Illum previous editions

ILLUM 15 May 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1467733

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films IL-ĦADD 15 TA' MEJJU 2022 • illum Carmel Bonnici L-amosfera Gotika tas- Sud tal-Istati Uniti (2) Figura importanti fir-rinaxximent tal- letteratura tas-Sud kien William Faulkner li tant kiseb suċċess li Hollywood mill-ewwel ikkapparawh. In-novella tiegħu Sanctuary li kienet tindirizza s-suġġett projbit tal- istupru u fl-1933 ġiet iffilmjata bl-isem ta' e Story Of Temple Drake u fl-1961 ħallewlha t-titlu propju tal-ktieb. Kien hemm ukoll kittieb ta' ħafna reċti bl-atmosfera morbida ta' dan ir-reġjun u għalkemm qatt ma kien affiljat mal-Partit Komunista, kellhu jżomm il-gwardjani tal-moralità ċinematografika fuq is-swaba ta' saqajhom matul is-snin tal-President Eisenhower. Dan kien Tennessee Williams, it-tifel ta' mara attraenti tas-Sud (Southern Belle) li s-sbuħija malajr marret minn fuqha, u missier bejjiegħ ġerrej, ġo familja li ma tantx kienet tiffunzjona. Ix-xogħlijiet sodi u ta' impatt soċjali ta' Williams kważi kollha sabu posthom fuq il-liżar il-kbir. Ta' min isemmi li anki 100 sena wara l-ħerba tal-Gwerra Ċivili Amerikana, is-Sud kien għadu ħafna lura mill-bqija tal-pajjiż fl-ekonomija. F'dan ir-reġjun li m'għamilx progress qawwi mill-kreattività, dawk tal- lokal iddedikaw ruħhom għad-divertiment tipiku tas-Seklu Dsatax aktar min-negozju distint tas-Seklu Għoxrin tal-istampi jiċċaqilqu (ċ-ċinema). Kien biss wara l-waqfa tal-Istudio System ta' Hollywood (fejn atturi rinomati kien ikollhom kuntratt ma' kumpanija waħda biss) u li l-industrija tal-films Amerikani ma baqgħetx ċentralizzata li talenti ta' xi imprendituri bdew ifeġġu. Ħafna bdew jaħdmu f 'dawk imsejħa "exploitation cinema," films li jutillizaw persuni għall-finijiet oskuri ta' xi ħadd. Din il- kwalità ta' sfruttar kellha l-għeruq tagħha fil- fond tas-Sud, b'wirjiet makabri jew eċċentriċi u tradizzjonijiet ta' wirjiet ta' mediċina li suppost tagħmel il-mirakli. Għalhekk bdew jidhru films ta' qtil brutali u dmija, twerżieq, eċċ. bħal Two ousand Maniacs (1966) u oħrajn. Warajhom, fis-snin sebgħin dehru pataun ta' talent lokali li l-films tagħhom għamlu suċċess fiċ-ċirkwit tad-"drive-ins", primarjament fosthom Charles B. Pierce minn Arkansas b'e Legend Of Boggy Creek (1972) u e Town at Dreaded Sundown (1976), William Girdler ta 'Louisville, Kentucky, b'Abby (1974), risposta spinta għal e Exorcist u minn Austin, Texas, Tobe Hooper li l-film indipendenti tiegħu e Texas Chainsaw Massacre (1974) barra li werwer eluf ta' nies, kiseb suċċess tajjeb fil- box office u anki għarfin ta' xogħol kult. Is-Sud tal-Istati Uniti dejjem ġie mpinġi bħala "xi ħaġa terribbli li tiġri minn taħt.". Fl- aħħar, għat-tajjeb u l-ħażin, il-kliem miktubin minn Hank Williams Jr. (iben il-mibki kantant tal-mużika Country, Hank) fl-1977 jagħmlu verament sens: "Is-Sud il-ġdid, għall- grazzja t'Alla, għadu l-istess, ma nbidel xejn". Skont l-esperti u l-kritiċi, dawn it-12- il film li se nsemmi hawb taħt it-titlu ta' Southern Gothic: Love Death And Religion In e American Deep South, huma l-aqwa li jiddeskrivu b'mod sodisfaċenti dan is-suġġett: Intruder In e Dust (1949), e Young One (1960), e Fugitive Kind (1960), To Kill A Mockingbird (1962), Hush ...Hush... Sweet Charlotte (1964), Reflections In A Golden Eye (1967), e Beguiled (1971), Mandingo (1975), Wise Blood (1975), Sling Blade (1976), e Apostle (1997)u Shotgun Stories (2007). TMIEM William Faulkner Ikompli mill-ġimgħa li għaddiet

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 May 2022