Illum previous editions

ILLUM 15 May 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1467733

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

Ta' 20 sena, fl-eqqel tal- pandemija tiftaħ negozju għal rasha ... 'Ma kontx kapaċi noqgħod id-dar ma nagħmel xejn' 12 intervista IL-ĦADD 15 TA' MEJJU 2022 • illum L-ILLUM tiltaqa' ma' Kelly Pisani żagħżugħa li ta' 20 sena diġà kienet sid ta' negozju ta' aċċessorji tal-ħwejjeġ. Din il-gazzetta tieħu l-opportunità u tistaqsi lil Pisani dwar dan in-negozju u kif ta' età daqshekk żgħira rnexxielha tagħmel suċċess ANTHEA CACHIA F'Malta nsibu diversi negozji żgħar. Fi żmien il-pandemija sfortunatament dawn intlaqtu ħażin ħafna aktar minn kumpaniji kbar tant li ħafna għamlu kampanji sħaħ biex in-nies fil-festi, l-aktar il-Milied, jixtru mill-ħwienet lokali. Din il-ġimgħa, l-ILLUM marret iż- Żurrieq fl-uffiċċju ta' Kelly Pisani, żagħżugħa ta' 21 sena, li fl-2020, fl-eqqel tal-pandemija, iddeċidiet li tiaħ negozju mid-dar. Pisani tgħid mal-ILLUM kif biddlet ħajjitha kompletament hekk kif mill-istudju biex issir għalliema, illum qed tbigħ il-handbags, il-ġojellerija, kuxins u aktar fost oħrajn. Kollox beda fl-2020 meta faqqgħet il- pandemija u Pisani, li kienet qiegħda tagħmel il-kors biex issir għalliema, kellha tibda tagħmel il-lezzjonijiet mid- dar. Hija spjegat li bdiet issibha diffiċli sempliċiment tintefa' quddiem kompjuter u tisma' sigħat twal ta' lezzjonijiet. Tgħid li hi ma rnexxiliex tikkonċentra u kellha bżonn tagħmel xi ħaġa b'idejha biex jirnexxielha tiem aħjar. Minn hemm l-intrapredintriċi iddeċidiet li tistaqsi lil ommha biex tgħallimha tħit. Naturali fil-ħjata, Pisani tgħid li ma kinitx diffiċli għaliha biex titgħallem, anzi ħasbet li kienet se tkun aktar iebsa. Għenitha ħafna ommha li kienet ilha tħit u allura setgħet tgħinha aktar. Tgħid ukoll li fil-bidu li bdiet tipprattika Pisani kienet tagħmel linja dritta bla ħajt fuq karta. "Qbadna karta u bdejt inħit. L-ewwel waħda ġitni mgħawġa, it-tieni waħda ġitni mgħawġa wkoll. Eventwalment wara xi 15-il darba irnexxieli u għamilt linja dritta. Imbagħad minn hemm bdejt inħit fuq id-drappijiet," qalet Pisani. 'Bdejt ninduna kemm hawn materjali li qed jintremew, sempliċement għax ikunu mqatta'' Id-diskors waqa' fuq wieħed mill-aktar affarjiet li Pisani għandha għal qalbha, it-thriing. riing huwa meta persuna tmur f 'charity shops, ħwienet jew bazaar li fihom oġġetti u ħwejjeġ 'użati,' iżda ta' kwalità tajba, u jinbiegħu bi prezzijiet raġonevoli. "Bdejt ninduna li hawn ħafna materjali li jintremew sempliċement għax ikunu naqra mqatta' u ma jkunx hemm ħajja oħra għalihom," spjegat Pisani. Hija kompliet tgħid li bdiet tara potenzjal f 'affarjiet li b'naqra ħsieb jistgħu jinbidlu f 'affarjiet ġodda u li n-nies ikunu jistgħu ituhom ħajja ġdida. Bi tbissima fuq wiċċha hija qalet li l-imħabba għat-thriing bdiet minn ta' età żgħira meta kienet tmur f 'xi ħwienet simili ma' ommha. "Il-fatt li lanqas kont naf x'se nsib kienet tolqotni ħafna. Issa aktar ma nikber, aktar nara l-valur tat- thriing. Għalija mhux biss mezz ta' kif insib xi ħaġa għalija iżda narah bħala ħin perfett biex inqattgħu ma' ommi. Allura għalija din tfisser ħafna." 'Dejjem għalliema immaġinajtni. Lanqas qatt ma ħsibt f 'xogħol ieħor fil-verità' Mistoqsija minn din il-gazzetta jekk qatt immaġinatx li kienet se tagħmel dan ix-xogħol, pront hija stqarret: "le anzi qas qatt ma bsart u lanqas biss ħsibt f 'xogħol ieħor. Dejjem bħala għalliema immaġinajtni". L-ILLUM staqsiet jekk hemmx il- possibilità li fil-futur tiddeċiedi li tgħallem, kif dejjem xtaqet. Saħqet li jekk ikollha ċans li tagħmel hekk u ma titlaqx in-negozju tagħha, tikkunsidra l-irwol iżda tistqarr li "dan jista' jkun li huwa impossibli." Intant l-edukazzjoni għal Pisani hija importanti ħafna tant li beħsiebha tkompli tistudja. Peress li hija qatt ma studjat fuq in-negozju u l-marketing, riċentament iddeċidiet li tagħmel kors onlajn biex jgħinna aktar tmexxi n-negozju tagħha. Saħqet li għalkemm meta bdiet in- negozju għamlet ħafna riċerka u qrat ħafna materjal, temmen li dan ma kienx biżżejjed. Tant hu hekk li 'l quddiem beħsiebha tespandi fuq dawn is-suġġetti, "għaliex aktar kemm titgħallem aktar aħjar." 'Kreattiva, produttiva u stretta' … Min hi Kelly Pisani? Pisani spjegat lil-ILLUM kif tibqa' ddixxiplinata, organizzata u ffukkata fuq

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 May 2022