Illum previous editions

ILLUM 31 July 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1475003

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 23

04 aħbarijiet IL-ĦADD 31 TA' LULJU 2022 • illum Bejn 80 u 100 persuna kuljum qed imorru jitolbu għal ikla mis-Soup Kitchen... aktar minn 90% huma Maltin ALBERT GAUCI CUNNINGHAM "Bħalissa qed naraw splużjoni ta' nies li qed jiġu fuqna u li spiċċaw bla saqaf fuq rashom għal ħafna raġunijiet. Din mhix politika. Il-faqar qed jiżdied fl-Unjoni Ewropea kollha u dan tixhdu l-istatistika tal-Ewrobarometru. Imma hawnhekk ma aħniex qed nitkellmu biżżejjed dwar dawn ir-realtajiet li aħna qed naraw kuljum." Hekk sostna ma' din il-gazzetta Fr Marcellino Micallef, li jmexxi s-Soup Kitchen fil-Belt Valletta u li toffri ikliet b'xejn lil dawk li ma għandhomx biżżejjed biex iħallsu għal ikla bnina, jew inkella dawk li lanqas biss għandhom fejn jgħixu. Fil-fatt mistoqsi minn din il- gazzetta jekk l-għoli fil-prezzijiet esperjenzati bħalissa humiex qed jaffetwaw is-sitwazzjoni ta' bosta nies li jgħixu bil-paga minima jew paga baxxa, Fr Micallef beda billi qal illi "aktar minn kollox bħalissa qed naraw qabża fin- nies li qed jispiċċaw bla saqaf fuq rashom, speċjalment fost dawk li jkunu ħerġin mill-ħabs jew inkella Monte Carmeli. Allura dan sew? Għaliex żagħżugħ li ħiereġ mill-Isptar Monte Carmeli jew il-ħabs għandu jispiċċa bla saqaf fuq rasu?" Huwa qal li dan is-suġġett ta' nies li qed jispiċċaw bla saqaf fuq rashom jew inkella fil-faqar ġie diskuss ukoll mal-Caritas u diversi għaqdiet oħrajn fl- aħħar jiem u kien hemm qbil illi "hemm ħafna li qed jaqgħu mix- xibka soċjali u hemm bżonn li s-sistema tkun indirizzata biex dan ma jibqax jiġri." Fr Marcellino Micallef qal illi ta' kuljum bejn 80 u 100 persuna qed imorru jieħdu ikla mingħajr ħlas mis-Soup Kitchen, għax aqru. Huwa jfakkar li l-faqar jista' jiġri għal ħafna raġunijiet fosthom dawk soċjali, dawk psikoloġiċi u semma b'emfasi l-problemi relatati ma' dipendenza fuq id-droga. Kompla jispjega li apparti dawk li qed imorru għall-ikel - li jirrimarka illi aktar minn 90% tagħhom huma fil-fatt Maltin - hemm ukoll iċ-ċentri tal-YMCA li jgħid ukoll li huma kważi kollha mimlijin bħalissa. "Staqsuhom lid-Deputati ħa jgħidulna kemm hawn nies li qed jaqtgħulhom is-servizz tad-dawl l-ARMS għax waqgħu lura fil-ħlasijiet," jgħid Micallef. Mistoqsi imma hux jippretendi li n-nies ma jħallsux tas-servizz huwa qal li filwaqt li huwa veru li jkun hemm min waqa' lura sostna li l-multi li għandhom jitħallsu huma wisq kbar għal min ma jkunx ħallas u staqsa wkoll jekk persuna għandhiex imqar ikollha s-servizz fuq livell minimu sakemm tkun tista' tibda tħallas, "imqar biex tixgħel bozza jew fridge." Huwa tkellem dwar il- pensjonanti u fakkar li hawn min qed jgħix b'pensjoni ta' €500 fix-xahar jew inkella ħaddiema bil-paga minima ta' it iktar minn €800 u jkollhom xi €300 minnhom f 'manteniment għat- tfal. "Kif se jsibu fejn jikru dawn? Kif se jkollhom biżżejjed biex jieklu?" Huwa appella lill-qarrejja ta' dan l-artiklu biex ma jitqarqux u ma jiġġudikawx. "Id-drogi jfaqqruk - imma anke marda tista' tfaqqrek! Separazzjoni, divorzju... jista' jfaqqrek! Sa it ġranet ilu għinna lil familja partikolari biex ikollha saqqu għas-sodda, it ġranet ilu wkoll ġiet persuna - raġel Malti - li kellu l-problema tad-droga u li ma jistax isib impjieg. Ġie jiekol hawn u spiċċa rieqed mal- mejda. Ftit ilu ġie żagħżugħ Malti jitlobna għall-ikel għax kien għadu ħiereġ minn Monte Carmeli u ma kellux fejn jitfa' rasu. Dawn realtajiet ta... ta' Maltin bħalna!" Fr Marcellino Micallef saħaq illi s-sistema hija waħda li qed tħalli lin-nies jaqgħu mix-xibka soċjali u qal illi jiddispjaċih iżda ma jidhirx li hemm soluzzjonijiet biżżejjed, speċjalment għal dawk li jispiċċaw bla saqaf fuq rashom. "Qed naraw ukoll li dawn is-sitwazzjonijiet iwasslu għal numru ta' persuni li jispiċċaw ineħħu ħajjithom," isostni ma' din il-gazzetta Fr. Micallef. Huwa temm jappella mill- ġdid sabiex issir diskussjoni serja dwar dawn ir-realtajiet ta' faqar f 'pajjiżna li reġa' sostna li it huma dawk li qed jitkellmu fuqhom biżżejjed, anke jekk qed jiżdiedu. Qrajt din l-istorja u tixtieq tgħin lis-Soup Kitchen? Kif tista' tgħin? Soup Kitchen OFM Valletta 40, Triq Sant'Ursola Valletta VLT1233 Tel: 79227570 APS: A/C 41286610023 MT56APSB77013000000041286610023 BOV: A/C 40024827012 Fr Marcellino Micallef

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 July 2022