Illum previous editions

ILLUM 10 April 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1464181

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 27

16 aħbarijiet IL-ĦADD 10 TA' APRIL 2022 • illum Nivvotaw għall-Maltin u għall-Ewropej: Kostitwenza waħda fl-elezzjonijiet Fl-2024 inti jaf ikollok il-possibbilità li tivvota mhux biss għal kandidati Maltin imma anke barranin biex jirrapreżentawk fil-Parlament Ewropew. Il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa estensiva lejn din il-possibilità... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Issa l-elezzjoni għaddiet u l-poplu ħa nifs il-ġewwa wara kampanja li l-aptit għaliha kien wieħed imqanżah, anke jekk finalment 85% (l-inqas fl-istorja politika ta' Malta indipendenti) xorta ħarġu jivvotaw, bil-mod il-mod il-partiti jibdew iħarsu lejn elezzjoni oħra li għadha 'l bogħod - vera - imma li xorta tkun test partikolari. Qed nirreferu għall-elezzjoni tal- Parlament Ewropew li issa ssir sentejn oħra għall-ħabta ta' Mejju/Ġunju 2024. F'dan l-artiklu l-gazzetta ILLUM se tevalwa rapport tal-Parlament Ewropew li qed jagħti ħarsa estensiva lejn il-proposta ta' listi transnazzjonali għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewoprew. X'ifisser dan? Ifisser li fl-2024 jaf tivvota mhux biss lill-kandidati Maltin, Laburisti, Nazzjonalisti, ADPD jew oħrajn - imma wkoll tivvota lil kandidati ewropej fuq polza tal-vot separata. Il-Parlament Ewropew qiegħed iħares lejn diversi modi kif sistema bħal din tista' taħdem, sistema illi permezz tagħha l-ewropej jivvutaw fuq bażi ewropea, apparti fuq bażi nazzjonali. Imma għaliex? L-istudju 'Transnational Electoral Lists- Ways to Europeanise Elections to the European Parliament' li sar mis- Servizz ta' Riċerka Parlamentari Ewropew jgħid li hemm tliet raġunijiet prinċipali għaliex qed tiġi kkunsidrata sistema bħal din. L-ewwelnett in-nuqqas ta' għarfien dwar il-ħidma u d-differenza li tassew jagħmel il- Parlament Ewropew f 'ħajjet in- nies f 'diversi oqsma. It-tieni raġuni hija l-fatt li ma hemmx uniformità fil-mod kif din l-elezzjoni ssir, min jispiċċa fuq il-polza tal-vot jew kif jiġu eletti l-MEPs minn pajjiż għall-ieħor. U finalment ukoll minħabba li l-Ewropej iħossu li kwistjonijiet nazzjonali huma ta' rilevanza ħafna ikbar għalihom u allura jew ma jivvotawx, jew inkella meta jivvotaw jagħmlu dan b'intenzjonijiet u raġunijiet li jappartjenu esklussivament kwistjonijiet nazzjonali. Dawn it-tliet raġunijiet - inkluż l-aħħar - huma evidenti f 'pajjiżna wkoll, fejn din l-elezzjoni minkejja li hija dwar il-Parlament Ewropew ħafna drabi titqies bħala test f 'nofs leġiżlatura ta' Gvern, bl- aħħar elezzjoni lokalment tara lil Joseph Muscat u lil Adrian Delia jisirqu ħafna mill-attenzjoni u jiffukaw kważi b'mod esklussiv fuq kwistjonijiet nazzjonali. Ursula Von Der Leyen - President tal-Kummissjoni Ewropea - kienet esprimiet ix- xewqa li ssir ħidma mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill Ewropew sabiex ikun hemm titjib fil-proċess tal-iSpitzenkandidaten u anke li tkun indirizzata l-possibilità ta' elezzjoni transnazzjonali. L-iSpitzenkandidaten huwa dak il-Kandidat li eventwalment imexxi l-Kummissjoni Ewropea li hija istituzzjoni ewropea b'saħħitha għaliex permezz tagħha - u f 'xi każi flimkien mal- Parlament Ewropew - tista' tmexxi 'il quddiem leġiżlazzjoni u bidliet li mbagħad imorru quddiem il-Kunsill Ewropew - u allura l-mexxejja Ewropej. Fl-2019 l-iSptizenkandidaten kienet Ursula Von Der Leyen, li kienet ġejja mill-partit tas-CDU fil-Ġermanja u li huwa membru ewlieni tal-Partit Popolari Ewropew. Għaliex favur u għaliex kontra? L-istudju jagħti ħarsa lejn diversi raġunijiet favur u anke kontra polza tal-vot komuni għall-ewropej. L-ewwelnett dawk favur jisħqu li listi bħal dawn jagħtu aktar valur lid-dimensjoni ewropea ta' tali elezzjoni filwaqt li tgħin ukoll sabiex jitnaqqas id-distakk u d-differenza bejn il-fatt li l-votanti huma mitlubin jivvotaw fuq materji ewropej u minn naħa l-oħra li jispiċċaw jivvotaw fuq kwistjonijiet nazzjonali li ħafna drabi ma jkollhom assolutament xejn x'jaqsmu ma' materji ewropej jew il-ħidma tal-Parlament Ewropew. Sistema transnazzjonali hija meqjusa wkoll bħala waħda li ssaħħaħ lill-partiti politiċi ewropej għax tipprovdihom bl-inċentivi meħtieġa sabiex isibu kandidati u jilħqu aktar votanti madwar l-UE. Dan apparti li sistema bħal din hija meqjusa pożittiva minn ħafna għaliex ittejjeb l-influwenza tal- votant li jispiċċa illi jivvota, mhux biss lill-Membri Parlamentari Ewropej fuq il-polza nazzjonali iżda dik ewropea wkoll. Sistema bħal din tagħti wkoll għażla aktar wiesa lill-votanti minn fejn jagħżlu, inkluż ta' partiti li forsi ma jkunux preżenti fil-polza tal- vot nazzjonali imma jkunu fuq dik ewropea. Dan jiaħ il-possibbilità per eżempju - jekk inħarsu lejn Malta - li persuna tivvota lill-kandidat favorit tal-Partit Laburista imma mbagħad tivvota lill- Partit tax-Xellug (e Le) - li f 'Malta la jeżisti u lanqas għandu Il-polza tal-vot fl-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew fl-2019

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 April 2022