Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1475003
05 illum • IL-ĦADD 31 TA' LULJU 2022 aħbarijiet Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal- Annimali Anton Refalo, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said ħabbru li għal sena oħra d-Dipartiment tas- Sajd u l-Akwakultura qiegħed joffri opportunità biex sajjieda dilettanti jistadu għal-lampuki. Huma ħabbru li dan se jsir permezz ta' allokazzjoni ta' bosta rimji u ċimi madwar l-ibħra Maltin u Għawdxin. Id-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura laħaq ehim mal-għaqdiet tas-sajjieda biex kull waħda minnhom ikollhom postijiet allokati u riservati. Is- sajjieda dilettanti huma mħeggin japplikaw mal-għaqdiet sabiex jistadu bir-rixa fuq dawn l-istess ċimi. Is-sajjieda dilettanti b'dgħajjes reġistrati bħala MFC, S u Valletta huma kollha eliġibbli biex japplikaw għas-sajda tal-lampuki. Il-Ministru Anton Refalo innota li dan il-proġett is-sena l-oħra kien wieħed ta' suċċess u għalhekk il- gvern ra li jkompli jifrex f 'dan is- settur mhux biss għas-sajjieda tal- kummerċjalizazzjoni imma anke għal dawk id-dilettanti. "Bħala ministeru, apparti li qed inkomplu nkunu ta' għajnuna għal dawk li jaqilgħu l-ħobża ta' kuljum minn dan is-settur, qed nassiguraw li fl-istaġun tal-lampuki mill-15 ta' Awwissu sal-aħħar ta' Diċembru dawk kollha li huma sajjieda dilettanti wkoll igawdu mis-sajda tal-lampuki." Is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said spjegat li "Is-sena li għaddiet, il-gvern nieda proġett pilota, fejn id-Dipartiment tas- Sajd u l-Akwakultura kien laħaq ehim mal-Għaqdiet tas-Sajjieda biex jinfetaħ l-istaġun għas- sajjieda dilettanti li jixtiequ jistadu bir-rixa maċ-ċimi. Dan jassigura li s-sajjieda dilettanti jkollhom opportunità li jibbenefikaw minn dan l-istaġun tant popolari, mingħajr tfixkil." Alicia Bugeja Said irringrazzjat lill-ħaddiema kollha fi ħdan id-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura kif ukoll lill- għaqdiet dilettanti, li diġà bdew jagħmlu ħafna xogħol bi preparazzjoni u li kieku ma kienx għalihom, inizjattivi bħal dawn ma jkunux possibbli. Din is-sena, id-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura ħaseb biex iżewweġ it-tekonoloġija mat- tradizzjoni permezz ta' mobile app li se tiġi mnedija fil-jiem li ġejjin. Din l-app ser tagħti spinta fuq żewġ binarji: fuq naħa, id- diġitalizzazzjoni ser tnaqqas b'mod konsiderevoli l-burokrazija, u tgħin biex nadattaw għal teknoloġija li tnaqqas l-iskart u l-użu tal-karti. Min-naħa l-oħra, l-informazzjoni miġbura minn din l-app permezz ta' sistema ta' logbook, se tgħin lid-Dipartiment iżomm rendikont iktar aġġornat u effiċjenti tal-kwalità u l-kwantità ta' ħut miġbura. B'hekk tkompli titkattar ir-riċerka u l-għarfien fuq is-saħħa u s-sostenibilità tal- ekosistema marittima tagħna. L-applikazzjonijiet huma miuħa sal-Erbgħa 10 ta' Awwissu 2022. Is-sajjieda kollha interessati huma mħeġġa japplikaw. Għal aktar informazzjoni s-sajjieda huma mħeġġa jċemplu lid- Dipartiment fuq 2292 6888. Allokazzjoni ta' bosta rimji u ċimi madwar l-ibħra Maltin u Għawdxin għas-sajd tal-lampuki