Illum previous editions

ILLUM 24 July 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1474368

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 23

03 illum • IL-ĦADD 24 TA' LULJU 2022 aħbarijiet 'Il-Beltin mhux se joqogħdu siekta .... lesti biex jieħdu azzjoni legali kontra l-mużika sas-1am' YENDRICK CIOFFI Grupp ta' residenti Beltin ma jidhirx li se jċedu malajr għall- Avviż Legali li estenda l-mużika fil-Belt Valletta sas-siegħa ta' filgħodu tant li bħalissa qed jieħdu pariri legali bil-għan li jieħdu l-każ tagħhom quddiem il-Qorti. Kelliem għall-Valletta Residents Revival, grupp fuq Facebook li jiġbor fih xejn inqas minn 600 resident mill-Belt Valletta, qal mal-gazzetta ILLUM li ġew avviċinati minn avukat li lest jgħin lir-residenti Beltin jkomplu jiġġieldu din il-ġlieda. Fil-fatt, bħalissa għaddejin id-diskussjonijiet bil-għan li jistabbilixxu liema tkun l-aħjar triq legali li jaqbdu. Dwar dan saru diversi laqgħat. It-tir huwa li fil-ġimgħat li ġejjin, jieħdu l-kwistjoni tagħhom quddiem il-Qorti, ġaladarba l-Gvern ma jidhirx li se jiċċaqlaq minkejja l-oppożizzjoni b'saħħitha li kien hemm kontra dan l-Avviż Legali, inkluż mill-Assoċjazzjoni li tirrappreżenta lill-lukandiera u lis-sidien tar-ristoranti. "Żgur li mhux se norqdu fuq din il-kwistjoni. Qed niddiskutu u fi żmien opportun se nieħdu l-passi kollha neċessarji," insista kelliem għall-grupp ta' residenti Beltin. L-Avviż Legali ddaħħal ħabta u sabta mingħajr konsultazzjoni ta' xejn ix-xahar li għadda u qajjem rabja kbira fost għadd ta' residenti Beltin. Bil-liġi l-ġdida, l-istabbilimenti fil-Belt Valletta jistgħu jibqgħu bil-mużika fuq barra wara l-11pm iżda "f 'livell moderat." Madanakollu, ir-residenti qed jisħqu li l-Avviż Legali huwa vag għax minkejja li jgħid "livell moderat" jibqa' ma jispjegax eżatt dan xi jfisser u għalhekk huwa l-istabbiliment li jiddeċiedi għalih innifsu kemm għandha tkun għolja jew baxxa l-mużika wara l-11pm. F'kummenti ma' din il-gazzetta, is-Sindku Belti Alfred Zammit, li lanqas ma kien ikkonsultat dwar dan l-Avviż Legali, kien qal li dan ifisser li wara l-11pm trid tieqaf il-mużika live u l-istabbilimenti jħallu biss 'backround music' li tinstema' minn dawk li jkunu fuq l-imwejjed. Madanakollu, jekk wieħed jara l-filmati li r-residenti bagħtu lil din il-gazzetta u anke dawk li ġew ippubblikati fuq gruppi fuq Facebook, il-verità hija xorta oħra. Il-mużika qed tibqa' għolja anke wara l-11pm u kien hemm stabbilimenti li baqgħu għaddejin anke bil-mużika live, daqq, kant u żfin. 'L-Avviż Legali jgħodd għall- kunċerti u tiġijiet ukoll?' Propju għalhekk li r-residenti mhux se jċedu, għax fi kliem il- kelliem tal-Valletta Residents Revival hemm stabbilimenti li mis-seba qed jieħdu l-id. "Ara l-filmati tan-nies u tinduna kemm hemm abbużi. L-esaġerazzjoni dejjem ħażina," insista. Tenna li l-Avviż Legali jħalli lok għal interpretazzjoni wiesgħa. Saħaq li lanqas ma jgħid jekk hux qed jirreferi biss għall- istabbilimenti bħar-ristoranti u l-bars jew inkella għal kwalunkwe attività li ssir il-Belt Valletta. Semma attivitajiet li jsiru fuq il- bejt tal-Sala tal-Mediterran għall- Konferenzi, li jiġi fl-istess livell mal-gallariji ta' residenti li jgħixu fil-viċin u anke attivitajiet oħra bħal kunċerti u tiġijiet f 'diversi bnadi tal-Belt. "L-Avviż Legali jgħodd għal dawn ukoll? Anke dawn jistgħu jibqgħu għaddejin bil-mużika sas-siegħa ta' filgħodu?", kompla jisħaq l-istess Kelliem. "Qed insiru dejjem aktar storbjużi fl- attivitajiet li nagħmlu." Insista li ma hemm l-ebda konsiderazzjoni għall-interessi u l-bżonnijiet tar-residenti fl- affarijiet u l-attivitajiet li jiġu organizzati fil-Belt Valletta. "Anke l-Jazz Festival. Vera li mhux mal-lejl, imma l-provi tas- sound hemm bżonn tagħmilhom fis-sagħtejn ta' waranofsinhar meta jkollok anzjani jidħlu jistrieħu?" kompla jisħaq. Laqgħa dalwaqt mas-sidien tal- Boutique Hotels Kien hawn li saħaq li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bejn il-Valletta Residents Revival u anke diversi stakeholders kollha bil-għan li dwar din il-kwistjoni jagħqdu l-forzi u jaħdmu flimkien. "Kuntrarjament għal dak li għamel il-Gvern, aħna qed inpoġġu madwar mejda u niddiskutu," insista. Fil-fatt, fost oħrajn, fil-jiem li ġejjin se tkun qed issir laqgħa formali wkoll mas-sidien tal-Boutique Hotels li ħafna minnhom ma huma kuntenti xejn b'dan l-Avviż Legali. X'ġara fl-aħħar ġimgħat? Wara li ħareġ l-Avviż Legali, ir- residenti Beltin ipprotestaw bi kbir u saħansitra ħeġġew lill-Kunsill Lokali biex jieħu pożizzjoni. Is-Sindku Alfred Zammit kien qal mal-gazzetta ILLUM li se jkun qed jitlob lill-Gvern biex jiċċara l-Avviż Legali u biex il-mużika tas-siegħa titħalla biss bejn il- Ġimgħa u l-Ħadd. Madanakollu, dwar dan il-Kunsill Lokali ma għamel xejn. Minflok kienet saret laqgħa tal- Kunsill, li għaliha attendew għadd ta' residenti. Din il-laqgħa spiċċat b'ħafna għajjat u tisbit fuq il- mejda u anke ġlied bejn is-Sindku u l-Viċi Sindku u l-Kunsill Lokali baqa' ma ħa l-ebda pożizzjoni dwar dan, minkejja l-insistenza mill-kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista biex il-Kunsill Lokali jitlob li dan ikun irrevokat. Il-gazzetta ILLUM, kienet talbet kemm lid-Deputati Laburisti tal-Ewwel Distrett u anke lill- kunsilliera Laburisti tal-Belt biex jagħtuha l-pożizzjoni tagħhom. Ħadd minnhom ma wieġeb. Għad-Deputati, kien wieġeb il- Partit Laburista jgħid li l-Avviż Legali joħloq bilanċ. Kien għalhekk li l-ILLUM marret direttament Kastilja tistaqsi wkoll lill-Prim Ministru Robert Abela jekk il-Gvern setax jikkonsulta aktar biex jinħoloq bilanċ aħjar. Madanakollu, il- Prim Ministru wieġeb biss li l-Avviż Legali diġà ħoloq il-bilanċ meta jgħid li wara l-11pm għandu jkun hemm "mużika moderata." Eventwalment, il-Partit Nazzjonalista kien ressaq mozzjoni fil-Parlament biex l-Avviż Legali jkun irrevokat. Meta ttieħed il-vot, id-Deputati kollha tal-Partit Laburista vvotaw kontra l-mozzjoni tal-Oppożizzjoni. Kien hawn li ħarġet kontra l-Avviż Legali anke l-Assoċjazzjoni Maltija għar- Ristoranti u l-Lukandi tisħaq li dan l-Avviż Legali se joħloq ir- riskju li l-Belt tinbidel f 'Paceville ieħor u dan għad-dettriment tal- investiment li l-membri tagħha għamlu fil-Belt Valletta. Il-Ħadd li għadda, din l-istess gazzetta ppubblikat sondaġġ xjentifiku li juri kif 60% tal-Maltin ma jaqblux ma' dan l-Avviż Legali. Il-Valletta Residents Revival Group jisħaq mal-gazzetta ILLUM li bħalissa għaddej bid-diskussjonijiet u bil-pjanijiet tiegħu bil-għan li ma jħallix din il- kwistjoni torqod u mhux jeskludi li lest jieħu passi legali kontra l-Gvern

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 July 2022