Illum previous editions

ILLUM 27 March 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1462880

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 27

elezzjoni2022 09 illum • IL-ĦADD 27 TA' MARZU 2022 Passaporti tad-deheb, dinja virtwali mumenti mill-kampanja Nazzjonalista Mario Galea mar jitkellem f 'konferenza dwar is- saħħa mentali u l-esperjenza tiegħu mal-battalja kontra d-dipressjoni. Minkejja li s-suġġett huwa wieħed li dwaru Galea tkellem ħafna - il- fatt li deher f 'attività tal-PL it wara li akkuża lill-PN li għamillu ħajtu infern, qajla għen lill-istess partit. Kien Grech stess iżda li, waqt intervista bħala parti mill- kampanja elettorali, saħaq li ma kienx sorpriż dwar il-fatt li Galea għamel l-indirizz dwar is-saħħa mentali għaliex ta' sikwiet kien jitkellem fuq hekk. F'Lulju li għadda Grech kien stqarr li l-PN irid ifassal paġna ġdida fuq il-prinċipju ta' politika umli u serja. Tant hu hekk li qal li l-partit immexxi minnu lest li jadatta u jinbidel biex jilqa' lil kulħadd fi ħdanu. Dan deher biċ-ċar fl-aħħar ġimgħat hekk kif reġa' sejjaħ uċuħ prominenti mal-PN biex jagħtu l-appoġġ tagħhom f 'din il- kampanja. Waħda minn dawn kienet il- ġurnalista u xandara veterana Louise Tedesco li minkejja li telqet mill-partit kważi sena u nofs ilu, wara l-elezzjoni interna għall-Kap tal-Oppożizzjoni, ħabbret ir-ritron tagħha permezz ta' dehra waqt il-Maratona Ġbir ta' Fondi "Jien qiegħda hawn biex nagħmel messaġġ li pajjiżna għandu bżonna u rridu nagħżlu jekk irridux nibqgħu fit-triq il-ħażina, bħalma aħna issa, jew nagħżlu t-triq it- tajba," qalet Tedesco waqt ġbir ta' fondi. Hija appellat lil-dawk kollha li huma muġugħin bl-azzjonijiet tal-Partit biex jingħaqdu magħha. Jidher li dan l-appell intlaqa' minn xi nies hekk kif Angela Coleiro telgħet fuq il-podju b'appell li pajjiżna jixraqlu aħjar. Tajjeb li nfakkru li Angela Coleiro kienet ser toħroġ għall-elezzjoni għall-ewwel darba mal-PN, iżda kienet irtirat il- kandidatura tagħha "għal raġunijiet personali." Filwaqt li l-messaġġ ta' Tedesco laħaq lil Coleiro, ma wasalx fil- bibien tal-Qrati u hawn l-ILLUM tirreferi għal ħadd ħlief Franco Debono. Filwaqt li kien hemm l-għidut li Debono kien se jirritorna lura fix-xena politika - xi ħaġa li kienet tagħti it ta' impetu lill-kampanja tal-PN - l-eks Deputat Nazzjonalista kkjarifika fuq Facebook li ma kellu ebda' nteress li jikkontesta issa, minkejja r-reazzjoni pożittiva li kellu. Madakollu, Debono ma eskludiex li fil-futur se nerġgħu narawh f 'xi kampanja. 'Nafu li saru xi żbalji' Fil-programm Xtra ippreżentat minn Saviour Balzan, Abela saħaq li meta ġie elett hu wara r-riżenja tal- eks Prim Ministru Joseph Muscat, fl-2020, il-Gvern beda' paġna ġdida. Din ma kinitx l-ewwel darba li l-Prim Ministru għamel diskors simili. Possibbilment għax jaf li f 'pajjiżna għandna realtà li hemm Laburisti ġenwini li qattgħu d-dokument tal-vot, wara li ħareġ skandlu fuq ieħor u qtil ta' ġurnalista. Oħrajn lanqas biss ġabru d-dokument tal-vot, iżda r-raġuni għal dan, ma jafu ħadd. Ġimagħtejn ilu din il-gazzetta ġiet infurmata li l-PL kien qed jagħmel kampanja qawwija, immirata lejn il-votanti Laburisti li ma kellhomx intenzjoni li jivvutaw. Il-Partit, għamel ħafna telefonati bla waqfien, mill-Kwartieri Ġenerali u min ħemel ta' kandidati, inkluħ Ministri. Kandidati differenti ikkonfermaw mhux biss it-telefonati imma wkoll li din id-darba "kien hemm it iktar ilmenti ta' dan it-tip, aktar mis- soltu." Abela u Grech jiċċelebraw San Patrizju Minkejja r-rivalità bejn il- partiti l-kbar, diversi nies qablu li l-preżenza fuq il-midja soċjali kienet waħda tajba. Il-pubbliku ra d-dibattiti u minn hemm kulħadd ħa togħma ta' kif il-politiċi jikkomunikaw lil hinn mid-diskors li jkollhom preparat minn qabel. Tul dawn il-ħames ġimgħat rajna aproċċ pjuttost simili bejn Abela u Grech bil-mod ta' kif iltaqgħu maċ-ċittadini. F'dan il-kuntest, rajna li fil-Jum San Patrizju, festa sinonoma l-aktar maż-żgħażagħ, iż-żewġ mexxeja ingħaqdu mal- folla f 'San Ġiljan ħdejn uħud mill- aktar postijiet famużi li jkun hemm fihom iż-żgħażagħ. Saħansitra rajna wkoll lill- politiċi jiżfnu u jiċċajtaw fuq il-midja soċjali. Minkejja li din hija xi ħaġa kemmxejn ġdida għall-politiċi tal-pajjiż, dan jista' jkun li jirrifletti l-mod ta' kif il- politiċi ta' llum qed jadattaw biex jilħqu udjenzi differenti. B'mod speċjali issa li f 'din l-elezzjoni żgħażagħ ta' 16-il sena u 'l fuq jistgħu jivvutaw. Kemm Bernard Grech, Robert Abela u kandidati tal-partiti żaru l-iskejjel ipparteċipaw fi djalogi iżda dawn id-djalogi ġew reċiporkati mal-ġurnalisti ? Ħafna nnotaw ukoll li l-Kap tal-Oppożizzjoni ta' sikwit jinżel għal-livell taż-żgħażagħ, tant li b'mod sottili, meta akkuża lil PL li kkopja l-manifest tal-PN, qal li "kieku jissottometti dan il-manfesti fit-Turn-it-in żgur li ma jgħaddix." Dan huwa programm li jużaw il- kulleġġi biex jiċċekkjaw xogħol tal- istudenti għall-ikkupjar. Tajjeb li ngħidu wkoll li, mhux biss waqt il-kampanja elettorali, iżda anke qabel Grech iltaqa' ma numru ta' gradwati u fl-aħħar jiem rajnih jilgħab il-football ma' studenti tal-MCAST. Il-passaporti għall-bejgħ, huma tad-deheb jew le? Din il-gazzetta tfakkar li minkejja li Malta għandha elezzjoni u xi nies qed jargumentaw fuq il-mezzi soċjali dwar min hu l-aħjar, jekk hux blu jew aħmar, hemm gwerra qalila għaddejja kilometri 'l bogħod mill-gżira tagħna. Dik tal-Ukrajna u r-Russja. Kemm il-PN u l-PL taw appoġġ kbir, iżda l-ikbar kwistjoni li baqbeqt lil ħafna ċittadini, sforz il- biża ta' gwerra wara l-bieb, kienet dik tal-bejgħ tal-passaporti u ċ-ċittadinanza. L-iskema ta' ċittadinanza titlob li persuna bi dħul għoli li tkun qed tapplika trid tixtri jew tikri residenza li tkun se toqgħod fiha. Mistoqsi minn Times of Malta jekk Malta hux se twaqqaf il-bejgħ tal-passaporti tad-deheb lil ċittadini Russi, is-Segretarju Parlamentari għaċ-ċittadinanza Alex Muscat saħaq li l-iskema ta' Malta mhijiex dik tal-passaport tad-deheb u li pajjiżna mhux talli jagħmel id-due diligence fuq l-applikanti iżda, "ngħallmu lil pajjiżi oħra fuq id-due diligence." Madankollu, jidher li l-kumpanija legali ta' Robert Abela, skont rapporti ta' TOM kienu aġenti tal- passaporti tad-deheb. Tant hu hekk li allegatament, żewġ ċittadini Russi kienu reġistrati li qed jikru villa fiż-Żejtun, irreġsitrata fuq Robert Abela, minkejja li din il-villa kienet tidher diżabitata u l-ġirien ma kellhom ebda idea ta' din il-koppja. Dan il-passaport tad-deheb jippermetti individwi bi dħul għoli li jingħataw passaport Malti, fi żmien sena u tliet snin li jagħmlu investiment sostanzjali f 'pajjiżna. Minn naħa l-oħra biex persuna tingħata passaport Malti fi żmien sena, il-persuna tkun trid għamlet investiment ta' minimu ta' €750,000 għall-Fond Nazzjonali tal-Iżvilupp. Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen, fi żjara f 'Malta s-sajf li għadda kienet diġà wissiet li l-bejgħ tal-passaporti għandu jitwaqqaf minnufih. Għaldaqstant fil-bidu ta' Marzu, Malta waqqfet il-bejgħ ta' ċittadinanza għal individwi mir- Russja u Belarussja. Il-Covid-19 qiegħed fuq brejk! Kwistjoni oħra li rat pataflun ta' kritika lejn iż-żewġ partiti kienet li bħal donnu l-Covid-19 m'għadux jeżisisti. Mill-aġġornamenti ta' kuljum tal- Awtorità tas-saħħa jidher li l-każi tal-Covid-19 qed jiżdiedu. Tant li kważi kuljum Malta kellha 'l fuq minn 250 każ. Ftit jiem ilu s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci saħqet li l-varjant ġdid tal-Omicron diġà jinsab Malta u ilu madwar xahar. "Issa qed titkellem? Dan juri kemm il-vot hu importanti aktar mis-saħħa pubblika". Dan kien wieħed mill-kummenti li rċiviet Gauci. Ħafna kkummentaw ukoll li għal attivitajiet kulturali hemm ħafna restrizzjonijiet iżda fejn jidħlu attivitatjiet politiċi bħal Mass Rallies ma jeżisti ebda tip ta' kontroll fuq follol ta' nies fuq xulxin. Il-Prim Ministru Robert Abela waqt Mass Rally

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 March 2022