Illum previous editions

ILLUM 10 April 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1464181

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 27

Dawn l-artiklI jifformaw parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta. 17 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 10 TA' APRIL 2022 għall-Ewropej: Ħarsa lejn l-Ewropa bħala fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew rappreżentanti f 'pajjiżna. Jew inkella xi ħadd ivvota PN pero' imbagħad fuq il-polza ewropea jixtieq jivvota lill-Konservattivi (ECR) għax dan il-partit li ma għandux kandidati f 'Malta jirrapreżenta aktar il-valuri tiegħu. Iżda minn naħa l-oħra, dawk kontra sistema simili jinsistu li minkejja kull xewqa l-kontra, probabbilment hemm aktar ċans li l-vot jitqies bħala wieħed fuq bażi nazzjonali aktar milli ewropew meta tinqasam fit- tnejn is-sistema. Dan għaliex il-votant jara l-polza tal-vot li hija komuni għall-UE bħala vot "għall-UE" imma l-polza l-oħra bil-kandidati nazzjonali bħala vot "nazzjonali". B'hekk l-għażla lill- kandidati nazzjonali tibqa' waħda li tiddependi ħafna mir-realtajiet politiċi nazzjonali u mhux dawk ewropej. Argument ieħor li jsir kontra sistema bħal din hija li l-Membri Parlamentari Ewropej eletti mill-polza komuni ewropea ma jkollhomx kostitwenza partikolari u lanqas rabta ma' territorju partikolari b'interessi partikolari u allura dan iwassal biex tikber u mhux tonqos id-dikotomija bejn l-elettorat ewropew u l-MEPs li qed jirrapreżentawh, li fil-fatt diġà qegħda hemm u li diġà hija akbar minn dik fuq bażi nazzjonali, speċjalment meta wieħed jikkunsidra pajjiżi bħal Malta - fejn l-elettorat huwa ħafna eqreb u familjari mal- politiku li jeleġġi. Apparti minn hekk dawk kontra din is-sistema jinsistu li tagħti vantaġġ ħafna akbar lill- kandidati minn pajjiżi kbar, li allura jispiċċaw iġibu ħafna iktar voti minn dawk minn pajjiżi bħal Malta, Ċipru, l-Irlanda jew il- Lussemburgu. X'qalu l-esperti? Saru b'kollox tliet rapporti partikolari fuq din il-materja, rapporti li ħafna drabi fuqhom ikun ibbażat l-argument dwar għandhiex tiddaħħal sistema simili. L-ewwelnett hemm ir-Rapport Anastassopoulos, minn Georgios Anastassopoulos (EPP) li kien ippropona illi 10% tal-MEPs fil-Parlament Ewropew ikunu ġejjin minn kostitwenza komuni Ewropea. Iżda dan ir-rapport ma tantx jidħol f 'wisq aktar dettall. Ir-rapport l-ieħor huwa ta' Andrew Duff - li fil-fatt ippubblika tliet rapporti dwar din il-materja. Skont l-ewwel rapport huwa qed jipproponi li minn 751 membru tal-Parlament Ewropew, 25 ikunu eletti b'dan il-mod. Dan ir-rapport jisħaq li l-listi li jissottomettu l-partiti jridu jkunu rappreżentattivi ta' "mill-inqas terz" tal-Istati Membri, filwaqt li jridu adegwatament jkunu rappreżentattivi skont il-ġeneru. Fl-aħħar rapport tiegħu mbagħad huwa ppropona li jitilgħu għal 70 dawk l-MEPs li jiġu eletti minn kostitwenza ewropea u madwar 630 mill-kostitwenza nazzjonali. U finalment u b'differenza ir- Rapport Hubner-Leinen Report qed jipproponi li minflok din is- sistema kollha, il-kandidat ta' kull partit politiku ewropew għall- Presidenza tal-Kummissjoni jkun magħruf sa mhux aktar tard minn 12-il ġimgħa qabel l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew biex b'hekk il-vot tal-poplu jintrabat ukoll mal-għażla tal-kandidat li jmexxi l-kummissjoni jekk dak il-partit jikseb il-maġġoranza fil-Parlament Ewropew (tradizzjonalment huma l-EPP u l-S&D). Interessanti illi l-eks Prim Ministru Irlandiż John Burton ippropona li l-MEPs ikunu eletti permezz tas-Single Transferable Vote, li hija fil-fatt is-sistema ta' preferenza numerika li permezz tagħha kemm l-Irlandiżi u anke l-Maltin jagħmlu l-għażliet elettorali tagħhom. U l-Kummissjoni Ewropea x'taħseb? Il-Kummissjoni Ewropea b'mod mill-aktar ċar qed tiffavorixxi sistema elettorali uniformi għall-elezzjonijiet ewropej illi permezz tagħha kandidati jkunu magħżulin minn listi "ewropej" u b'hekk il-votant ikollu żewġ poloz: Waħda bil-kostitwenza nazzjonali u l-oħra bil-kostitwenza ewropea. Iċ-Ċentru tal-Istrateġija Politika Ewropea kien issuġġerixxa illi s-46 siġġu tar-Renju Unit jinqasmu f 'elezzjoni b'kostitwenza ewropea. Issuġerew li mill-inqas terz tal- Istati Membri jkunu rappreżentati fuq il-polza, li s-siġġijiet jitqassmu bi proporzjonalità - bi reshold ta' 3% u li s-sistema/proċedura elettorali tkun uniformi madwar l-Ewropa kollha. Sakemm kien ippubblikat l-istudju (Frar 2021), il- Parlament Ewropew kien iddiskuta biss sistema ta' kostitwenza waħda, li iżda taf toħloq problema ta' kemm votant se jkollu kandidati fuq il- polza tal-vot tiegħu. L-għażliet ta' kif tkun il-polza tal-vot li dan l-istudju jidħol fihom ivarjaw ukoll. Minn sistema 'Magħluqa' illi fiha inti tagħżel bejn partit u ieħor, is-Single Non Transferable Vote - jiġifieri li inti tagħżel kandidat jew inkella s-sistema Maltija illi fiha inti tinnumera lill-għażliet tiegħek, skont il-preferenza. Kif jixhdu dawn ir-ritratti l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew fl-2019 kienet kważi esklussivament miġġieleda fuq materji nazzjonali

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 April 2022