Illum previous editions

ILLUM 10 April 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1464182

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

'Kienu sejħu protesta nazzjonali kontrija, stiednu lil Malta 12 intervista IL-ĦADD 10 TA' APRIL 2022 • illum Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti għall-aħħar disa' snin u jaf din tkun l-aħħar intervista miegħu f'din il-kariga. Il-gazzetta ILLUM tiltaqa' ma' Anġlu Farrugia u tagħti ħarsa lejn il-ħidma Parlamentari fl-aħħar snin... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Kien l-ogħla awtorità, fl-ogħla istituzz- joni tal-pajjiż meta fil-Parlament kien għaddej ftit maltemp mhux ħażin u barra l-bank kienu għaddejjin protes- ti kbar kontra l-Gvern u sa ċerta punt kontra l-Kap tal-Oppożizzjoni wkoll dak iż-żmien. Il-gazzetta ILLUM til- taqa' ma' Anġlu Farrugia li għall-aħħar disa' snin serva ta' Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti. U propju nibdew nistaqsu dwar is-snin illi matulhom rajna lill-Parlament fiċ- ċentru ta' kriżi politika u ta' attiviżmu. Kif janalizza l-avvenimenti ta' dakinhar? U xi rwol kellu jieħu hu bħala Speaker? Farrugia jibda billi jfakkar illi l-protesti kienu qed isiru għal raġuni u għax aħna pajjiż demokratiku, kulħadd allura għandu d-dritt li jipprotesta. "Naturalment Gvernijiet jitilgħu u oħrajn jinżlu, dak huwa ċ-ċiklu politiku. Imma minkejja l-isfida li kellna quddiemna il-Parlament baqa' jiffunzjona." Huwa jfakkar li l-leġiżlatura li intemmet rat ir-riżenja ta' Prim Ministru (Joseph Muscat) u rat ukoll it-tneħħija ta' Adrian Delia minn Kap tal-Oppożizzjoni, biex imbagħad minfloku daħal fil-Parlament Bernard Grech. "Imma minkejja dan kollu inti dejjem kellek il-kontinwazzjoni tar-rieda tal- poplu. Għax jiena nista' nipprotesta kuljum u nista' ma naqbilx miegħek, imma fl-aħħar mill-aħħar huwa l-poplu li jagħżel lill-Gvern u lill-Membri Parlamentari li jirrapreżentawh." Huwa jgħid li hu kien fid-dmir li jara li d-Deputati jkunu jistgħu jibqgħu għaddejjin b'ħidmiethom u li ma jixxeklux milli jagħmlu dan. Kien hawn li semma' miżuri tas-sigurtà li kienu saru fosthom barrikati madwar il-Parlament, xi ħaġa li l-għaqda Repubblika illi mexxiet ħafna mil-protesti matul dak iż-żmien kienet ilmentat dwarhom. Fil- fatt l-ilment kien li fi protesta minnhom nofs il-Pjazza Ħelsien kienet meħuda bil- barrikati, meta kien hemm protesta. "Kienu avvenimenti interessanti li għaddejna minnhom ilkoll, inkluż jiena." 'Fost l-aktar leġiżlatura li fiha sar xogħol' Imma Farrugia jkompli billi jgħid illi l-leġiżlatura li għaddiet kienet ukoll fost l-aktar leġiżlatura li fiha saret ħidma Parlamentari u kif għaddew xejn inqas minn 234 liġi bejn l-2017 u Frar ta' din is-sena, biex kienet waħda mill-iktar leġiżlaturi - jekk fil-fatt mhux l-aktar - li matulha l-Parlament għadda liġijiet, fl- aħħar kwart ta' seklu. "Rekord assolut... Aħna fost l-aktar Parlamenti li għandna clearance rate għolja. U mhux qed nitkellmu ħidma dwar liġijiet biss imma wkoll dokumenti mqegħdin fuq il-Mejda tal-Kamra - li nfakkar illi jitqiegħdu hemmhekk, imbagħad jiġu diskussi u studjati." Farrugia mbagħad ikompli jelenka l-ħidma Parlamentari, ftit, ftit permezz ta' numri. F'ħames snin saru 549 seduta Parlamentari u 652 laqgħa tal-Kumitati Parlamentari. Dawn il-Kumitati jinkludu l-famuż Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi - li fih rajna lill-eks Ministru Konrad Mizzi f 'battibekk ma' Beppe Fenech Adami li kien imexxih u Kumitati oħrajn - uħud li jevalwaw il-qasam soċjali, oħrajn li jiddiskutu trasferimenti tal-art u dawk li jitrattaw is-saħħa u l-ekonomija. F'ħames snin saru wkoll 54 Mozzjoni Privata - fosthom il-famuż abbozz tal-eks Deputat Marlene Farrugia sabiex l-abort ikun dikriminalizzat, filwaqt li Anġlu Farrugia kellu jieħu 89 deċiżjoni bħala Speaker. Fl-istess perjodu ta' żmien huwa mexxa wkoll 43 delegazzjoni barra mill- pajjiż. "Il-medja ta' kull leġiżlatura normalment f 'Malta kienet tkun ta' bejn 120 jew 130 liġi kull legizlatura, filwaqt li tlaħħaq il-180 u 170 liġi fl-Ewropa. U aħna hawnhekk kif għidtlek kellna 237 liġi f 'ħames snin." 'Kellna Oppożizzjoni b'saħħitha ħafna' Imma forsi dawn il-liġijiet kollha għaddew aktar faċli għax il-Gvern kellu maġġoranza aktar komda? Farrugia ma jaqbilx u jisħaq illi fl- aħħar snin il-Parlament ra Oppożizzjoni b'saħħitha ħafna, li jfakkar illi fejn ma taqbilx għandha dritt titlob division u allura titlob vot. "Imma fil-verità f '90% tal-każi, kemm il-Gvern kif ukoll l-Oppożizzjoni jaqblu ma liġijiet u bidliet li jkunu qed jiġu proposti," ikompli jispjega l-Ispeaker. Il-gazzetta ILLUM tistaqsi iżda x'inhu eżatt il-proċess parlamentari. X'jiġri? Tmur liġi quddiem il-Parlament, jiddiskutuha, jitfgħu xi botta jew tnejn kontra xulxin u barra bid-daqq? Anġlu Farrugia jispjega kif il-proċess huwa maqsum f 'erba' stadji. L-ewwel qari, huwa meta jinqara it- titolu tal-Abbozz ta' Liġi u jittieħed vot u wara tmur għat-Tieni Qari. Hawnhekk huwa il-punt l-aktar familjari ma' dawk li jsegwu l-Parlament għax huwa f 'dan l-istadju fejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni jiddibattu liġi jew abbozz u jitfgħu dik il-botta lil xulxin, filwaqt li jispejgaw għaliex ressqu jew għaliex - fil-prinċipju - se jkunu qed jivvutaw kontra liġi. Imbagħad abbozz imur fi Stadju ta' Kumitat u l-Ispeaker ifakkar illi huwa hawn illi l-Membri Parlamentari jidħlu f 'ħafna aktar dettall, issir diskussjoni artikolu, artikolu u fejn isiru l-emendi għal Abbozz ta' Liġi. Fit-Tielet Qari kollox jiġi finalizzat u l-Ispeaker flimkien mal-Clark of The House jiffirmaw il-Liġi. L-Istanding Orders ma jispeċifikawx kif għandha titwieġeb Mistoqsija Parlamentari Induru fuq il-Mistqosijiet Parlamentari. X'inhu eżattament l-iskop ta' dawn? U għaliex eżattament ikun hemm tweġibiet orali u oħrajn bil-miktub? Farrugia jibda billi jgħid li d-differenza hija kif id-Deputat staqsa l-mistoqsija u allura kif xtaq it-tweġiba. "Kull seduta Parlamentari hemm nofs siegħa ċans illi matulhom isiru l-Mistoqsijiet u tweġibiet orali, filwaqt illi jkunu ppubblikati t-tweġibiet bil-miktub." Huwa jgħid illi fl-aħħar leġiżlatura kien hemm xejn inqas minn 24,885 Mistoqsija Parlamentari li saret u li twieġbu kważi kollha - sa qabel xolja l-Parlament. Fil-fatt twieġbu 23,492 mistoqsija. Mal-ILLUM Farrugia fakkar ukoll li huwa jagħti d-dritt ta' Mistoqsijiet Suppimentari li allura jkunu mistoqsijiet oħrajn marbutin mal-ewwel mistoqsija li Deputat ikun jixtieq jagħmel. Mhux l-ewwel darba li minn dawn it-tweġibiet toħroġ informazzjoni interessanti u ċifri dwar reati, inċidenti, ħlasijiet u kuntratti, direct orders, pagamenti u aktar. Farrugia jgħid illi jekk tgħodd il- Mistoqsijiet Supplimentari issib li f 'ħames snin saru kważi 70,000 domanda. Issir kritika mill-partiti fl-Oppożizzjoni illi jsiru mistoqsijiet biex imbagħad Ministri jibqgħu jipposponu t-tweġiba bil-famuża frażi "It-tweġiba se tingħata f 'seduta oħra." Kemm huwa sew u kemm għandu Ministru jitħalla jipposponi tweġiba, li wara kollox tista' tkun fl- interess pubbliku? Anġlu Farrugia jibda billi jfakkar illi fejn ma jkunx hemm gwida u preċedent ir-Regolamenti tal-Kamra dejjem jirreferu għal dawk tal-House of Commons - u dan hekk kif is-sistema u r-regoli Parlamentari lokali huma mibnijin propju fuq is-sistema politika Ingliża. Imbagħad ikompli jgħid illi f 'din is- sitwazzjoni l-Ispeaker ma tantx għandu wisq x'jista' jagħmel, ħlief li jgħaddi kumment illi fih iħeġġeġ biex tingħata tweġiba. "Darba fil-fatt jiena kont iddeċidejt fuq materja simili u kont għidt illi mhuwiex fl-interess Parlamentari li Ministru ma jweġibx domanda." Huwa jkompli jispjega illi l-Istanding Orders filwaqt li juru kif għandek titsaqsi mistoqsija u x'għandek u ma għandekx tgħid u ssemmi meta tistaqsi, ma jagħtux gwida dwar kif issir it-tweġiba. Huwa qal illi fil-fatt din il-kwistjoni qamet diversi drabi anke fost l-Ispeakers tal-Commonwealth, fejn saret il- mistoqsija dwar jekk wasalx iż-żmien li fil-fatt Speaker ikun jista' jagħti gwida lil Ministu dwar kif jista' jwieġeb. "Iddeċidejna wkoll illi meta Ministru jwieġeb u jikkwota minn dokument jrid ipoġġi dan id-dokument fuq il-mejda tal- Kamra." Privileġġ Parlamentari: Lejn għodda ta' rimedju għaċ-ċittadin? Induru fuq il-famuż privileġġ parlamentari. Kemm-il darba probabbilment smajtu Deputat jistieden

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 April 2022