Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1475003
23 films IL-ĦADD 31 TA' LULJU 2022 • illum Carmel Bonnici Torchy Blane - Reporter li ssolvi diversi każi misterjużi (1) Glenda Farrell kienet waħda mill-atturi ewlenin tal-Warner Bros. għall-irwoli simili; hi dejjem kienet ippreparata biex ġo kull film li taħdem iżżejnu b'entużjażmu u vitalità, speċjalment jekk dawk li jiktbu l-iskript jipprovdulha kontenut ta' kitba intelliġenti bi kliem stupend. Ir-rigal tas-servizz utli li dejjem tat lill- kumpanija u talli sabuha ta' għajnuna f 'kull okkażjoni, kienet serje ta' films tagħha stess, Torchy Blane, li kienu addattati minn sensiela ta' magazines ta' karta raffa u ħoxna (pulp paper) li kienu jippubblikaw l-prolifiku Frederick Nebel. Fil-fatt, l-investigatur li jsolvi ħafna misterji fil-kotba ta' Nebel hu raġel jismu Kennedy, reporter ta' e Free Press, bniedem alkoħoliku u McBride, pulizija. Dawn it-tnejn sikwit jinvestigaw reati kriminali fil-belt korrotta ta' Richmond City. Nebel kien jikteb dawn l-istejjer li kienu ppubblikati fil-magazin popolari Black Mask u bdew fis-sena 1928. Il- kumpanija Warner Bros. li akkwistaw id- drittijiet ta' dawn l-istejjer biddlu s-sess tal- karattru prinċipali f 'investrigatriċi mara jisimha Torchy Blane. Din il-bidla marret tajjeb ferm (kif ġara it snin wara b'riżultati spettakulari meta e Front Page sar His Girl Friday). F'kull film Torchy tħabbatha mal-intelliġenza tal- ajjutant tal-pulizija, Steve McBride li jidher li qatt ma jiem x'ikun iseħħ madwaru. Kważi dejjem tkun din il-mara li ssolvi l-każ pendenti, xi ħaġa li sikwit timbarazza lil Steve, billi hu u Torchy huma għarajjes u dalwaqt se jiżżewġu. Din il-parti għall-attur Barton MacLane salvatu minn irwoli li kważi dejjem ħadem ta' wieħed kriminal bi kliem offensiv ħiereġ minn ħalqu, imma l-parti ta' McBride ma kinitx miktuba tant tajjeb li tagħmlu ħabib tal-pubbliku. L-attur komiku Tom Kennedy interpreta Gahagan, l-id leminija ta' McBride, l-aktar pulizija stupidu li qatt tfaċċa fuq il-liżar ċinematografiku, għalkemm il-persuna tas-surġent skrivan maħduma minn George Gohl u li sikwit deher f 'diversi films ta' din is-serje, jħabbatha miegħu għall-injoranza. Ma kien hemm xejn li jiddistingwi dawn il- produzzjonijiet ta' baġit żgħir maħduma ta' malajr, ħlief id-dekorazzjonijiet tal-Warner Bros. u l-effiċjenza friska ta' Glenda Farrell. Torchy Blane, investigatriċi femminili fittizja kienet il-karattru prinċipali ta' disa' films tal-Warner Bros. bejn is-snin 1937 u 1939. Din is-sensiela ta' produzzjonijiet ta' madwar siegħa-il wieħed kienu popolari ħafna fi żmienhom u kienu jintwerew qabel il-film propju. Dawn il-films ipprovdew taħlita ta' misterju, azzjoni, avventura u pjaċir. L-isem propju tagħha kien Teresa u jingħad darbtejn f 'din is-serje. L-ewwel xogħol ta' din is-sensiela, Smart Blonde, hu bil-wisq l-aħjar wieħed u l-uniku wieħed li kien ibbażat dirett minn fuq storja ta' Nebel. Ħafna mill-oħrajn huma dawk li tieħu gost tarahom pero' tinsihom malajr. Lola Lane u Paul Kelly daħħlu flok Farrell u MacLane għall-episodju wieħed, Torchy Blane In Panama. Jane Wyman u Allen Jenkins spiċċaw din is-serje b'Torchy Plays With Dynamite. Qabel nagħti ħarsa qasira lejn dawn id- disa' films se nagħti tagħrif ħafif fuq l-awtur Frederick Nebel. Frederick Lewis Nebel twieled nhar it-3 ta' Novembru 1903 fi Staten Island, New York u miet fit-3 ta'Mejju 1967 ta' 63 sena f 'Laguna Beach, California. Nebel, kittieb prolifiku kien kapaċi jikteb sa 5,000 kelma kuljum u jżomm għaddejjin bejn ħames jew sitt eroj fl-azzjoni fis-serje ta' kotba "pulp". Kellu aktar minn 300 xogħlijiet stampati, ħafna minnhom addattati għaċ-ċinema kif ukoll kiteb 3 novelli. Hu kien miżżewweġ lil Dorothy Blank. Issa nibdew inħarsu lejn id-disa' films... (Ikompli nhar il-Ħadd li ġej)