Illum previous editions

ILLUM 24 July 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1474368

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 23

23 films IL-ĦADD 24 TA' LULJU 2022 • illum Carmel Bonnici Il-film Rocky (2) Ikompli mill-ġimgħa li għaddiet Rocky jirrakkonta l-istorja inkredibbli ta' Rocky Balboa, boxer Amerikan ta' razza Taljana, ta' ftit skola, mill-klassi tal-ħaddiema imma qalbu tajba li xogħlu jkun li jiġbor id-dejn għall-wieħed li jsellef bl-użura u li mill-faqar jilħaq il- ħolma Amerikana tiegħu u jsir famuż, popolari u sinjur. Il-film inħadem fi 28 ġurnata u kellu suċċess kbir, żgur mhux mistenni. Madwar id-dinja daħħal is- somma kbira ta' 225 miljun dollari, kien l-aktar wieħed li għamel profitt u rebaħ 3 Oscars, fosthom l-Aqwa Film tal-1976. Immedjatament, Sylvester Stallone sar stilla. Dan ix-xogħol kien meqjuż mal-aħjar films dwar l-isport li qatt ħarġu. Dan is-suċċess grandjuż welled sitt films oħra. Din hi l-istorja tal-film: Philadelphia. Rocky Balboa (Stallone), boxer baħbuħ ta' intelliġenza baxxa jiġbor il-flus għal wieħed li jsellef b'imgħax għoli. Wara ġlieda li jirbaħ jibqagħlu qliegħ ta' ftit aktar minn 40 dollaru wara li jitnaqqsu l-ispejjeż tal-locker li juża u tax-shower. F'għaxar snin li ilu jiġġieled m'għandu xejn x'juri ħlief li mnieħru, sorprendetement, baqa' mhux miksur. Rocky ma jitħallix juża l-locker tal-gym mill-maniġer Mickey (Burgess Meredith) għax iħoss li ħela t-talent tiegħu ma' dan il-boxer li skont hu issa spiċċa. Rocky ilu jipprova jaqbad ma' Adrian (Talia Shire), it-tfajla umli u timida li taħdem f 'ħanut tal-annimali. Hu u jdur ma' dawk l-inħawi jiltaqa' ma' Paulie (Burt Young), ħu Adrian, li jaħdem f 'fabbrika fejn jiffriżaw il-laħam. Paulie qed jieħu pjaċir li Rocky irid jaqbad ma' oħtu, l-ewwel biex jeħles minnha jekk tiżżewweġ u t-tieni biex forsi Rocky jeħilsu mill-fabbrika tal-laħam u jintroduċih ma' Gazzo (Joe Spinell), dak li jsellef il-flus. Sadanittant, il-ġlieda boxing għall- kampjonat tad-dinja fil-kategorija piż tqil (heavyweight) li kellha ssir ġo Philadelphia tista' ma ssirx għax wieħed li qed jiċċalinġja weġġa'. Billi ma hemm ħadd li jista' jiffaċċja lill-kampjun renjanti, Apolla Creed (Carl Weathers), il-promutur Jergens (David Theyer) jissuġġerixxi li Creed jiġġieled ma' xi persuna lokali. Billi Rocky hu mlaqqam The Italian Stallion (iż-żiemel Taljan), titlu li jista' jkun tajjeb għall-pubbliċità, Rocky sorpriż għall-aħħar, ikun magħżul u billi se jkun idaħħal is-somma sabiħa ta' $150,000 jaċċetta. Taħt l-immaniġġjar u taħriġ ta' Mickey u l-ferħ tal-midja – billi Rocky juża' l-laħam iffriżat biex jittrenja d-daqqiet – jibda bil-mod il-mod ġej f 'tiegħu u s-segwaċi tiegħu jsiru ottimisti. Eżatt qabel il-ġlieda Rocky jafda f 'Adrian, li issa qed toqgħod miegħu wara li kellha xi tgħid ma' ħuha li jaf li m'għandux ċans jirbaħ. Imma jekk kapaċi jżomm tul 15- il round iħoss li ma jibqax aktar meqjuż bħala tajjeb għal xejn man-nies. Rocky, għalkemm imkisser, jibqa' fuq saqajh sal- aħħar. Sylvester Stallone sar stilla permezz tas-sensiela Rocky u dik ta' Rambo. Il- produzzjonijiet li ġew wara Rocky kienu: Rocky II (1979), Kważi bl-istess cast bħal tal-ewwel bir-repetizzjoni tal-ġlieda boxing ma' Apollo Creed. Rocky III (1982).Jerġgħu jidhru ħafna mill-istess atturi. Wara li Apollo Creed jitlef it-titlu ma' Clubber Lang (Mr. T.) hu jittrenja lil Rocky biex jiċċalinġjah għat-titlu mondjali. Naturalment, Rocky jirbaħ lil Clubber Lang. Rocky IV (1985). Sylvester Stallone. Catl Weathers, Talia Shire u Burt Young jerġgħu jaħdmu. Din id-darba Rocky jiġġieled ma' boxer Russu ta' saħħa tremenda (Dolph Lundgren) li qatel lil sieħbu Apollo Creed fi ġlieda qabel. Rocky jiġġieled għall-unur ta' pajjiżu u biex ipatti għat-telfa ta' ħabibu. Rocky V (1990). Din id-darba Rocky, il-kampjun ta' qabel jerġa' jsib ruħu fis- sitwazzjoni tal-ewwel film. Imur lura fil-post ta' tfulitu fallut u mwarrab minn nies. Jibda jittrenja boxer żagħżugħ (Tommy Morrison) minkejja ħsara li jkollu f 'moħħu mid-daqqiet li qala' mingħand ir-Russu, li iżda jkun ingrat. Hu jirriskja kollox biex jiġġieled lil dan il-boxer minfuħ bih inniffsu. Rocky Balboa (2006). Rocky issa huwa s-sid ta' ristorant fejn jgħaddi ħinu. Hu għadu mimli sogħba għall-mewt ta' martu li sikwit iżur fiċ-ċimiterju. Meta fi programm televiżiv f 'logħba bil- kompjuter ipoġġu lilu fi ġlieda ma' Dixon (Antonio Tarver), il-kampjun il-ġdid, Rocky jerġa jibda jittrenja biex jiffaċċjah. Creed (2015). Boxer ġdid, Adonis Creed (Michael B.Jordan), it-tifel illeġittimu ta' ħabibu l-antik Apollo Creed, jidħol in xena Rocky li jħoss li għandu jkun il- maniġer u t-trainer tiegħu. Creed II (2018). Fil-1985 Ivan Drago (Lundgren), boxer formidabbli Russu qatel lil Apollo, missier Adonis Creed fi ġlieda boxing. Rocky bi preparamenti ta' taħriġ sfiq iħejji lil Adonis biex jiffaċċja lil Victor Drago (Florian Monteanu), it- tifel ta' Ivan fi ġlieda għat-titlu mondjali. Hemm maħsub li f 'Novembru li ġej joħroġ ukoll Creed III, fejn Rocky jerġa' jkun il-maniġer u trainer ta' Adonis li se jerġa' jiġġieled ma Victor Drago. Kif tistgħu taraw, is-suċċessi finanzjarji u anki xi kritika favorevoli ġegħlu lil Sylvester Stallone ma jħallix lill-karattru ta' Rocky imut mewta naturali. L-Istitut tal-Film Amerikan iqis lill-film oriġinali Rocky bħala t-tieni l-aqwa produzzjoni ta' dan il-ġeneru wara Raging Bull (1980). TMIEM

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 July 2022