Illum previous editions

ILLUM 31 July 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1475003

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 23

20 analiżi IL-ĦADD 31 TA' LULJU 2022 • illum Sena ta' ħidma, 17-il raddiena u siegħa Wara sentejn bla festa l-ILLUM tinżel f'kamra tan-nar viċin il-Gudja u ssib grupp ta' irġiel minn Birżebbuġa - ilkoll bil-flokk ħadrani - għaddejjin b'ħidma ma tiqafx miż-żerniq sa' nżul ix-xemx, biex nhar is-Sibt 6 ta' Awwissu jaqtgħu l-frott ta' sena ħidma... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Fl-għelieqi bħalissa - din is- sħana taqli l-ankri - it tara nies għajr xi bidwi l'hawn u l'hemm inaddaf l-għalqa. Iżda fl-għelieqi viċin Ħal Għaxaq u l-Gudja din il-gazzetta tiltaqa' ma' grupp ta' dilettanti tal-festa għaddejjin b'ħidma bla heda jlestu n-nar għall-festa. Ma hemmx ilmenti dwar is-sħana kbira li għaddejja bħalissa, l-ILLUM issib lil kulħadd għaddej ħerqan ilesti mhux biss in-nar tal-ajru iżda spettakklu kbir tan-nar tal-art li se jkun organizzat fil-Pjazza ta' Birżebbuġa lejliet il-festa ta' San Pietru fil-Ktajjen. Spettaklu li se jkun fih xejn inqas minn 17-il raddiena ta' dak magħruf popolarment bħala ġigġifogu, li se jagħtu spettaklu ta' kulur, mużika u emozzjoni liema bħalha tul ta' siegħa, kif fil-fatt l-istess grupp ta' voluntiera u artisti kienu tellgħu b'suċċess kbir l-aħħar li saret il-festa f 'dan ir-raħal fin-nofsinhar ta' Malta, fl-2019. Il-gazzetta tiltaqa' ma' Eman Farrugia u numru ta' voluntiera mill-Għaqda tan-Nar 22 ta' Frar- fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 - u minkejja illi Farrugia lbieraħ ingħaqad fiż-żwieġ u allura kien ħerqan għal dan il-jum hekk importanti għalih, xorta kien għaddej bil-mija, jitħabat, jirranġa u jispjega lil din il-gazzetta x'se tinvolvi din is-serata ta' kulur u mużika - li jekk se tkun sabiħa daqs dik tal-2019 - inti dilettant tal-festa, jew inti dilettant tan-nar, jew inti li tixtieq tqatta' serata ta' divertiment - żgur ma għandekx titlef. Tibda mill-aktar bażiku u dejjem tkabbar... Eman għandu 29 sena u ilu jaħdem in-nar 10 snin. L-ewwel kiseb il-Liċenzja B - li permezz tagħha jista' jgħin fil-ħidma tal- produzzjoni tal-piroteknika - u wara l-Liċenzja A li permezz tagħha jkollu aktar responsabilità fil-produzzjoni tan-nar tal-art. Min ma jkunx daqstant dilettant forsi jgħid imma ċ-ġigġifogu mhux erba' roti jduru? Eman jitbissem u jfakkar li llum biex tagħmel raddiena waħda kbira tiġik mat-€3,000 jew saħansitra €4,000. "Anke ċirku sempliċi jiġik ħafna flus..." Imbagħad jibda jispjega lil din il-gazzetta kif isir ix-xogħol li jpaxxi tant l-eluf ta' għajnejn li se jkunu qed isegwu fil-pjazza tal- Birżebbuġin nhar is-6 ta' Awwissu. Jurina ċ-ċirku u r-rota illi ddur permezz ta' dik li tissejjaħ 'funtana' - li timbotta f 'direzzjoni jew oħra. Quddiemna hemm numru ta' roti mpoġġijin mal-art kollha lesti biex malli jsir l-Ħamis (jekk mhux qabel) il-madwar 15-il voluntier mis-Soċjetà Filarmonika jintefgħu lkoll fil-pjazza kbira li tiddomina ċ-ċentru ta' dan ir-raħal, jarmaw u jlestu għall-'ħarqa'. U x'abilità jrid ikollok biex taħdem dan in-nar u taċċerta li dawn l-irdieden - li wħud minnhom jkunu enormi - jaħdmu kif suppost? Huwa qal li meta tibda, trid tagħmel dan miż-żgħir u mill- bażiku. "Tibda mill-inqas ħaġa hux, tobrom il-karti u tibda billi toħroġ raddiena waħda u imbagħad dejjem tkabbar," spjega Farrugia mal-ILLUM. U kif jiġuk l-ideat? Eman qal li l-ideat għal forom mhux xogħlu, imma li hemm grupp ta' żgħażagħ "ibellħuk bil- kapaċità" li jpoġġu bilqiegħda u joħolqu l-forom il-ġodda b'mod virtwali. Fil-fatt iż-żagħżugħ minn Birżebbuġa jispjega kif din is-sena hemm tliet irdieden ġodda li se jiġu mżanżna għall-ewwel darba. Sena wara sena, jissudaw... In-nar tal-art mhux xi ħaġa ġdida għall-Birżebbuġa, iżda nistgħu ngħidu li kien fl-aħħar 10 jew 15- il sena li dawk li jinżlu għal din il- festa bdew jaraw titjib sena wara sena f 'din it-tip ta' piroteknika. Kull sena xi ħaġa ġdida u xi ħaġa aħjar, xi ħaġa akbar, iktar ikkulurita u li tagħmel aktar ħoss u tagħti gost. Kif jgħid il-marċ popolari f 'ħafna toroq u bliet li ndaqq min jaf kemm-il darba f 'Birżebbuġa stess; "sena wara sena jissudaw u jkantaw." Dan sakemm fl-2019 intlaħaq il-qofol bl-aqwa wirja li qatt ingħatat - wirja li tħabbatha bil-kbir ma' rħula oħrajn fejn isir ukoll nar tal-art ta' ċerta kobor. Snin ilu mal-istess spettaklu kien inħoloq qisu kompjuter kbir - kif kien magħruf - li jinxtegħel bin-niċċa fuq wara u jibdew jidhru l-kliem, naturalment dejjem bil- messaġġ 'Viva tal-Iljun' u VSP - 'Viva San Pietru' għaċ-ċapċip ta' dawk preżenti. Dan baqa' jintuża għal snin sħaħ, sa erba' snin ilu. "Trid dejjem tbiddel u tagħmel ikbar. Għalhekk l-aħħar li saret il- festa, qabel ma bdiet il-pandemija, konna bdejna bil-kunċett tan-nar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 July 2022