18
Kotba
IL-ĦADD 10 TA' APRIL 2022 • illum
Tal-aħħar jiġu l-ewwel
Hija storja riħa ta' disgħinijiet,
ta' meta x'aktarx konna għadna
boloh. Mhux il-ġenerazzjoni
tal-kittieba bħal Schembri,
li kienu ġa bdew jippruvaw
isaħħnu l-qiegħa, imma
bħala pajjiż ċkejken, insulari
u insinifikanti, fuq l-għatba
tal-globalizzazzjoni, u li jekk
narawh issa bl-għerf taż-żmien,
kien għadu ma jafx x'se jolqtu.
Jew forsi kien jaf, għax il-
kontroll min-naħa tas-setgħat
iservi wkoll bħala għatu sod li
jżomm il-borma tbaqbaq milli
jfur, u xi kultant, kittieb jew
artist irid ikun biex jittanta
jaqlibha, u forsi anki jismot u
jinstamat.
L-istorja tax-xorti ta' dan
ir-rumanz nafuha, b'suċċess li
jidher mhux biss mir-riedizzjoni
iżda anki mill-fatt li kien ġie
Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb
Schembri jaħtaf
l-okkażjoni li
jikteb tassew
ix-xogħol li
missu jinkiteb,
fejn ir-realiżmu
mhuwiex biss
l-ikkatologar
tar-realtà skont
skema fissa li
titfa' tajjeb u
ħażin kontra
xulxin skont
kategoriji ideali,
biex imbagħad
issolvihom
bis-saħħa ta'
status quo li
jibqa' għaddej
għax min qed
jirrakkonta
l-istorja ġa ċeda