MaltaToday previous editions

ILLUM 3 July 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1472275

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 23

17 Stanley Joe Portelli huwa Teżorier tal-NGO Għawdix opinjoni illum • IL-ĦADD 3 TA' LULJU 2022 I l-gżira ta' Għawdex għad- dejja minn bidla kbira, bi żvilupp massiċċ li qed jibdel il-karattru u l-fiż- jonomija ta' gżiritna. Dan l-'iżvi- lupp', minkejja li qed iħalli l-flus fil-but tal-familji Għawdxin, fih prezz li m'aħniex jew ma rridux narawh. Hu x'inhu l-kredu politiku jew in-nuqqas tiegħu, ilkoll naqblu li Għawdex jinsab f 'salib it-toroq, u hemm bżonn tittieħed azzjoni urġenti, illum qabel għada, biex Għawdex jibqa' d-djamant li tant nitpaxx- ew bih. Kien dan is-sens ta' qtiegħ il-qalb li wassal lili u lil sħabi sabiex niffurmaw NGO ambjentali ffukata speċifikament fuq Għawdex sabiex nikkultivaw u nippromwovu r-responsabbiltà soċjali u ambjentali, u sabiex niddefendu l-pajsaġġ tal-gżira ta' Għawdex, għal kwalità ta' ħajja aħjar għall-Għawdxin tal-lum u ta' għada. Wara diversi laqgħat u sigħat ta' diskussjoni, Għawdix twaqqfet uffiċjalment nhar l-1 ta' Ġunju 2021. Minn hemm 'l quddiem, l-NGO ħadet sehem f 'diversi laqgħat marbuta ma' Għawdex fi ħdan il-GRDA, kif ukoll ipparteċipajna u ħadna sehem f 'diversi laqgħat u ressaqna oġġezzjonijiet kontra permessi oxxeni li qed joħorġu kuljum bil-barka ta' min suppost qed jipproteġi lill-gżira tagħna, għalina u għal uliedna. Għawdix issieħbet ukoll f 'koalizzjoni storika ma' Wirt Għawdex, u Din l-Art Ħelwa Għawdex, biex il-vuċi tagħna tkun aktar b'saħħitha. Xahar ilu ġiet ippreżentata kawża fil-Qrati Maltin sabiex niġġieldu l-interpretazzjoni oħra oxxena tad-DC15, li qed tiġi interprata b'mod abbużiv u fl-opinjoni tagħna anke b'mod illegali, sabiex fil-qalba u fil- periferiji tal-bliet u l-irħula tagħna ikomplu jibnu sular fuq ieħor, b'disprezz totali għall-estetika u l-armonija arkitettonika. Jien u nikteb dan l-artiklu, filwaqt li nħoss sodisfazzjoni u rikonoxxenza għal sħabi li kważi kuljum jagħmlu xi ħaġa favur Għawdex mingħajr pożi u ritratti fuq IG jew Facebook, nimtela wkoll bir-rabja. Nirrabja għaliex niftakar li għandna politiċi reqdin li tinterressahom biss il-popolarità u s-siġġu tal-poter, u li jippreferu jagħlqu għajnejhom u jaraw lil Għawdex jitkisser, imma mbasta meqjuma bħal allat żgħar fuq gżira żgħira; nirrabja xħin niftakar li hemm awtoritajiet imħallsa mit-taxxi tagħna li suppost qed jipproteġu dak li fadal minn ġżiritna, iżda minflok mingħajr ebda sens ta' diċenza umana jgħammdu proġetti li huma mostri ta' kruha; nirrabja li aħna, iċ-ċittadini rridu nagħtu mill-ħin liberu tagħna biex intaffu minn dan l-isfreġju; nirrabja wkoll nara l-apatija fost ħafna Għawdxin u l-bruda, jekk mhux ukoll il-parteċipazzjoni f 'dan l-isfreġju minn diversi professjonisti. Huwa veru li illum il- familji Għawdxin qed igawdu finanzjarmanet mill-iżvilupp li ilhom igawdu minnu l-Maltin dawn l-aħħar snin, u huwa daqstant veru li Għawdex qed isofri minn kriżi ta' motivazzjoni u direzzjoni politika u ekonomika. Biex lill-Għawdxi tgħidlu ma tistax tibni, trid tipprovdilu, u għandu dritt li jkollu alternattiva. Ma nistgħux nibqgħu nitrattaw lil Għawdex u lill-Għawdxin ċittadini tat-tieni klassi. Ma' dan norbot dak li nisma' u naqra ħafna fuq il-mezzi soċjali; 'ħallihom ħa jieħdu, mhux hekk iridu l-Għawdxin?!'. Ir-risposta tagħna hija li le mhux hekk iridu l-Għawdxin, u li l-Għawdxin ħaqqhom aħjar. Issa li għaddiet sena mit- twaqqif tagħha, Għawdix għandna bżonn l-appoġġ u l-għajnuna tagħkom. Għandna bżonn li tissieħbu magħna, li tikkuntattjawna, li tkellmuna. Aħna rridu nkunu l-vuċi tal-mijiet u eluf ta' Maltin, Għawdxin, u barranin, li jħobbu ġenwinament lil din il-gżira. Ftit tal-ġimgħat ilu ppubblikajna policy program, mibni fuq ħames temi li ser inkunu qed naħdmu fuqhom fix-xhur li ġejjin. Bħala Għawdix inħossu li l-ewwel nett li trid tiġi indirizzata b'mod urġenti l-problema tal-għoli tal-bini fl-irħula tagħna, u li nibdew nħarsu l-pajsaġġ Għawdxi. B'dan aħna nifhmu li l-politika tal-iżvilupp għandha tibda tħares ukoll lejn ir-relazzjoni u l-armonija li għandha teżisti bejn l-ambjent urban, fejn għandek il-bini, u l-kampanja. Bħala Għawdix nemmnu li l-iskart ġewwa Għawdex għandu jiġi mmaniġjat aħjar, u fuq kollox nemmnu li għandu jkun hemm distiżnzzjoni sħiħa bejn il-kuntratturi u l-politikanti, u għaldaqstant nitolbu trasparenza assoluta f 'dak li hu finanzjament tal-partiti politiċi. Biex inwettqu dan ix-xogħol u nwasslu l-messaġġ tagħna neħtieġu l-għajnuna u s-sapport tagħkom. Id-determinazzjoni li nħarsu l-karattru ta' din il-gżira għażiża hija ferm akbar minn kwalunwke proġett li qed naraw jinbena kuljum quddiem għajnejna. Il-ħolma tagħna hi li xi darba dawn l-isforzi tagħna ma jkunx hemm bżonnhom għax l-Għawdxin kollha jkunu verament fehmu l-valur tal- ambjent, u jifhmu li aħna għandna responsabbiltà li nħallu lil uliedna Għawdex isbaħ u aħjar milli sibnih. Stanley Joe Portelli 'Ħallihom ħa jieħdu, mhux hekk iridu l-Għawdxin?!' Dan l-artiklu huwa l-ħames wieħed f'sensiela ta' artikli li qed tiġi iffaċilitata b'arranġament milħuq bejn id-direzzjoni tal-ġur- nal ILLUM u l-Kunsill tal-Assoċjazzjoni tal-Għaqdiet Mhux Governattivi Għawdxin - (Gozo NGOs Association) - VO No: 0145. Permezz ta' dan l-arranġament il-ġurnal Illum qiegħed jip- provdi pjattaforma għall-vuċi tas-settur tal-volontarjat u l-għaqdiet mhux governattivi (NGOs) Għawdxin. Dawk l-Għaqdiet tal-volontarjat li huma attivi f'Għawdex u li jkun jixtiequ jagħmlu użu minn din l-inizjattiva huma mitluba li jinfurmawna b'dan l-interess permezz ta' emejl indirizzata: info@gozongos.org

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MaltaToday previous editions - ILLUM 3 July 2022