Illum previous editions

ILLUM 27 March 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1462880

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films IL-ĦADD 27 TA' MARZU 2022 • illum Haley), jingħaqad ma' Dorothy (Judy Garland) biex imur jitlob lis- saħħar itih qalb. F'wieħed mill-aħjar films tax- xjenza fittizja, dak tal-1951, dirett minn Robert Wise, e Day e Earth Stood Still, insibu r-robot Gort miġjub fid-dinja tagħna mill- aljen Klaatu (Michael Rennie) biex iwaqqaf il-gwerer fost l-umani. Film ieħor b'fama ta' kult bil-frażi popolari "Klaatu Barada Nikto"! Forbidden Planet (1956) kien produzzjoni tax-xjenza fittizja bbażat minn fuq ix-xogħol ta' William Shakespeare, Tempest. Robbie the Robot tassew qajjem kurżita' bħala s-seftur ta' xjentist, (Walter Pidgeon) li jgħix ma' bintu fuq pjaneta mbegħda. Mis-snin sebgħin il-quddiem, l-esseri mekkanizzati saru verament spissi fuq il-liżar ċinematografiku. Westworld (1973) kien parti minn park enormi ta' divertiment mimli robots li jagħmlu wirjiet spettakulari lin-nies sinjuruni li jżuruh. Minħabba "short circuit" il-pistolero robot (Yul Brynner) jittrasforma ruħu f 'qattiel, li wara li spara għal diversi turisti, jsus bla ħnienau b'furja feroċi wara James Brolin. Brynner, androjd liebes l-iswed qisu kien qed jirrepeti l-parti li ħadem kemm f 'e Magnificent Seven (1960), kif ukoll f 'Invitation To A Gunfighter (1964). Film li biddel ir-rotta raċ-ċinema kien Star Wars (1977) li fih dehru diversi kreaturi mekkaniċi fosthom il-ħelwin drojdi C-3PO u R2D2. Fuq vjaġġ għall-pjaneta malinna, l-ekwipaġġ tal-vettura Nostromo jirrealizzaw,meta jkun tard wisq fi triqthom lura, li abbord hemm mostru li twieled u ħareġ minn żaqq wieħed minnhom. Wieħed mill-ekwipaġġ ta' dan il-film tal- 1979, Alien, kien androjd, robot mingħajr sentimenti (Ian Holm). Xogħol ta' natura kulta hu Blade Runner (1982). Hawn jissejħu replikanti li suppost iżommu l-liġi, imma xi wħud jirribellaw għax ħajjithom tkun tista' tintemm minn mument għall-ieħor. L-atturi prinċipali huma Harrison Ford u Rutger Hauer. Is-Cyborg T-800 mudell 101, infatti Arnold Schwarzenegger jiġi lura mis-sena 2029 fid-dinja tagħna tas-sena 1984 biex joqtol lill-omm tal-mexxej futur tar- Reżistenza umana. e Terminator (1984) kellu suċċess tajjeb li ġab sequel aktar milqugħ, Terminator 2: Judgement Day (1991) fejn issa Schwarzenegger ikun ipprogrammat biex jipproteġi b'kull mezz possibbli lit-tifel ta' Sarah Connors (Linda Hamilton), l-omm li qabel ried joqtol minn tip ta' mudell aktar avvanzat u sofistikat. F'I Robot mill-ktieb ta' Isaac Asimov, Will Smith ikun ifittex robot li qatel lil sidu u b'hekk m'obdiex it-3 regoli tar-robotika. Meta jsibu u jkun se jitterminah, ir-robot jgħidlu li sidu stess talbu jagħmel hekk għax kellu marda terminali. Kellna diversi films oħra b'temi differenti dwar robots, fosthom Tobor e Great (robot miktub minn wara), D.A.R.Y.L., Short Circuit, kollha b'andament ġentili u familjari, Robocop, nofsu bniedem u nofsu magna, Edward Scissorshands, e Matrix, e Transformers, Bicentennial Man u ħafna oħrajn. Fil-futur fiċ-ċinema r-robots, l-androjdi u s-cyborgs se jkollhom aktar rwoli prinċipali u ta' stoffa.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 March 2022