Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1467733
22 Is-Saħħa Mentali u l-involviment dirett tal-pazjenti S a mill-bidu tal-leġiżlatura tiegħi bħala Membru Par- lamentari Ewropew ħadt interess qawwi fis-saħħa mentali u saħansitra kont għam- ilt id-diskussjoni dwar il-bżonn ta' azzjoni fuq livell ta' Unjoni Ewropea dwar is-saħħa mentali bħala waħda mill-prijoritajiet ewlenin tiegħi. Dan għamiltu għaliex emmint u għadni nem- men li hija meħtieġa ħafna, aktar u aktar meta wieħed jikkunsidra li l-kundizzjonijiet tas-saħħa men- tali jammontaw għal bejn 22% u 25% tal-piż tad-diżabilità fl-Unjo- ni Ewropea. Matul din il-ġimgħa ddedikata għas-saħħa mentali fuq livell ta' Unjoni Ewropea, ġejt mistieden biex nipparteċipa f 'avveniment li ġie organizzat minn tliet gruppi ewlenin ta' pazjenti Ewropej, EFNA, Alzheimer Europe u Gamian Europe. It-tema magħżula kienet dik marbuta mal-involviment tal- pazjenti fis-saħħa tal-moħħ u kif nistgħu nissalvagwardjaw il-futur tas-saħħa tal-moħħ għall-pazjenti. F'dawn l-aħħar xhur, id- diskussjonijiet dwar is-saħħa mentali ffukaw ħafna fuq kif tista' tinġieb ir-riċerka dwar il-moħħ u s-saħħa tal-moħħ fuq l-aġenda Ewropea. L-organizzazzjonijiet tal-pazjenti kienu attivi ħafna biex iressqu l-fehmiet tagħhom għad- diskussjoni, madankollu, qed insibu dejjem aktar li fir-rigward tar- riċerka fis-saħħa u l-innovazzjoni tal-moħħ, l-involviment tal- pazjenti ma kienx irrappreżentat bl-aħjar mod u jista' jidher impatt relattivament żgħir fuq il-kura u d-dijanjożi tal-pazjenti. Fortunatament, kull ma jmur qiegħed dejjem jasal aktar il- messaġġ, u l-valur ta' saħħa mentali tajba qed jiġi meqjus dejjem aktar importanti għat-tkabbir ekonomiku u l-iżvilupp soċjali. Iżda minkejja dan xorta waħda hemm nuqqas ta' servizzi tas-saħħa mentali adegwati u ta' appoġġ disponibbli madwar l-Unjoni Ewropea. Fil-fehma tiegħi l-involviment dirett tal-pazjenti dejjem għandu jitqies bħala wieħed mill-aktar elementi kruċjali biex jiġu żviluppati servizzi u appoġġ xierqa u rilevanti, sabiex fl-aħħar mill- aħħar jiżdied l-impatt tat-trattament u l-eżiti tas-saħħa għall-pazjenti nfushom f 'livell individwali iżda wkoll biex jittejbu u jitfasslu aħjar is-sistemi tas-saħħa. Fi kliem ieħor, l-involviment tal-pazjenti jista' jgħin biex jiġi żgurat li s-sistemi tas- saħħa jagħtu riżultati f 'termini ta' aspettattivi u preferenzi tal-pazjenti. Fl-aħħar mill-aħħar, permezz ta' dan l-involviment dirett, il-pazjenti jkunu qed jingħataw is-setgħa biex jiksbu kontroll fuq ħajjithom stess u jżidu l-kapaċità tagħhom li jaġixxu fuq kwistjonijiet li huma stess iqisu li huma importanti. L-involviment u l-għoti tas-setgħa lill-pazjenti jgħinhom jirrikonoxxu r-rwol importanti tagħhom fil-ġestjoni tat- trattament u l-kura tagħhom stess, fi sħubija vera ma' professjonisti tas- saħħa u fornituri oħra tal-kura. Madankollu, spiss għadna nsibu diversi istanzi fejn pazjenti li jgħixu b'mard mentali għadhom isofru minn attitudni u imġiba ta' emanċipazzjoni, eżempju fil-kura tas-saħħa, fl-edukazzjoni, fuq il-post tax-xogħol u fis-soċjetà inġenerali. Sfortunatament għad hemm stigma qawwija marbuta mal-kundizzjonijiet tas-saħħa mentali, u dan jista' jkun ostaklu għall-awtoġestjoni u l-involviment tal-pazjenti. Dan huwa kontroproduttiv għaliex il- pazjenti għandhom ikunu involuti fid-deċiżjonijiet dwar it-trattament u l-kura li jaffettwawhom b'mod sistematiku, sabiex jiġi żgurat trattament u kura aktar effettivi, u fl-istess ħin il-pazzjenti tiżdidilhom il-fiduċja fihom infushom u tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni tagħhom. Għal dan il-għan nemmen bis-sħiħ f 'sistemi tas-saħħa li għandhom l-għan li kemm jista' jkun possibbli jżommu lill-pazjenti fil-komunità u li jappoġġjawhom fil-proċessi tat- teħid tad-deċiżjonijiet u jimmiraw għal trattament u alternattiva tal-kura l-inqas restrittivi. Aktar minn hekk, għandna nappoġġaw lill-organizzazzjonijiet biex jibnu l-kapaċità u jappoġġjaw l-isforzi tagħhom biex jamplifikaw il-vuċi tal-pazjenti u ta' dawk li jieħdu ħsiebhom. Bħala kopresident tal-Alleanza tal-Membri Parlamentari Ewropej dwar is-Saħħa Mentali, kburi li qed nappoġġja b'mod attiv Sena Ewropea għas-Saħħa Mentali, bħala pass 'il quddiem lejn strateġija komprensiva tal-Unjoni Ewropea dwar is-Saħħa Mentali. Barra minn hekk, il-grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi li jiena l-Viċi President tiegħu, ħareġ l-Istrateġija dwar is-saħħa mentali, li hija konformi ħafna ma' dawn il-punti li qajjimt. Bla dubju, l-impenn tiegħi li nkompli naħdem għal aktar kuxjenza dejjem qed jiżdied, u ser inkompli naħdem sabiex nara avvanz fit-tisħiħ tas-sistemi tas- saħħa u tat-trattament li jiġi mogħti lill-pazjenti li jgħixu b'mard marbut mal-moħħ. opinjoni IL-ĦADD 15 TA' MEJJU 2022 • illum Alex Agius Saliba huwa Ewroparlamentari tal-Partit Laburista Alex Agius Saliba Sfortunatament għad hemm stigma qawwija marbuta mal-kundizzjonijiet tas- saħħa mentali, u dan jista' jkun ostaklu għall-awtoġestjoni u l-involviment tal- pazjenti. Dan huwa kontroproduttiv għaliex il-pazjenti għandhom ikunu involuti fid-deċiżjonijiet dwar it-trattament u l-kura li jaffettwawhom b'mod sistematiku