Illum previous editions

ILLUM 21 August 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1476750

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 23

06 analiżi IL-ĦADD 21 TA' AWWISSU 2022 • illum Leave għall-missirijiet u għall-carers. X'ħabbar il-Gvern u x'qalu l-esperti? Għaliex ma ntlaqgħux tajjeb il-miżuri li daħħal il-gvern dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja? X'inhuma eżattament? Il-Gvern naqas? U fejn? L-ILLUM tagħti ħarsa lejn l-aħħar miżuri favur il-familja u l-leave tal-ġenituri f'Malta ANTHEA CACHIA Issa għaddew kważi ħmisax minn meta daħlet fis-seħħ id-direttiva tal-Unjoni Ewropea favur il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Familja. Liema direttiva David Casa, li mexxa in- negozjati tagħha, saħaq li ddaħħlet "ta' bilfors mill-Gvern Malti u permezz ta' konsultazzjoni wiesgħa se nirranġaw dak li l-Gvern għamel bl-għaġġla." Propju fuq hekk L-ILLUM tagħti ħarsa lejn l-oriġini tad-direttiva, kif intlaqgħet mill-NGOs, leave tal-ġenituri madwar l-Ewropa u l-emendi meħtieġa biex dawn il- miżuri verament jaħdmu. Narrattiva differenti fis-soċjetà fuq l-irwol tal-ġenituri Oriġinarjament din id-direttiva tfasslet u bdiet tiġi implimentata madwar il-pajjiżi Ewropej f 'Ġunju 2019, jiġifieri f 'pajjiżna din damet tliet snin biex daħlet fis-seħħ. Propjament din iddaħlet fl-aħħar ħin, li ppermettiet id-direttiva u li kieku dan it-tragward ma kienx rispettat pajjiżna kien jiġi mħarrek. Din id-direttiva hija frott direttiva oħra, li l-għan ewlieni tagħha kien li jindirizza l-leave tal-maternità, jiġifieri dak tal-omm. Id-direttiva tal-maternità, bdiet titfassal fl-2008, iżda l-Kummissjoni Ewropea, minkejja l-isforz tagħha biex din eventwalment tiġi mplimentata, irtiratha, fl-2015, minħabba n-nuqqas ta' progress u qbil minn naħa tal-leġiżlaturi. Waħda mill-uniċi miżuri li kienu qablu fuqha kienet dik ta' sitt xhur addizzjonali ta' leave tal-maternità. L-idea tal-Kummissjoni, kienet dik li l-mara tiġi mgħejjuna biex tidħol aktar fid-dinja tax-xogħol u fl-istess waqt timbotta aktar l-idea tal-irwol tal-missier fit-trobbija tal-ulied. Din saret ukoll speċiament minħabba l-fatt li s-soċjetà xi kultant għadha tpinġi lill-irġiel bħala dawk li jaħdmu u jmantnu lill-familja u l-omm li tieħu ħsieb lill-ulied u li dejjem tlesti platt sħun fuq il-mejda. 'Din hi liġi dgħajfa' Ħafna għaqdiet irrimarkaw li l-mod ta' kif din il-liġi ġiet introdotta f 'Malta hija waħda dgħajfa u mhux konsultattiva. Bħalma għidna qabel, il-Membru Ewro Parlamentari David Casa kif ukoll il-Partit Nazzjonalista kienu kritiċi ħafna għal mod ta' kif din iddaħħlet Malta. Disa' għaqdiet li jaħdmu favur id- drittijiet tal-ġenituri, tal-ħaddiema u l-ugwaljanza insistew li dawn il-miżuri ma jonorawx l-għan ewelieni tad-Direttiva Ewropea - dik li l-ġenituri Maltin jibbilanċjaw bejn ix-xogħol u l-karriera mar- responsabiltajiet u l-kura tal-familja. Waħda mill-aktar affarjiet li kienu kritiċi fuqha hi li fil-perjodu ta' tliet snin, perjodu li suppost kien iddedikat għall-konsultazzjoni mal- entitajiet u għaqdiet ikkonċernati, dan ma sarx. L-għaqdiet ippreżentaw għadd ta' emendi fil-liġi fosthom li l-10 t'ijiem ta' leave tal-paternità ma jittiħdux mal-ewwel, għaliex din tonqos milli tagħraf bżonnijiet differenti ta' familji varji. Huma elenkaw li fil-leave tal- ġenituri xahrejn biss huma mħallsa u dan bir-rata ta' sick-pay; jiġifieri €21.85 kuljum. Jgħidu li din żgur mhix adegwata, speċjalment fiż- żminijiet ta' issa, biż-żieda fl-għoli tal-ħajja. Intant Casa, dakinhar li bdew jidħlu fil-prattika dawn il-miżuri ħabbar li hu flimkien mal-Partit Nazzjonalista qed jaħdmu biex jitressqu emendi fl-avviż legali, li hu ddeskriva li fih "difetti sinifikanti". X'miżuri daħlu fis-seħħ fit-2 ta' Awwissu ? • Paternity leave - 10 t'ijiem leave tal-paternità għall- missirijiet tal-ewwel u t-tieni wild minflok ġurnata waħda biss (kif kienet il-liġi sa' ftit ġimgħat ilu). Dawn jittieħdu minnufih u japplika għall-missirijiet bijoloġiċi, kif ukoll dawk li huma missierijiet ta' tfal adottati. Apparti minn hekk din tapplika għal dawk il-missirijiet li ma humiex miżżewġa. • Parental leave - Il-ġenituri huma intitolati għal erba' xhur leave, li jistgħu jittieħdu sakemm l-ulied jgħalqu t-tmien snin. Dawn jistgħu jittieħdu; 50% sakemm il-wild jagħlaq erba' snin, 25% sakemm il-wild ikollu bejn erba' u sitt snin u 25% sakemm il-wild ikollu bejn sitt u tmien snin. Minkejja dan, xahrejn biss se jkunu imħallsa. Din tapplika għall- ġenituri ta' tfal; bijoloġiċi, adottati, li qed jiġu fostered u dawk li huma l-kustodji legali. Minkejja dan, il-miżura hi applikabbli biss għal dawk il- ħaddiema li ilhom impjegati għal aktar minn 12-il xahar u li għandhom kuntratt fiss. Min iħaddem il-ġenituri jista' jirriuta dan il-leave biss jekk dan se jkun qiegħed itellef l-operazzjoni tax-xogħol. B'din il-miżura l-ġdida, xahrejn mill-parental leave jistgħu jiġu trasferiti lill-ġenitur l-ieħor. • Carers leave - Ħaddiem li jieħu ħsieb membru tal-familja se jkun intitolat għal ħamest 'ijiem leave, mhux imħallsa. Din hi applikabbli għal qraba ta' persuni li jgħixu ġewwa l-istess dar. Din il-miżura tagħti l-opportunità lill-impjegati li għandhom l-ulied (bl-età massima ta' tmien snin) u li huma carers tagħhom, bi dritt jitolbu arranġamenti flessibli fuq il-post tax-xogħol. Dawn jinkludu r-remote working, reduced hours u flexi-time. Minkejja dan, dawn l-arranġamenti jistgħu ikunu limitati fil-ħin u għalhekk il-ġenitur/carer jista' jitlob li jerġa' jibda' jaħdem ħinijiet normali. • Kumpaniji li jfallu milli jimxu ma' dawn il-miżuri jistgħu jiġu ħajta li wettqu reat u mmultati sa' massimu ta' €2,000.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 August 2022