Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1475003
09 analiżi illum • IL-ĦADD 31 TA' LULJU 2022 tittimbra lil uliedna' - Kap ta' Skola flus għalih ukoll." Marċ, karti u statwi tal-qaddisin… Il-festa waslet l-iskola wkoll! "Bandalori kollha lwien, karti żgħar ma' kullimkien u bajd, imqaret, paljijiet, sparar bħal tagħna ma hawn imkien!" Min qatt basar li dawn il-kliem ta' Mary Rose Mallia kienu se jkunu relevanti wkoll għaċ-ċkejknin tal- kulleġġ Għawdxi? Spiteri għal dawn l-aħħar snin irnexxielu jdaħħal il-festa, tradizzjoni mill-aktar maħbuba mal-Maltin, fl-iskola primarja. Jgħid li l-akbar tagħlima u waħda mill-għanjiet ta' din l-attività hija li t-tfal, minkejja li ikunu akkantiti ta' festi differenti, jingħaqdu flimkien u jiċċelebraw il-festa mingħajr pika żejda, bħalma forsi naraw bejn l-adulti. Fir-Rabat, l-Għawdxin jiċċelebraw lil San Ġorġ, Santa Marija u l-Qalb ta' Ġesu. B'ġenerożità kbira l-għaqdiet tagħhom selfu l-armar u l-bandalori tagħhom biex dawn l-istudenti jkollhom esperjenza awtentika. "Filwaqt li fl-ispeakers tal-iskola beda' jidden il-marċ tal-festi, it-tfal bdew iġorru l-istatwi tal-qaddisin, bil-karti għaddejjin minn fuqhom. Aħna l-marċ nibdewh fil-11 ta' filgħodu biex ikun kemm l-istess atmosfera… dik tax-xemx, sħana u ġenn u l-għalliema jkunu entużjasti daqs it-tfal, jekk mhux aktar!" qal Spiteri. 'Jekk jibdew il-ġurnata bit-tajjeb se jispiċċawha bit-tajjeb' "Jiena bniedem brijuż u storbjuż," hekk qal Spiteri bi tbissima kbira fuq wiċċu. Issa l-ILLUM staqsiet fuq il-famużi assemblies tiegħu li huma ferm kuntrastanti minn dawk li s-soltu aħna mdorrijin bihom b'ħafna stirar u dixxiplina bħalma naraw f 'xi armata. Huwa jemmen bi sħiħ li jekk it- tfal jibdew il-ġurnata bi tbissima u fuq nota tajba hemm ċans kbir li l-ġurnata jaffrontawha bl-istess sentiment. "Waħda mill-aktar diski maħbuba, ironikament mhux ta' żmien tagħhom, hi ta' 'L'Amour Toujours' ta' Gigi D'Agostino, saret qisha l-innu tal-iskola," kompla jgħid Spiteri. Saħaq li minkejja li qatt ma kellu kritika fuq kif jibda' ġurnata jgħid li ġieli sema' xi kummenti negattivi iżda dan qatt ma waqfu milli jagħmel dak li jemmen. "Għandi rasi iebsa ħafna u nibqa' għaddej għax nemmen f 'dak li nagħmel. Min-naħa l-oħra jien qatt ma nikkritika persuna, iżda nikkritika lill-mentalità u lis-sistema," żied jgħid Spiteri. 'Żmien il-Covid-19 kien diffiċli għax kienu mdorrijin b'dawn l-attivitajiet' Issa li l-ġurnal ħa togħma ta' dak kollu li jesperjenzaw ta' kuljum dawn iċ-ċkejknin, l-ILLUM staqsiet dwar il-pandemija u kif din affetwat lilu iżda wkoll lit-tfal. Spiteri wieġeb li dak iż-żmien kien diffiċli ħafna għax kienu mdorrijin jiġu milqugħa b'dawn l-attivitajiet. Madankollu l-ħidma tiegħu bħala Kap ma' waqfitx hemm. Fil-fatt huwa rrakkonta kif "mill- ewwel ġurnata sal-110 jum, għamilt vidjow kuljum u tellajtu fuq il-midja soċjali tal-iskola." Huwa qal li żar diversi postijiet fosthom l-Għolja tas-Salvatur, Marsalforn, fuq il-Gżejjer ta' San Pawl u saħansitra rnexxielu jikseb permess biex imur Filfa u jiġbed xi filmati. "Dawn għamilthom biex inżomm kuntatt mat-tfal. Imbagħad kont indum sigħat sħaħ inqalleb u ntella' filmati u ritratti tal-attivitajiet li bdew jagħmlu t-tfal minn ġewwa djarhom," qal spiteri. Jgħid ukoll li qabel il- Covid-19 saħansitra kienu jsiefru bit-tfal. 'Jien tfal m'għandix, iżda fl-istess ħin għandi 350' Ma hemm l-ebda dubju fuq id- dedikazzjoni u l-passjoni kbira li għandhom ħafna għalliema u Kapijiet ta' Skola. F'dan il-każ id- dedikazzjoni kbira li juri Spiteri lejn it-tfal tal-iskola ħalliet il- frott tagħha, b' ħafna kliem ta' tifħir u mħabba li juruh it-tfal. Malli wieħed jidħol fl-uffiċċju ta' Spiteri, l-għajnejn imorru direttament fuq il-kartolini ta' ringrazzjament, li tant għandu li kellu jerfa' l-kartolini tas-snin ta' qabel. Huwa jgħid li anke fi żminijiet diffiċli t-tfal baqgħu ituh is- sostenn li kellu bżonn tant li kien iqatta' iljieli sħaħ jirrispondi messaġġi. "Jiena kuraġġuż u ottimist imma l-messaġġi tat-tfal kienu nkredibbli. Ix-xjenza hi kbira iżda t-talb tat-tfal inħass." Fl-aħħar huwa qal li hu xorta jħoss in-nuqqas tiegħu bħala għalliem fil-fatt jinvolvi ruħu ħafna fil-ħruġ tal-iskola. "Jien tifel qalb it-tfal, irrid kuntatt dirett u mhux maħluq biex noqgħod wara l-iskrivanija. Jien magħmul għal mat-tfal." Lelio Spiteri temm jgħid li minkejja li hu m'għandux ulied bioloġiċi, għalih it-350 student li għandu fl-iskola - li kollha jaom b'isimhom - qishom uliedu.