MaltaToday previous editions

ILLUM 3 July 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1472275

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 23

13 festi illum • IL-ĦADD 3 TA' LULJU 2022 Maltija: Il-Funzjonijiet u l-Mużika (8) Il-Paniġierku Xi drabi, il-Quddiesa Solenni ta' nhar il-festa tissejjaħ ukoll il- Quddiesa tal-Paniġierku u bir- raġun għax parti kbira minnha jkun propju l-paniġierku tal-festa. Il-paniġierku huwa dik l-omelija aktar twila u elaborata mimlija tifħir dwar il-qaddis jew il-qaddisa li tagħhom tkun qed tiġi ċċelebrata l-festa. Ġeneralment il-paniġierku jkun twil mhux ħażin anke jekk il-ħin jiddeċidih dak is-saċerdot li jkun mistieden biex jagħmlu. Hemm min idum 20 minuta, hemm min idum tliet kwarti, siegħa u hemm min saħanistra dam jew idum aktar. X'aktarx li l-kongregazzjoni tkun qed tistenna dak il-mument tal-konklużjoni meta ġeneralment is-saċerdot jagħlaq b'xi poeżija jew bil-versi tal-innu popolari u ħafna tifħir fuq il-patrun jew il- patruna. F'dawk il-knejjes li għandhom pulptu, il-paniġierku jsir minn fuqu. Il-pulptu huwa bħal ambone imma elevat li jkun aktar viċin in- nies, fil-korsija tal-knisja. Fi żmien meta ma kinux jeżistu l-mikrofoni, l-fatt li l-pulptu kien fl-għoli u aktar viċin in-nies, kien jgħin biex kulħadd jisma' dak li jkun qed jgħid is-saċerdot. Saċerdot jinseġ il-paniġierku fil- festa ta' San Ġorġ ta' Ħal Qormi Jekk fil-quddies lett, jiġifieri l-quddies ta' kuljum titkanta l-Hallelujah qabel u wara l-versett tal-Evanġelu, fil-quddiesa solenni tal-festa jitkanta l-gradwal. Il-gardwal jitkanta wara t-tieni qari u qabel l-Evanġelju. Il-gradwal ikun innu jew antifona ta' tifrir lill-qaddis jew il-qaddisa li għalihom tkun qed tiġi ċċelebrata l-festa. Sakemm il-festa ma tkunx iċċelebrara fir- Randan, il-gradwal jintemm bl-Hallelujah, kif jintemmu l-maġġoranza tal-antifoni. F'xi festi, minflok il-gradwal, tingħad jew titkanta s-sekwenza. Din tkun bħal poeżija dwar il-qaddis jew il-qaddisa li tagħha tkun qed tiġi ċċelebrata l-festa u bħall-gradwal titkanta jew tingħad eżatt qabel l-Evanġelju. Il-Gradwal u s-Sekwenza L-Antifona Kieku kellna nagħtu tifsira sempliċi, antifona tfisser silta mużikali, li tindaqq mill-orkestra bil-kliem bil-Latin dwar il- qaddis jew il-qaddisa li tagħhom tkun qed tiġi ċċelebrata l-festa. L-antifona, fost oħrajn, tilqa' l-vara malli tidħol lura fil- knisja wara l-purċissjoni. Iżda kieku kellna nagħtu definizzjoni aktar dettaljata u fonda ta' antifona, irridu nħarsu lejn il-Liturġija tas-Sigħat, jiġifieri t-talb permezz tas-Salmi li l-Knisja tagħmel f 'ħinijiet differenti tal-ġurnata, bħalma huwa l-Għasar li diġà tkellimna dwaru. L-antifoni huma versi qosra li jintroduċu s-salmi waqt il-Liturġija tas-Sigħat. Kull antifona tingħad jew titkanta darbtejn, jiġifieri qabel is-salm li qed tintroduċi u anke warajh. Normalment, dawn jitkantaw bil-Gregorjan. L-antifona tal-festa x'aktarx li tittieħed mil-Liturġija tas-Sigħat u ġeneralment tkun dik ta' qabel il-Magnificat (Il-Kantiku ta' Marija) tal-Għasar, anke jekk inqatgħet għal kollox minnha. Magħha x'aktarx li jkun żdied xi kliem u ma titkantax bil- Gregorjan iżda b'orkestra u bi stil barokk. Fil-fatt, l-antifona kif jafuha l-Maltin ma ssibha mkien aktar. Ma ninsewx li fi żminijiet l-imgħoddija, meta t-teatri kienu biss tas-sinjuri, il- knejjes żviluppaw bħala t-teatru tal-poplu u għalhekk l-armar huwa rikk u l-mużika hija elaborata. Mhux ta' b'xejn li l-antifona hija mlaqqma bħala "l-opra tal-fqar." Kif spjegajna, għalhekk, l-antifona fil- festi, ma baqgħetx tintroduċi salm. Nistgħu ngħidu li l-antifona saret innu, xi it jew wisq aktar elaborat, għall-patrun jew il- patruna. Ġeneralment, kull knisja jkollha aktar minn antifona waħda. Antifona sekondarja, li x'aktarx tkun iqsar, titkanta waqt il-mutett tat-Tridu jew in-Novena, filwaqt li l-antifona l-propja titħalla għall-aktar jumejn importanti u solenni tal-festa, jiġifieri lejlet il-festa, waqt it- Tranżulazzjoni, u dakinhar tal-festa. Dakinhar tal-festa x'aktarx li tindaqq darbtejn, jiġifieri fi tmiem il-Pontifikal jew il-quddiesa solenni tal-festa u filgħaxija malli l-vara tidħol lura fil-knisja. Hemm lokalitajiet, fejn l-antifona tant hija għall-qalb il-poplu, li mad-dħul tal- vara tindaqq darbtejn u x'aktarx li lanqas biss ikun hemm bżonn kor għax kulħadd ikun jaa u jkanta magħha. Kważi kważi, f 'ċertu lokalitajiet, l-antifona hija meqjusa bħala istituzzjoni. L-Ottava u r-Repożizzjoni Fil-festi kbar tal-Knisja, bħal pereżempju l-Milied, l-Epifanija u l-Għid il-Kbir, issir dik li tissejjaħ l-ottava. Pereżempju, l-għada tal-Għid jissejjaħ it-Tnejn fost l-Ottava tal-Għid u din tibqa' sejra sal-Ħadd ta' wara. Fil-fatt, l-ottava ġejja minn 'otto,' jiġifieri tmienja, daqs kemm fiha ġranet il-ġimgħa. Kull ġurnata fl-Ottava tal-Għid (biex inkomplu mal- eżempju) tkun daqslikieku l-ġurnata tal- Għid il-Kbir. Fi żmien, it-tradizzjoni tal-ottava kienet popolari ħafna anke fil-każ tal-festi titulari u hekk għadha pereżempju fi Sqallija. L-ottava kienet tintemm bir-repożizzjoni tar-relikwa. Fi kliem sempliċi, ir-repożizzjoni tar- relikwa hija bħal tranżlazzjoni imma bil- kontra. Biex timmarka t-tmiem uffiċjali tal- festa, ir-relikwa titneħħa minn fuq l-artal maġġur u tiddaħħal lura f 'purċissjoni. Illum it-tradizzjoni tal-ottava, fil-festi titulari, nqatgħet iżda hemm diversi knejjes, b'mod partikolari fil-Kottonera, li żammew it-tradizzjoni tar-repożizzjoni tar-relikwa. Fejn ma ssirx ir-repożizzjoni tar-relikwa, ġimgħa eżatt wara l-festa, x'aktarx li l-istatwa tiddaħħal lura fin-niċċa tagħha. F'Birkirkara, peress li l-purċissjoni bil-vara ta' Santa Elena ssir filgħodu, ir- repożizzjoni tar-relikwa ssir b'solennità kbira wara t-Tieni Għasar, jiġifieri dakinhar ta' jum il-festa filgħaxija. Ir-repożizzjoni tar- relikwa ta' Sant'Elena f 'Birkirkara Il-Cappella Musicale Caeciliana waqt id-daqq tal-antifona Flos Carmeli fil-festa tal-Madonna tal- Karmnu tal-Belt Valletta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MaltaToday previous editions - ILLUM 3 July 2022