Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1464181
Malta imma attendew mas-70 persuna. U nieqaf hemm!' 13 intervista illum • IL-ĦADD 10 TA' APRIL 2022 lil ieħor biex jirrepeti akkuża li jkun għamel barra l-Parlament. Ir-raġuni għaliex jingħad dan huwa proprju minħabba dan il-privileġġ li permezz tiegħu Deputat ikun jista' jagħmel akkuża jew allegazzjoni mingħajr il-biża' u mingħajr it-toqol ta' theddid legali. Imma ta' sikwit ukoll nisimgħu kummenti - inkluż mill-Ispeaker innifsu fl-aħħar snin - li dan il-privileġġ qed ikun abbużat. Kif jiġi abbużat? Kellu każi li huwa jħoss li kienu użu abbużiv ta' dan il-privileġġ? Farrugia jibda billi jfakkar li privileġġ parlamentatri qiegħed hemm propju biex Deputat jagħti informazzjoni jew jgħid xi ħaġa mingħajr il-biża' li din se tintuża kontrih. "L-abbuż imbagħad huwa meta tgħid affarijiet li ma jkunux vera, jew ma jkunux eżatti jew inkella li jkunu mdawwrin b'mod li jagħmlu ħsara lil individwu jew inkella saħansitra kumpanija, li imbgħad ma jkollhiex id-dritt li tfittex lil dak id- deputat għal dak li jkun qal" jispjega Farrugia. Filwaqt li sostna illi din tkun sitwazzjoni inġusta qal ukoll illi hu għamel studju li minnu kkonkluda li hemm bżonn isir mekkaniżmu li jagħti rimedju liċ-ċittadin meta dan iħoss li dwaru intqalet gidba jew kalunja fil-Parlament. "Id-demokrazija fuq il-verità hija mibnija u allura permezz ta' xi ħaġa bħal din aħna nagħtu dritt ta' risposta wara li l-Ispeaker jkun investiga l-każ," ikompli jispjega Farrugia. Huwa qal li xtaq illi Malta tkun l-ewwel li tħaddem mekkaniżmu simili li jgħid illi jeżisti f 'New South Wales (Awstralja) u fi New Zealand, fost oħrajn. "Mela jekk jiġi deputat u jgħid tixtrux minn dik il-kumpanija għax prodott ħażin jew inkella deputat jallega li xi ħadd akkużat il-Qorti huwa ħati għal raġunijiet li huwa jelenka, il-persuna msemmija jkollha dritt li tfittex rimedju," kompla jispjega l-Ispeaker. Huwa qal illi f 'każ li dak li jkun qal Deputat ma jkunx vera, l-Ispeaker jitlob li dak li qal jiġi irtirat u jekk ma jaċċettax li jagħmel dan ikun l-Ispeaker stess li jsemmi lid-Deputat u jikkundanna. Mistoqsi jekk fl-aħħar disa' snin illi matulhom ilu Speaker kellux każi simili, Anġlu Farrugia wieġeb fil-pożittiv għalkemm qal li ma seta' jagħmel xejn għax din il-proċedura ma hawnx bħala f 'pajjiżna. 'Id-deċiżjonijiet tiegħi qatt ma kienu kkundizzjonati' Naturalment ma nistgħux ma nistaqsux dwar il-kontroversja li qamet fuq id- deċiżjoni tiegħu fil-konfront ta' Rosianne Cutajar li kienet instabet ħatja illi kisret l-etika meta ma kinitx iddikjarat €9,000 minn senserija fil-Lista tad-Dħul u Assi tagħha. Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech u diversi persuni qrib il-PN, kif ukoll l-għaqda Repubblika, kienu akkużawh illi qed iservi ta' paraventu għall-Gvern. Kif iwieġeb għal din l-akkużi serja? Huwa qal illi l-Oppożizzjoni qatt ma ressqet mozzjoni ta' sfiduċja imma diskussjoni dwar deċiżjoni li kien ħa dwar Rosianne Cutajar - u li fil-verità kienet ittra illi fiha huwa sempliċiment informa lil Cutajar bid-deċiżjoni tal-Parlament. Farrugia qal illi huwa rrekuża ruħu mid-diskussjoni li saret u jinsisti li hu ngħata raġun mill-Kunsill tal-Ewropa illi d-deċiżjoni li ħa kienet "interpretazzjoni korretta u applikazzjoni korretta wkoll tal-liġi." Huwa qal illi kien hemm spin u għamel referenza għal kummenti tal- Prim Ministru u l-fatt li bħala Spekaer għadda 27 Ruling li kienu jffavorixxu lill- Oppożizzjoni. "Jiena m'inix membru ta' partit politiku - l-uniku Speaker fil-fatt li mhuwiex u d-deċiżjonijiet tiegħi qatt ma kienu kkundizzjonati." Kieku l-protesti ta' Repubblika baqgħu għaddejjin u l-isfiduċja tal-Oppożizzjoni kienet persistenti għal aktar żmien, kien jirrikonsidra l-pożizzjoni tegħu? Farrugia jgħid li kien hemm sejħa għal protesta nazzjonali "u qaluli li attendew madwar 60 jew 70 persuna. U nieqaf hemm." Farrugia iżda kien ukoll f 'nofs kontroversja fuq ittra li kien bagħtlu Matthew Caruana Galizia u risposta b'avukat biex wieġbu. Ma jħossx li kienet żejda li bagħat risposta b'avukat lil ċittadin li - taqbel jew le mal-punt li kien qed jagħmel - kellu kull dritt jikkontesta deċiżjoni tal-Ispeaker? Huwa sostna illi l-punt kollu kien li Caruana Galizia kien qed jagħmel numru ta' akkużi fil-konfront tiegħu li jinsisti li ma kinux minnhom u jfakkar li huwa kien rebaħ kawża - kemm fl-Ewwel Istanza kif ukoll fl-Appell - fuq akkużi minn Daphne Caruana Galizia, li ma qediex dmiru bħala membru tal-Korp tal-Pulizija. Huwa qal li fl-ambitu ta' dawn l-akkużi huwa ddeċieda li l-ittra li jibgħat tkun iffirmata mill-Avukat tal-Parlament. "Pero' naturalment inħallu lil kulħadd jgħid dak li jħoss u jixtieq." Żewġ siġġijiet nieqsa fil-Parlament... U ngħalqu bil-mekkaniżmu tal- Ġeneru. L-ewwelnett dan se jkun l-akbar Parlament li qatt kellha Malta: Hemm biżżejjed siġġijiet? U l-mekkaniżmu tal- ġeneru iħoss li ħadem 'il kontra u wassal biex inqas nisa ġew eletti? Farrugia jibda billi jgħid li fil-verità hemm żewġ siġġijiet inqas, 77 għal 79 membru iżda jgħid li qed isir ix-xogħol meħtieġ biex din il-problema tkun indirizzata. Dwar il-Mekkaniżmu tal-Ġeneru huwa qal illi f 'Laqgħa organizzata mill- President tar-Repubblika ftit żmien ilu kien tkellem mal-President tal-Kosovo, li hija mara, dwar dan u din spjegatlu kif dan il-pajjiż introduċa l-mekkaniżmu għal darba biss. Fl-elezzjoni ta' wara n-numru ta' nisa eletti kien ħafna akbar. Għalhekk Farrugia jisħaq li dan il- mekkaniżmu kien hemm bżonnu u jfakkar illi mill-1947 qatt ma nqabżu l-14% tan-nisa fil-Parlament, meta jfakkar li hemm pajjiżi Afrikani fejn in- nisa fil-Parlament iqarrbu l-50%. L-Ispeaker Anġlu Farrugia jtemm iħeġġeġ lill-PN u l-PL biex joffru spazji akbar għall-parteċipazzjoni aktar attiva tas-sess femminili, ħalli b'hekk id- Deputati nisa jibqgħu jiżdiedu.