Illum previous editions

ILLUM 15 May 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1467733

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 27

16 kotba IL-ĦADD 15 TA' MEJJU 2022 • illum Storiċista Ftit ġimgħat ilu, il-forum tal- Facebook Kelmet il-Malti xegħel b'waħda mill-ħuġġiġiet regolari li jaqbdu fih, u li wara li jintfew tinduna li kienu biss nar tat-tiben. Dal-mumenti, f 'forum popolarissimu li issa jgħodd aktar minn 25,700 abbonat, jiġu sew minn taħbiliet frott nuqqas ta' għarfien u passjoni lingwistika żgwidata, li lanqas l-amministraturi tas- sit ma jsibu rkaptu tagħhom, jew inkella stagħġib ġenwin tal- kelliem medju għall-barbariżmi u l-ivvintazzjonijiet puri li wisq sikwit jidhru b'ittri jixegħlu fuq il-mezzi tax-xandir. Waħda minn tal-aħħar kienet il-kelma 'storiċista', li mid-dehra nstemgħet fuq l-aħbarijiet tat- TVM, u qalgħet furur ċkejken għax inħaseb li kienet kelma ġdida flok 'storiku'. Għalkemm ma kontx rajt l-aħbar, mill- ewwel issopponejt li kienet tittratta lil Charles Xuereb li, b'mod forsi provokattiv, jinsisti li jiġi deskritt b'dan il-mod. In- nar intefa it wara u — apparti l-mod mekkaniku kif bosta minna jħarsu lejn il-lingwa, bħal dak li qallu l-kliem huma biss dawk li nafu u li m'hemmx lok għal varjazzjonijiet jew inkella sejbiet ġodda li jkabbrulna tikka l-għarfien u jixegħlulna injoranza ġa tixgħel minnha nnifisha – ħareġ aspett interessanti dwar kif inħarsu lejn l-istorja. Issa, hemm diversi dibattiti dwar id-differenza bejn l-istoriku u l-istoriċista, imma naħseb li Xuereb, kif naraw ampjament fi France in the Maltese Collective Memory (Malta University Press, 2021) issa fit-tielet edizzjoni tiegħu, irid jisħaq fuq il-fatt li l-istorja mhijiex rakkont monolitiku dwar dak li ġara li għandna naċċettaw bil-għama, imma l-interpretazzjoni tagħha tibqa' dinamika anki meta meħuda fil-kuntest tal-preżent li qed ngħixu u l-ġejjieni li jiġi immedjatament warajh. Xuereb, Frankofilu magħruf li l-imħabba għall-pajjiż juriha bil-fatti u bl- istudju, jabqad is-sentejn ta' Franza Napoljonika f 'Malta, u jinterpratahom b'mod li jisfida l-miti sammi li nbnew wara din il- ġrajja, li tant tgħallimna narawha bħala xi tislita patrijottika kontra kolonizzatur għatxan għad- Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 May 2022