Illum previous editions

ILLUM 21 August 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1476750

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 23

21 kummerċjali IL-ĦADD 21 TA' AWWISSU 2022 • illum Tibda wirja ta' arkitettura u disinn kontemporanju fil-Belt Uħud mill-aqwa bini riċenti u kontemporanju b'arkitettura u disinn prestiġġjuz f'Malta ser ikunu esebiti f'wirja fotografika esterna fil-Belt Valletta Il-proġetti rebbieħa tal-Malta Architecture and Spatial Planning (MASP) Awards tal-aħħar żewġ edizzjonijiet juru wħud mill-aqwa sforzi ta' disinn kreattiv u jiċċelebraw id- diversità u l-eċċellenza li nsibu fl-arkitettura kontemporanja Maltija. Il-proġetti tal- arkitettura u d-disinn ta' ġewwa jvarjaw minn residenzi privati, bini kummerċjali u ta' uffiċini, spazji pubbliċi miuħin, teatri u ċentri ta' innovazzjoni. Filwaqt li din il-wirja fotografika bis-suġġett tagħha ser issaħħar lil min jaraha, ser isservi wkoll biex twassal il-messaġġ li permezz tal-eċċellenza fid- disinn arkitettoniku tal-proġett tista' titjieb il-kwalità tal-ambjent mibni. Il-wirja ser isservi wkoll biex jiġi rikonoxxut ix-xogħol ta' kwalità offrut minn nies fl- industrija tal-arkitettura għat- talent, l-għarfien espert u s-sengħa tagħhom. Proġetti rebbieħa bħal dawn jirrikjedu ħafna aktar sforz biex jiġu realizzati. Huwa sforz ta' tim li jeħtieġ ħin, dedikazzjoni, kompetenza u passjoni. Il- wirja għandha pannella għal kull proġett, li tinkludi għażla ta' ritratti, il-kritika tal-ġurija li wasslet għal proġett rebbieħ u dettalji tat-tim u l-kumpanija responsabbli fuq il-proġett. Fost il-proġetti li jistgħu jiġu ammirati, wieħed isib il-Valletta Design Cluster, Villa Fiorentina u Casa Bottega, li huma tliet binjiet storiċi li ġew salvati u ngħataw ħajja ġdida permezz ta' użu sensittiv ġdid. L-iSterling HQ u e Saw Factory huma wkoll fil- wirja u juru kif bini industrijali u kontemporanju ta' kwalità għolja jista' jreġġa' lura l-arkitettura mhux deskritta li tikkaratterizza postijiet bħal dawn. Il-proġett Portomaso Laguna jispikka b'soluzzjoni ta' kwalità għolja għal brief ta' disinn li kien jeħtieġ il- prijoritizzazzjoni ta' dan il-post mibni mal-baħar. Għall-wiri hemm ukoll numru ta' proġetti li rċevew rikonoxximent għat-tip ta' disinn interjuri ta' kwalità għolja, bħalma huma l-Portughes Outlet fl- Ibraġġ, il-Community and Nature Childcare Centre fil-Mosta, u t-trasformazzjoni residenzjali ta' żewġ villel f 'Ħal Lija u l-Kappara. Wieħed jista' japprezza wkoll il- bini tal-Pjazzetta u r-Roof Garden tad-Design Cluster li t-tnejn huma xogħlijiet arkitettoniċi eżemplari li ħolqu spazji pubbliċi ġodda miuħin. Xogħlijiet tajbin oħra jinkludu t-trasformazzjoni tal-Imperial Residential Home, ir-restawr ta' kwalità għolja tat-Teatru Manoel, il-lukanda King George and Berta, it-Tipico Building, u l-Gozo Innovation Hub. "L-għan ta' din l-inizjattiva huwa li titqajjem kuxjenza u apprezzament fost il-pubbliku għal uħud mit-teżori arkitettoniċi kontemporanji ta' pajjiżna li, xi drabi, jgħaddu inosservati għax mhumiex il-palazz jew berġa tipika b'faċċata grandjuża. Filwaqt li dawn il-binjiet tant maħbubin minn żmien il-Kavallieri u lil hinn huma meritatament rinomati, id-dinja arkitettonika moderna Maltija toffri wkoll proġetti ta' kwalità li ser iħallu marka pożittiva għas-snin li ġejjin," jgħid iċ-Chairman Eżekuttiv tal- Awtorità tal-Ippjanar, Martin Saliba. Imnedija fl-2019 mill-Awtorità tal-Ippjanar taħt il-Patroċinju tal-President ta' Malta, il-MASP Awards huma meqjusa bħala avveniment tal-kalendarju prestiġjuż u marka ta' eċċellenza fl-industrija. Sal-lum, il-premjijiet dejjem inkludew repertorju ta' membri tal-ġurija barranin u lokali ta' profil għoli u esperti tekniċi. Din il-wirja miuħa għall- pubbliku bejn it-12 ta' Awwissu u t-12 ta' Settembru 2022.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 August 2022