MaltaToday previous editions

ILLUM 3 July 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1472275

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 23

23 films IL-ĦADD 3 TA' LULJU 2022 • illum Carmel Bonnici Il-qawmien tal-faxxiżmu nażista u l-qilla u l-ħruxija tal-S.S (2) Ikompli mill-ġimgħa li għaddiet Ftit wara, ltaqgħet wiċċ'imbwiċċ mal- Fuhrer u kien hu stess li qabadha tagħmel dokumentarju tad-Dimostrazzjoni tal- Partit Nażista f 'Nuremburg. Meta hi stess ħadet f 'idejha r-riedni ta' Triumph Des Willens (1934, Triumph Of e Will) wara li l-attentat ta' Walter Ruttmann m'għoġobx lill-kapijiet, ir-riżulat aħħari kien xogħol inġenjuż u propaganda perfetta. Fil-karriera' ta' Leni Riesfenstahl bħala direttriċi fl-1936 wasal it-tieni suċċess formidabbli tagħha meta ħadmet Olympia, film verament imfaħħar dwar il-Logħob Olimpiku ta' Berlin. Il-film hu maqsum f 'żewġ partijiet: Fest Der Volker (Festival Of the People) u Fest Der Shonheit (Festival Of Beauty). Dan il-film kellu suċċess internazzjonali. Minn Goebbels hi ma tantx sabet għajnuna għax hu ħa għalih li ġiet appuntata minn Hitler mingħajr l-awtorita' tiegħu. Fuq kollox tat ukoll importanza lil Jesse Owens, l-atleta iswed Amerikan li spikka f 'dawn l-Olimpjadi u b'hekk iddomina fuq ir-razza Arjana, xi ħaġa li ma niżlitx tajjeb mal-awtoritajiet. Il-film Race (2016) hu dwar dan. Wara dawn iż-żewġ suċċessi kbar tilfet ħafna mill-popolarita'. Kif spiċċat il-gwerra, l-Alleati daru kontriha minħabba x-xogħol propagandistiku tagħha. Kienet arrestata u għamlet xi żmien maqfula l-ħabs f 'kampijiet. Wara li ħarġet baqgħet tgħix ħajja rispettabbli fi Munich u mietet fl-eta' sabiħa ta' 101, nhar it-8 ta' Settembru 2003. Il-film mużikali Cabaret (1972), ibbażat minn fuq il-ktieb I Am A Camera ta' Christopher Isherwood juri l-qawmien tal-Partit Nażista. Hitler waqqaf il-misħuta SS (Schutzsteffel) jew Skwadra Protettiva biex tipproteġih personalment. Fil-gwerra saret il-gwardja prima tar-Reġim Nażista u l-forza ewlenija biex twarrab minn nofs mingħajr ħniena u kuxjenza lil dawk maħsuba għedewwa tal- Fuhrer. Għall-ewwel fl-1925, din l-għaqda kienet iffurmata minn grupp żgħir ta' voluntiera biex jipprovdu sigurta' lill-membri tal-Partit Nażista. Meta Heinrich Himmler ħadha taħt idejh (1929-1938), minn formazzjonji militari żgħira saret waħda mill-aktar organizzazzjonijiet qawwija fil-Germanja. Minn meta n-Nażi ħadu l-poter sakemm waslet il-waqgħa tar-reġim fl-1945 l-SS, barra s-sigurta', kienu nvoluti f 'sorveljanza u terrur mhux biss fil-pajjiż imma anki fl-Ewropa okkupata minnhom. Parti minn din l-għaqda kienu jieħdu ħsieb il-kampijiet tal-konċentrament u dawk tal-qerda tal-Lhud. L-SS kienu jnisslu biża' palpabbli ma' kullimkien u, bi tpattija ta' qtil ta' suldati jew uffiċjali Germaniżi minn partiġġjani jew patrijotti ta' pajjiżi Ewropej taħt il-ħakma Nażista, għamlu ħafna massakri. Wara l-gwerra, ħafna minnhom, speċjalment dawk b'posizzjoni għolja, ġew ikkundannati għall-mewt fil-ġurijiet li saru f 'Nuremberg, oħrajn weħlu snin twal fil- ħabs, whud ħarbu lejn l-Amerika t'Isfel l-aktar lejn l-Arġentina fejn ġew milqugħa mill-President Juan Peron. Oħrajn suppost bħala refuġjati marru fl-Istati Uniti, anki xi it meqjuża bħala kriminali tal-gwerra. Ironikament, kien hemm dawk li bdew jaħdmu fid-Dipartiment tal-Intelliġenza Amerikana. Ir-risposta Amerikana kienet: "Dan hu negozju ta' emozzjonijiet li nużaw lil dawn il-bastardi sakemm huma kontra l-Kommunisti". L-istess għamlu r-Russi wara l-gwerra. Ħafna tal-SS li rnexxielhom jaħarbu kien dovut għall-kaos kbir li nqala' wara l-gwerra u pjan ta' kommunikazzjonijiet mill-Vatikan immexxi mill-Isqof Alois Hudal, Awstrijak li kien jissimpatizza man-Nażi. Simon Weisenthal u oħrajn Lhud bħalu kienu jafu li hemm kodiċi sigriet Nażista msemmi ODESSA biex iħarrbu lill-kriminali tal- gwerra lejn l-Amerika t'Isfel u saru kaċċaturi ta' dawn. Il-pjan kif inqabad Adolf Eichmann kien wieħed verament stupend. It-Tribunal Militari Nternazzjonali fl-1946 iddikjara li l-SS hija organizzazzjoni kriminali u li Eichmann bagħat għall-mewt madwar 5,000 Lhudi. Minn wieħed li salva mill- kamp ta' esterminazzjoni f 'Dachau, sar magħruf li Adolf Eichmann taħt isem falz minn dokumenti maħruġa mill-Isqof Hudal kien qed jgħix fl-Arġentina. Il-Mossad Iżraelit kien determinat li jġibu lura billi kien l-arkitett perċimes tal-qerda tal-Lhud. Ġie maħtuf u bil-moħbi ttieħed l-Iżrael fejn wara kien ikkundannat għall-mewt tat- tgħallieq. Il-films li jfakkru din il-ġrajja kienu Operation Eichman (1961), e Man Who Captured Eichmann (1996) u e House On Garibaldi Street (1979). Produzzjonijiet oħrajn dwar kaċċaturi tan-Nażi kienu, e Boys From Brazil (1978), e Debt (2010), e German Doctor (2013), Hell Hunters (1987), Murderers Among Us - e Simon Weisenthal Story (1989), e Odessa File (1974), e Stranger (1946) u is Must Be e Place (2011). IKOMPLI Josef Goebbels

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MaltaToday previous editions - ILLUM 3 July 2022