Illum previous editions

ILLUM 21 August 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1476750

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 23

20 kummerċjali IL-ĦADD 21 TA' AWWISSU 2022 • illum AFTERSUNSET – Architecture in the City Ed Hayden, arkitett mir-Renju Unit, ser ikun qed jaqsam l-esperjenza estensiva tiegħu fil-promozzjoni ta' proġetti zero carbon, u fl-innovazzjoni tad-disinn fi ħdan Scott Brownrigg u fl- industrija in ġenerali Il-passjoni u d-dedikazzjoni ta' Ed bidlu l-proċess tad- disinn, permezz ta' għodod speċjalizzati biex jinħolqu wħud mill-aqwa proġetti li huma rebbieħa ta' premjijiet ta' profil għoli. B'esperjenza sinifikanti f 'diversi setturi, inklużi dawk residenzjali, difiża, trasport, u edukazzjoni, il-proġetti riċenti ta' Ed jinkludu l-Cambridge Science Park Bio-Hub; l-Arm Headquarters; il-Peterhouse Technology Park; il-Cambridge International Technology Park; il-CABI Headquarters;u s-St George's College Activity Centre li huwa rebbieħ ta'premijiet. Nhar il-Ġimgħa 26 ta' Awwissu 2022 fil-bitħa tal-MUŻA fil-Belt Valletta, Ed Hayden ser jagħti preżentazzjoni f 'dan l-avveniment tal-MASP u ser jiffoka fuq it-triq lejn "net zero, decarbonising construction". Fil-preżentazzjoni tiegħu, Ed ser jitkellem dwar kif l-industrija tal-kostruzzjoni għandha rwol importanti fl-ekonomija dinjija billi toħloq, topera u żżomm l-infrastruttura fiżika tagħha. Hija wkoll kontributur ewlieni fl-emissjonijiet tal-karbonju fid-dinja, minħabba l-ammont ta' enerġija kkonsmata f 'kull stadju taċ-ċiklu tal-ħajja tal- infrastruttura. Il-bidla u t-trasformazzjoni huma meħtieġa jekk irridu niksbu ambjent mibni b'livell baxx ta' karbonju. Dan kollu jista' jgħin biex tintlaħaq il-mira ta' zero carbon. Scott Brownrigg jemmnu f 'disinn ibbażat fuq ir-riċerka u jużaw l-għarfien miksub biex jinfurmaw lill-Arkitettura tagħhom. Karbonju baxx u disinn sostenibbli huma fil-qalba ta' dan il-proċess. Mistoqsija ewlenija li jistaqsu kontinwament hija x'għandu jsir ISSA biex titħaffef it-transizzjoni tal-industrija tal- kostruzzjoni għal waħda li hija zero carbon biex taqdi l-ħtiġijiet tal-pjaneta bl-aħjar mod. Għal aktar informazzjoni żur https://www.maspawards.com/ masp-events/ L-arkitett Ingliz Ed Hayden

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 August 2022