Illum previous editions

ILLUM 15 May 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1467733

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 27

21 editorjal illum • IL-ĦADD 15 TA' MEJJU 2022 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Editur: Albert Gauci Cunningham Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt I d-deċiżjoni tal-kumpanija ta' Melo Hili biex jagħlaq il-bajja ta' San Niklaw f 'Kemmuna u jagħlaq passaġġi f 'Kemmuna għall-kum- plament tas-sajf huwa sinjal ċar li dan il-pajjiż u dan il-Gvern għandhom opin- joni fjakka ta' x'għandu bżonn fil-pajjiż. Apparti li dan ikompli jikkonferma li jekk inti kumpanija kbira u għandek il-flus tista' mhux biss tagħmel triq fil-baħar imma ġġib lill-Gvern paljazza tiegħek. Robert Abela bħala Prim Ministru ma jistax jinħeba wara l-argumenti legalistiċi. Irid jaċċerta li l-kosta tibqa' aċċessibbli għall-pubbliku. Melo Hili u oħrajn bħalu, jemmnu li għax għandhom il-flus u jdawwru lira għandhom id-dritt li jinjuraw id-dritt fundamentali biex il-Maltin u l-Għawdxin ikunu jistgħu jimxu fil- libertà f 'pajjiżhom. Imnalla hawn gruppi bħal Graffiti li jitkellmu u jiftħu ħalqhom għaż-żgħir, nies li għandhom altruwiżmu kbir u kapaċi jaraw ċar id-dgħufija politika ta' Robert Abela u Bernard Grech. Ikun interessanti wkoll naraw kif ċerti sezzjonijiet mill-istampa se jibqgħu siekta quddiem l-ardir tal-kumpaniji ta' Melo Hili. Huwa minnu li Kemmuna ħafna drabi sservi ta' mandra għal min ma għandux sens ċiviku imma dan ma jiġġustifikax il-fatt li nbaxxu rasna għal aktar disprezz għad-dritt taċ-ċittadin li jimraħ fil-kampanji u fl-ispazji miftuħa tal-pajjiż. L-aqwa li dejjem bil-manifesti u l-programmi elettorali u l-islogans sbieħ. Meta niġu għas-si u n-no, dan il- pajjiż jixraqlu azzjonijiet favur l-interess pubbliku u mhux kontra. *** U biex iktar nifhmu kemm qegħdin ħażin l-affarijiet, applikazzjoni biex jestendu l-Excelsior Hotel, ġiet approvata wara li saru tibdiliet żgħar biex taparsi ma jiġux mgħottija s-swar. F'1969, erbgħin sena ilu, Din l-Art Ħelwa kienet tkellmet kontra l-Excelsior. Ma ġara xejn, imma almenu tkellmet. Illum biex tisma' leħinhom trid tispera li xi ħadd jirbaħ il-lotterija. Tlifna l-boxxla. Ma nafux x'inhu importanti, jew kemm hu importanti l-wirt kulturali u storiku tagħna. Għal darb'oħra kull deċizjoni hija xprunta mir-rebgħa għall-flus. Tassew kultura Latina fejn kollox huma marbut fuq l-individwu u kemm jista' jerda l-individwu. Għandha bżonn inkabbru l-movimenti ambjentali biex verament inwaqqfu dan l-istupru. Hemm bżonn ikun hemm nies fil- partiti politiċi li jitkellmu dwar dan id-defiċit altruwista fil-mexxejja politiċi, b'mod speċjali dawk li jippriedkaw twemmin soċjal demokratiku. L-arroganza tan-negozjanti l-kbar u dgħufija tal-gvern

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 May 2022