Illum previous editions

ILLUM 31 July 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1475003

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 23

03 illum • IL-ĦADD 31 TA' LULJU 2022 aħbarijiet KIRI TA' BINJA GĦALL-UFFIĊINI TA' ARMS LTD Stedina biex tipparteċipa f'tender għal kiri ta' binja għall- uffiċini tal- Automated Revenue Management Systems (ARMS) Ltd. STEDINA GĦAL TENDER CT4012/2021 II-partijiet interessati huma ġentilment mistiedna jissottomettu offerta permezz tal- website https://www.etenders.gov.mt/ sal-15 ta' Settembru 2022 09:30 am CET MARIANNA CALLEJA Iċ-Chairperson ta' ADPD, Carmel Cacopardo, esprima d-dispjaċir li "l-Air Malta u l-ħaddiema tagħha huma trattati minn dan il-Gvern bħala ballun politiku." Skont hu, dan qed jidher ċar issa iktar minn qatt qabel għax filwaqt li qabel l-elezzjoni l-Gvern wiegħed impjieg garantit mal-Gvern bl- istess kundizzjonijiet li kellhom fl-Air Malta lill-ħaddiema li tkeċċew, issa qed jindunaw li dan mhux possibbli. Cacopardo sostna li l-aħħar rapporti fil-midja u l-ġurnali wara li l-Ministru Clyde Caruana irtira l-ehim li għamel mal-ħaddiema tal-Air Malta fi Frar, qed juri "l-klijentaliżmu u l-istil ta' politika qadima għadhom b'saħħithom f 'Malta." "Għandna storja twila ta' gvernijiet u politiċi li jitkellmu fuq il-governanza tajba, imma mbagħad jipprattikaw il-politika tal-wegħdi u saħansitra l-iffirmar ta' ehim li ma jistgħux iżommu miegħu, kollox biex jinxtraw il-voti," temm jgħid dwar dan Cacopado. Min-naħa tiegħu Ralph Cassar, Segretarju Ġenerali ta' ADPD żied jgħid li l-attitudni tal-Gvern fil- kwistjoni tal-Air Malta hija wkoll wirt tas-sistema tal-gvernijiet tal-passat. Cassar qal li l-Air Malta hija fil-qagħda li hi ħtija tal-klijenteliżmu politiku li fuqu tmexxiet il-kumpanija sa minn meta twaqqfet. "Ta' min wieħed ifakkar fl- attitudni tal-PLPN li dejjem użaw l-Air Malta bħala baqra li ħelbulha sal-aħħar qatra ħalib, u baqgħu wieħed wara l-ieħor jaħilbu bl- addoċċ." Temm jgħid li l-qagħda attwali tal-Air Malta hija, iswed fuq l-abjad, riżultat tal-klijenteliżmu sfrenat li mxew bih il-PLPN tul is-snin. "Dawn ġabu lill-Air Malta għalkopptejha biex jixtru l-voti u jqassmu l-pjaċiri għas-skapitù tal-finanzi pubbliċi u t-taxxi li jħallsu l-ħaddiema u n-nies onesti." 'Qabel l-elezzjoni l-Gvern qal li hemm pjan u issa niskopru li dan kien ingann' Il-Partit Nazzjonalista - permezz ta' konferenza indirizzata mid- Deputati Jerome Caruana Cilia u Ivan Castillo - akkuża lill-Gvern illi "inganna lill-ħaddiema tal- Air Malta għax qabel l-elezzjoni qallhom li kellu pjan u kollox kien lest, iżda llum qed nirrealizzaw li dan ma kienx minnu." Huma qalu li fl-Air Malta ħadd ma jaf eżattament x'se jkun qed jiġri għax il-Gvern mhux jagħmel ċar x'inhi l-istrateġija tiegħu. Il-Kelliem tal-PN għax-Xogħol u s-Settur Marittimu Ivan Castillo u l-Kelliem għall-Finanzi Jerome Caruana Cilia spjegaw kif il-Partit Nazzjonalista qed ikompli jitkellem f 'isem il-ħaddiema meta jisħaq li Robert Abela u l-Gvern iwieġbu l-mistoqsijiet, fosthom dwar fejn marru l-flus li kienu investiti, kif qed jintagħżlu l-ħaddiema u anke dwar il-pagi u l-benefiċċji li qed jingħataw. Castillo u Caruana Cilia sostnew li l-PN se jibqa' qrib il-ħaddiema kollha, "partikolarment dawk li bħalissa jinsabu għaddejjin minn inċertezza kbira" u akkuża lill- Gvern li mhux jagħmel biżżejjed biex jindirizza l-problemi li qed jiffaċċjaw diversi ħaddiema, fosthom l-għoli tal-ħajja. L-ADPD u l-PN jakkużaw lill-Gvern li daħak bil-ħaddiema tal-Air Malta Iż-żewġ partiti jisħqu li l-Gvern wiegħed affarijiet lil dawn il-ħaddiema li eventwalment ma setgħax iwettaq

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 July 2022