta' Aries għalik Virgo ser ikun il-mument għal aktar għarfien profond sabiex tagħmel il- pożizzjoni tiegħek aktar stabbli kif ser twettaq il- proġetti futuri tiegħek. Għalhekk issa huwa dak il-mument opportun sabiex tkompli tisaħħaħ u temmen aktar fl-abbilta' tiegħek. Għaraf biss ħares il-quddiem u mhux lura.L- aktar jum ideali għalik huwa t-Tnejn. Virgo huma magħrufin għal-komunikazzjoni tagħhom. Namaste BIDU TAL-EWWEL ŻODJAKU TA' ARIES Din il-ġimgħa ser nikteb dwar l-ewwel żodajku f 'dan il-kalendarju żodjaku 2022-2023, dak ta' Aries. Kombinazzjoni sinjifikanti hi li mal- bidu taż-żodjaku ta' Aries jibda wkoll l-istaġun tar-rebbiegħa , jekk wieħed jagħraf biss is-sinjifikat ta dan li-istaġun tar-rebbiegħa fejn in- natura terġa tieħu dik ix- xejra sabieħa tagħha fejn dik l-arja kiesħa tibda' tinbidel f 'arja aktar sħuna fejn bla ma rridu nħossu dik l-armonija għal motivazzjoni, determinazzjoni u ispirazzjoni. Iż-żodjaku ta' Aries li dan beda t-Tnejn 21 ta' Marzu u jintemm nhar it-Tlieta 19 ta' April. Żodjaku li huwa ffurmat mill-element tan-nar u jgħaqqad fih ukoll iż-żewġ żodjaki ta' Leo u Sagittarius li flimkien dawn it-tlett żodjaki joffrulna diversi aspetti nteressanti. Is-simbolu ta' dan iż-żodjaku huwa magħruf bħala r-RAM li ħafna jqabluħ ma' Għoġol u dan jirrappreżenta l-bidu, t-twelid, it-tama u t-tkomplija kollha marbutin b'intenzjoni waħda sabiex inħarsu lejn għixien pożittiv. Dan iż-żodjaku ta' Aries huwa magħruf għal passjoni tagħhom, magħrufin għad-determinazzjoni tagħhom kif ukoll għall- imħabba li kapaċi joffru lil dawk kollha ta' madwarhom. Nies famuċi li jaqgħu taħt dan iż-żodjaku ta' Aries insibu lil: Vincent Van Gough, Ayrton Senna, Steve McQueen, Leonardo Di Vinci, Charles Chaplin, Robert Downey Jr, Bette Davies, Vince Vaughn, Helmut Kohl, Sir Elton John, Lady Gaga, Kim Il Sung, Doris Day, Pope Benedict XVI, Aretha Franklin, Jackie Chan, Eddie Murphy u Russell Crowe. L-aktar jum ideali għaż-żodjaku ta' Aries huwa dak tat-Tlieta waqt li għandek tevita l-jum tas-Sibt. Ix-xahar ideali għalik huwa dak ta' April iżda evita dak ta' Awwissu. Aries huma kompattibli maż-żodjaki ta' Cancer, Libra u Sagittarius. Huma magħrufin għar-ras iebsa kif ukoll għad-direzzjoni li joffru. Il-Kristalli ideali huma Amethyst u Quartz. Jekk int tkun tixtieq aktar informazzjoni ibgħatli SMS fuq 79495804 99013600 jew zur is- sit tiegħi www.pauljon13.com Namaste L-OROSKOPJU MWASSAL MILL- ASTROLOĠISTA PAULJON