Illum previous editions

ILLUM 10 April 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1464182

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 27

18 Kotba IL-ĦADD 10 TA' APRIL 2022 • illum Tal-aħħar jiġu l-ewwel Hija storja riħa ta' disgħinijiet, ta' meta x'aktarx konna għadna boloh. Mhux il-ġenerazzjoni tal-kittieba bħal Schembri, li kienu ġa bdew jippruvaw isaħħnu l-qiegħa, imma bħala pajjiż ċkejken, insulari u insinifikanti, fuq l-għatba tal-globalizzazzjoni, u li jekk narawh issa bl-għerf taż-żmien, kien għadu ma jafx x'se jolqtu. Jew forsi kien jaf, għax il- kontroll min-naħa tas-setgħat iservi wkoll bħala għatu sod li jżomm il-borma tbaqbaq milli jfur, u xi kultant, kittieb jew artist irid ikun biex jittanta jaqlibha, u forsi anki jismot u jinstamat. L-istorja tax-xorti ta' dan ir-rumanz nafuha, b'suċċess li jidher mhux biss mir-riedizzjoni iżda anki mill-fatt li kien ġie Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Schembri jaħtaf l-okkażjoni li jikteb tassew ix-xogħol li missu jinkiteb, fejn ir-realiżmu mhuwiex biss l-ikkatologar tar-realtà skont skema fissa li titfa' tajjeb u ħażin kontra xulxin skont kategoriji ideali, biex imbagħad issolvihom bis-saħħa ta' status quo li jibqa' għaddej għax min qed jirrakkonta l-istorja ġa ċeda

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 April 2022