Illum previous editions

ILLUM 31 July 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1475003

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 23

11 intervista illum • IL-ĦADD 31 TA' LULJU 2022 tqajjem kuxjenza dwar il- jagħmluna Maltin l-madum Malti jew il-bibien tradizzjonali u tagħtihom dehra kontemporanja permezz tal-kuluri u d-disinn tagħha. "Ma hemm l-ebda formola. Nipprova nżomm id-disinn kemm jista' jkun vivaċi għax jiena rrid nappella mhux għal min għandu 60 jew 80 sena biss. Jekk il- missjoni tiegħi hija li nqajjem kuxjenza, irrid nappella għaż-żgħażagħ," kompliet tgħid. Propju għalhekk li fix-xogħlijiet tagħha, Borg tiffoka fuq element wieħed. Mhux se tiffoka fuq faċċata ta' dar, imma element minn dik il-faċċata, bħalma huwa l-bieb. Anke jekk madum. Se taqbad maduma waħda jew madum tal-istess disinn. "Meta tagħmel hekk, tapprezza aktar l-oġġett. Mhux l-ewwel darba li mort għand xi ħadd li għandu l-madum Malti. Nieħu ritratt partikolari u nibda nurihom. Ġieli lanqas jindunaw li jkunu tagħhom." Fil-fatt, Stephanie Borg l-hena tagħha meta jmorru għandha xi żewġ żgħażagħ li se jiżżewġu u jgħidulha li d-dar għandhom fuq il-modern, kollox newtrali imma jridu jagħtu it kulur u jridu xi ħaġa lokali. L-ILLUM tistaqsiha kemm huma komuni dawn it-talbiet minn koppji żgħażagħ, li jinkludu fid-dar tagħhom xogħlijiet lokali. 'Ridt ngħolli wkoll il-livell tal-prodott Malti' Qalet li l-kuxjenza qed tiżdied u t-talbiet miż-żgħażagħ qed jiżdiedu. Spjegat kif meta kienet għadha tibda, ħafna ma kinux japprezzaw brands lokali imma llum anke din inbiddlet u bosta qed ifittxu xogħlijiet ta' kumpaniji u artisti Maltin. "Jiena graphic designer ukoll u dik għenitni. Dejjem ħdimt biex il-prodott tiegħi nippreżentah bl-aħjar mod possibbli. Il-preżentazzjoni dejjem ridt li tkun tajba daqs il-prodott jekk mhux aktar ukoll. Jiena ridt ngħolli wkoll il-livell tal-prodott Malti li jinħoloq Malti. Meta bdejt 14-il sena ilu kont irrid nikkumbatti mentalità u kultura sħiħa." Madanakollu llum temmen li l-kuxjenza qed tiżdied u l-paġna it it qed tinqaleb. Qalet li anke l-Covid-19 kellha xi it impatt pożittiv għax peress li żdiedu l-problemi minħabba l-kummerċ minn barra, ħafna bdew iduru għal rigali mis- suq lokali u għalhekk bdew jinnutaw prodotti li forsi qabel lanqas biss kienu jafu jew semgħu bihom. It-turisti jfittxu xogħolha? U t-turisti jfittxuhom il-prodotti tagħha? Borg wieġbet fil-pożittiv u qalet li jżuru l-istudio tagħha fir-Rabat ħafna turisti li jkunu fittxew qabel dwar ix-xogħlijiet tagħha u jkunu jafu biha. "Ikun hemm min ifittex qabel. Oħrajn jiġu hawn bit-taxis għax jgħidulhom tal- lukanda għax ikunu qed ifittxu xi ħaġa lokali. Jistaqsuni u jinteressaw ruħhom ħafna," kompliet. 'Kollox fih storja, raġuni jew kunċett' Kull kollezzjoni li tagħmel, Borg tagħtiha isem u tuża wkoll il-Malti. Fost l-aħħar kollezzjonijiet tagħha għandha dik li sejħitilha "nwar" li tfisser "blossom." L-idea nibtet fi żmien il-pandemija meta riedet toħloq sett ta' affarijiet li persuna jkollha bżonn biex tarma d-dar, minn cushions, sa tvalji u ħafna affarijiet oħra. Fid-disinji tagħha, f 'din il-kollezzjoni, għaqdet flimkien il-madum Malti u l-ferro battuto. "Għalhekk nwar għax hija xi ħaġa ġdida li nibtet. Fuq il-kulur blu għax aħna pajjiż Mediterranju. Jiena kollox inħobb nagħmel bi ħsieb. Kollox fih storja, raġuni jew kunċett warajh." 'Hawn min għandu ħiliet u ma għandux fejn jirmaħ ... hemm bżonn nagħtu aktar importanza lis-snajja' Fl-aħħar nett, l-ILLUM tħalli f 'idejn Borg biex twassal messaġġ lis-soċjetà Maltija. L-appell tagħha kien wieħed sempliċi, jiġifieri dak li hemm bżonn aktar edukazzjoni. "L-iskop ta' ħajtek qatt ma għandu jkun il-flus imma li tagħmel dak li tħobb tagħmel," bdiet tappella. Saħqet li fis-sistema edukattiva għandha terġa' tingħata l-importanza lis-snajja għax hawn min għandu ħiliet li ma għandhomx fejn jimirħu biha. "Aħna pajjiż żgħir. Probabbilment dak li nagħmel jien, jien biss nagħmlu, bħalma hawn nies oħra li dak li jagħmlu huma ma jagħmlu ħadd ieħor. Jekk lit- tfal insibulhom dak li vera jħobbu se jkun hawn ħafna ħiliet li huma uniċi. Dan apparti li hawn snajja li qed intuhom bis- sieq u qed jintesew." Għalhekk l-appell tagħha huwa biex il-kuxjenza tibda mill-iskola u anke fil-ħarġiet tal-iskola, minflok tingħata attenzjoni dejjem lil żewġ suġġetti biss, anke dawn l-affarijiet jingħataw aktar prijorità. "It-tfal illum rashom fit-tablets u qed nitilfu ħafna ħiliet soċjali u apprezzament ta' dak li għandna. Dawn l-affarijiet ġew bi storja. L-istorja hija importanti u t-tagħlim tagħha għandu jkun mandatorju. Ma tistax tapprezza l-preżent jekk ma għandekx għarfien tal-passat. Kif se żżomm il- futur imbagħad? Fuq xiex se tibnih? Fuq il-konkrit? Hemm bżonn edukazzjoni," temmet tgħid l-artista.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 July 2022