Illum previous editions

ILLUM 10 April 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1464182

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 10 TA' APRIL 2022 se jħallsu prezz l-Isptar u l-infermiera' L-Italja L-istat tal-Covid-19 fil-pajjiż: kompletament aħmar skur. Bħalissa, biex wieħed ikollu aċċess għall-ispazji pubbliċi u għal attivitajiet kulturali u rikreattivi għad hemm bżonn l-ilbies tal-maskri tat-tip FFP2. Dawn it-tip ta' maskri huma maskri mediċi u għaldaqstant aktar protettivi minn tipi ta' maskri oħra. Madankollu, il-maskra mandatorja mhux se tibqa' tintuża mit-30 t'April għall- ispazji pubbliċi fosthom; iċ- ċinema, ċentri tal-isport, ristoranti, mużewijiet u bajjiet fost oħrajn. Intant, apparti l-maskra, bħalissa fl-Italja biex ikollhom aċċess għal dawn il-postijiet wieħed irid ikollu ċ-ċertifikat tat-tilqima. Minkejja dan, din il- miżura se tintemm fl-1 ta' Mejju. Franza L-istat tal-Covid-19 fil-pajjiż: kompletament aħmar skur L-Awtoritajiet Franċiżi eliminaw il-bżonn taċ-ċertifikat tat-tilqima biex wieħed iżur postijiet pubbliċi. Minkejja dan l-użu tal-maskri għadu madatorju f 'ċertu każijiet fosthom fit-trasport pubbliku, inkluż ukoll fit-taxis kif ukoll ċentri tas-saħħa. Eżenti minn din il-miżura huma tfal taħt is-sitt snin, preżentaturi ta' programmi televiżivi u mistednin tagħhom kif ukoll rappreżentanti ta' kulti reliġjużi waqt l-attivitajiet tar- reliġjon rispettiv. Id-distanza soċjali tibqa' miżura stretta fi Franza b'mod partikolari fl-iskejjel u ċ-childcare centres. Fejn jidħlu ħwienet kummerċjali numru limitat ta' persuni biss huma permessi fil-ħanut fl-istess ħin. Ristoranti, kafetteriji u bars iridu josservaw massimu ta' għaxar persuni fuq kull mejda b'distanza ta' żewġ metri bejn kull waħda. Il-Ġermanja L-istat tal-Covid-19 fil-pajjiż: kompletament aħmar skur. B'differenza minn pajjiżi oħra fl-Ewropa, ir-restrizzjonijiet fil-Ġermanja mhumiex ibbażati fuq deċiżjonijiet tal-Gvern ċentrali imma mill-Gvern federali, jiġifieri skont l-istat. Fil-Ġermanja hemm total ta' 16- il stat federali. Minkejja dan, ilkoll qablu li l-maskri, tat-tip FFP2 jew KN95, għandhom jintlibsu f 'faċilitajiet ta' kura, fl-isptarijiet, fiċ- ċentri tas-saħħa, fit-trasport pubbliku u f 'komunitajiet ta' akkomodazzjoni. Apparti minn hekk f 'ċertu stati għad hemm restrizzjonijiet fuq il-kuntatti bejn persuni li ma jgħixux fl-istess dar. Kull stat federali għandu l-massimu stabbilit ta' persuni li jistgħu jiltaqgħu fi gruppi. Min-naħa l-oħra, f 'Berlin (wieħed mill-istati), ir-regoli huma fost l-aktar stretti hekk kif qiegħed isir ittestjar mandatorju fl-isptarijiet għall-viżitaturi, għall-pażjenti u dawk il-persuni li jaħdmu fil-post. Qiegħed isir ukoll ittestjar mandatorju fl-iskejjel, minn tal- inqas tliet darbiet fil-ġimgħa, kemm għat-tfal kif ukoll għall- impjegati. Spanja L-istat tal-Covid-19 fil-pajjiż: maqsuma bejn aħmar skur u oranġjo. Simili tal-Ġermanja, Spanja għandha miżuri differenti fir- reġjuni tagħha. Madankollu, fuq livell nazzjonali huwa mitlub li l-maskra tibqa' tintlibes għal kull avveniment li huwa fuq barra, kemm-il darba il-persuni ma jkunux bilqiegħda, b'1.5 metri distanza. Bħal maġġoranza tal- pajjiżi ewropej, il-maskri huma mandatorji fuq trasport pubbliku. Eżenti għal dawn huma tfal ta' inqas minn sitt snin, persuni b'diżabilità jew dawk b'kundizzjonijiet respiratorji. L-Ispanjoli jistgħu ma jilbsux il-maskra waqt attivitajiet sportivi jew waqt li jkunu fi spazji naturali (xi bajjiet jew fil- kampanja) jekk id-distanza soċjali tinżamm. Ir-Renju Unit Filwaqt li l-maġġoranza tar- restrizzjonijiet fl-Ingilterra ġew rilaxxati, fl-1 ta' Mejju, l-Ingliżi li għandhom xi sintomi mhux se jiġu mitluba li jagħmlu swab test u minflok se jintalbu jibqgħu d-dar sakemm iħossuhom aħjar. Dan filwaqt li ċentri ta' ttestjar u contact tracing se jieqfu mill-1 ta' Mejju wkoll. Minn naħa l-oħra fl-Iskozja, il- maġġoranza tar-restrizzjonijiet ġew rilaxxati, jidher li r-regoli ta' min għandu jagħmel swab-tests u meta se jinbidlu fil-ġimgħat li ġejjin. Minkejja dan, maskri se jibqgħu mandatorji fit-trasport pubbliku u f 'postijiet magħluqa, inkluż ħwienet, sat-18 ta' April. Il-Polonja L-istat tal-Covid-19 fil-pajjiż: Filwaqt li l-maġġoranza tiegħu huwa orangjo, il-Polonja għandha wkoll żewġ żoni ħomor u waħda safra. Fil-Polonja, kemm il-maskri, il-kwarantina u anke l-iżolament m'għadhomx mandatorji. L-iżvizzera L-istat tal-Covid-19 fil- pajjiż: Mhemmx daqstant informazzjoni dwar il-każi ta' Covid-19 fil-pajjiż, allura l-UE tikkategorizza dan il-pajjiż bħala griż skur. Dawn ilhom mingħajr l-użu taċ-ċertifikat tat-tilqima biex jidħlu f 'faċilitajiet u postijiet pubbliċi bħalma huma ċ-ċinema, teatri u ristoranti, mis-17 ta' Frar. Tneħħiet ukoll ir- rakomandazzjoni biex in-nies jaħdmu mid-dar u l-maskri ftit li xejn jintlibsu barra. Il-Ġreċja L-istat tal-Covid-19 fil-pajjiż u l-gżejjer Griegi: aħmar skur. Bħalissa fil-Ġreċja biex tidħol fil-pajjiż jew inkella tattendi attivitajiet jew tmur fi stabbilimenti qed jaċċettaw tliet affarjiet: Iċ-ċertifikat tal-vaċċin, il-prova ta' fejqan mill-Covid-19 u f 'ċertu każi qed jaċċettaw ukoll test negattiv. Dan filwaqt li tfal tal-etajiet bejn erba' snin u 17-il sena iridu jipprovdu test negattiv (self- testing) li jkun validu għal 24 siegħa. Il-maskra għadha mandatorja fi spazji fuq ġewwa kif ukoll fit- trasport pubbliku. Minn naħa l-oħra fil-ħwienet tal-merċa u sptarijiet (kemm dawk li jżuru kif ukoll impjegati) huwa mitub li jintlibsu l-maskri KN95 jew FFP2 jew inkella żewġ maskri fuq xulxin. L-Awtoritajiet Griegi jisħqu li l-maskra għandha tibqa' tintlibes fuq it-trasport pubbliku, taxis, dgħajjes, laneċ u sea taxis, b'limitu ta' tliet passiġġiera f 'vettura waħda flimkien mas- sewwieq. Minn naħa l-oħra stadiums nazzjonali joperaw sa' 50% tal- kapaċità tagħhom. Fuq il-bajjiet umbrella għandha tinqasam biss bejn żewġ minn nies.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 April 2022