Illum previous editions

ILLUM 31 July 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1475003

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 23

21 analiżi IL-ĦADD 31 TA' LULJU 2022 • illum siegħa ta' piroteknika, kulur u mużika sinkronizzat mal-mużika," jfakkar Eman. U dawk li kienu preżenti fil-pjazza sabiħa ta' Birżebbuġa jiakru sew ħafna mill-mużika li ndaqqet u li magħha kien sinkronizzat il-famuż 'tapit' - mhux l-inqas 'e Final Countdown' u mużika tal-band leġġendarja Queen bħal 'Show Must Go on' u 'We will rock You.' Mumenti indimetikabbli għal dawk li segwew u ħafna iktar għall- għexieren ta' voluntiera jċapċpu b'sodisfazzjon jaraw il-ħidma ta' sena, fis-sħana u fir-riskju, jħallu l-frott. 'Naħdmu bħala tim... kulħadd bir- responsabilitajiet tiegħu' Imma nerġgħu nduru fuq il- ħidma ta' din l-artistrija. Eman jispjega kif l-ewwel ikun hemm il-ħidma fuq l-istrutturi li jsir lilhinn mill-kamra tan-nar, biex imbagħad jibda x-xogħol tan- nar. L-ewwel jibda jinbaram ix- xogħol - ħidma ta' Teddy Agius, li waqt li kienet għaddejja l-intervista kien maġenbna għaddej bil-ħidma u xi kultant ikompli magħna b'xi anedottu jew biċċa informazzjoni dwar in-nar tal-art. Farrugia jkompli jgħid li wara jibda x-xogħol fuq in-niċċa li jkun fiha porvli u tajjar u persuni oħra jibdew xogħol ta' kkargar ta' gassijiet u imbagħad x-xogħol fuq il-kulur li jsir permezz ta' taħlit ta' materjali. U għal kull pass ikun hemm persuna inkarigata. Per eżempju ir-responsabilità ta' Farrugia hija li jara illi finalment kollox jingħaqad f 'postu qabel il- ħarqa tas-Sibt. "Aħna ndumu sena għaddejjin b'din il-ħidma. Tispiċċa l-festa u tibda l-ħidma għall-festa ta' wara," spjega Farrugia. Huwa qal li l-finanzi jiġu mid- dilettanti u l-poplu ta' Birżebbuġa kif ukoll permezz ta' xogħol li l-istess għaqda qed tagħmel għal diversi festi oħrajn fosthom nar tal-art għall-festa ta' San Ġużepp fil-Kalkara, ta' San Lawrenz fil- Birgu, ta' Kristu Re f 'Raħal Ġdid u anke għall-festa ta' Sant'Anna f 'Wied il-Għajn. 'Ħarqa tajba u d-dilettanti ma għandhomx jitilfuha' U finalment nistaqsu lil Eman Farrugia - u f 'dan il-punt ingħaqad magħna wkoll Johan Briffa, dilettant mill-kbar tal-festa ta' Birżebbuġa u magħruf ma' ħafna bħala l-Bobo - għaliex id-dilettanti għandhom jinġabru fil-pjazza ta' Birżebbuġa, li tiflaħ il-mijiet u l-eluf, biex jaraw dan l-ispettakklu ta' nar? Waqt li tbissem Eman qal: "Mhux ħa ngħidlek li aħna l-aqwa... imma hemm ħarqa tajba u d-dilettanti ma għandhomx jitilfuha." Teddy, Briffa u f 'dan il-punt - mingħajr mistenni jagħmel żjara fil-post il-Ministru Owen Bonnici wkoll - ilkoll jaqblu ma' Eman. U kif tħossukhom qabel ma jibda l-ispettakku? "xejn hi hux..." jgħid Eman b'daħka. "Deni kbir, imma kbir ta jkollna..." jaqbeż Briffa. "Emozzjoni li ma tistax tiddeskrivi..." ikompli Farrugia, li jagħti ħjiel żgħir ta' soripriża fit-'Tapit'. L-ispettakklu bl-isem Pyrocolours se jittella' nhar is-Sibt 6 ta' Awwissu, lejliet il-festa ta' Birżebbuġa, fil-pjazza u jibda fil- 11:30 p.m. Qabel jibda dan l-ispettakklu - fid-9:00 p.m l-istess Soċjetà Filarmonika se tkun qed ittella' kunċert immexxi mill-Mro. Michael Bugelli, bis-sehem tas- Sopran Karen Camilleri u t-Tenur Charles Vincenti, filwaqt li taħraq nar tal-ajru li jagħlaq b'kaxxa infernali. Xellug: Teddy Agius għaddej bil-ħidma, u (taħt) Johan Briffa, magħruf bħala l-Bobo Eman Farrugia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 July 2022