Illum previous editions

ILLUM 21 August 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1476750

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 23

03 illum • IL-ĦADD 21 TA' AWWISSU 2022 aħbarijiet SUPPORTLINE 1777 Il-Kelliem Nazzjonalista għall- Affarijiet Interni Joe Giglio qasam, permezz ta' stqarrija, numru ta' proposti li l-Partit Nazzjonalista qigħed jagħmel "għal aktar sigurtà f 'pajjiżna." Fost is-sitt proposti, tispikka dik li tgħid illi barranin li jiksru l-liġijiet tal-pajjiż għandhom jitkeċċew minnufih u ma jitħallewx jidħlu f 'Malta. Dawn il-proposti l-Partit Nazzjonalista qiegħed jagħmilhom fid-dawl taż-żieda fl-istejjer li qed jistemgħu fil- ġurnali fosthom l-istorja tal- argument li nqala f 'nofs il- ġurnata ta' nhar il-Ħamis li għadda. Fi Triq il-Kbira San Ġużepp il- Ħamrun, il-Pulizija tad-Distrett kellhom jintervjenu f 'battibekk bejn 'il fuq minn 20 persuna, li huma maħsuba li huma ta' nazzjonalità Sirjana. Fil-fatt mill-investigazzjonijiet li saru s'issa rriżulta li Sirjan ta' 30 sena residenti l-Mosta darab b'mod gravi Sirjan ta' 37 sena b'daqqa ta' injama f 'rasu. Iż- żewġ irġiel se jittressqu l-Qorti bejn illum u għada. Intant, il-Pulizija identifikaw ukoll 11-il persuna oħra li kienu involuti fl-istess argument. Dawn mistennijajitressqu l-Qorti aktar 'il quddiem b'ċitazzjoni u jkunu akkużati bi ksur tal-paċi pubblika u li ma obdewx ordnijiet leġittimi tal-Pulizija. Fuq din in-nota, Joe Giglio qal li l-forzi tal-pulizija għandhom jissaħħu b'kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar. "Il-korp tal- pulizija tagħna huwa demotivat, xogħol żżejjed, mġebbda żżejjed u mħallsa biżżejjed. Ma nistgħux nibqgħu għaddejjin hekk," qal Giglio. Is-sitt proposti li għamel il-PN huma dawn: "1) Li jissaħħaħ l-korp tal-Pulizija billi jitjiebu l-kundizzjonijiet tagħhom ħalli jkunu tabilħaqq effettivi fil- ġlieda kontra l-kriminalita'. Għandna Korp demotivat, overworked, overstretched u underpaid. Ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk. 2) Li barranin li jiksru l-liġijiet ta' pajjiżna jiġu mkeċċija minnufih u ma jitħallewx jidħlu lura f 'Malta. Identity Malta qed torqod fuq dan il-punt. 3) Li jissaħħu l-aġenzji li għandhom id-dover li jinfurzaw il-liġijiet biex b'hekk tiżdied id- dixxiplina kullimkien. 4) Li nibdew naraw kif l-Armata tidba tipparteċipa b'mod aktar attiv fl'infurzar tal- liġijiet. 5) Li l-Qrati tagħna jingħataw riżorsi biex jaħdmu, inkluż billi niktbu mill-ġdid il-Kodiċi Kriminali biex jibda jagħmel sens fiż-żminijiet tal-lum. Għadna nahdmu bi proċedura li nkitbet fl-1854. 6) Li titwaqqaf din il- proċedura li kulħadd jiġi mpjegat mal-Gvern u imbagħad irridu nġibu l-barranin biex jaħdmu u lanqas biss nkunu nafu l-background tagħhom." Min-naħa tiegħu, Giglio temm jgħid li dawn huma proposti li juru biċ-ċar li "l-pajjiż miftuħ biss għal nies tal-affari tagħhom, u mhux li tiġi hawn u tagħmel li trid." MARIANNA CALLEJA Filwaqt li għada l-inġiniera f 'Malta se jivvutaw biex jeleġġu tliet membri li jirrappreżentawhom fuq il-Bord tal-Inġinerija, f 'kummenti mal-gazzetta ILLUM il-President tal- Assoċjazzjoni Maltija tal- Inġiniera Professjonali (MAPE), Arthur Ciantar, talab li jkun hemm trasparenza assoluta speċjalment min-naħa tal-Kamra tal-Inġiniera. Fl-elezzjoni ta' għada se jiġu eletti tliet membri bħala rappreżentanti tal-inġiniera. L-aħħar elezzjoni li saret kienet fl-2020 u rat numru rekord ta' inġiniera li tefgħu l-vot tagħhom. Iżda ftit wara seħħew argumenti interni li saħansittra raw żewġ membri tal-Kamra jtellgħu liċ-Chairperson Noel Camilleri l-Qorti. Mistoqsi dwar dan mill- ILLUM, il-President tal- Assoċjazzjoni Arthur Ciantar saħaq li l-prijorità bħalissa hija t-trasparenza f 'kull livell. "Dan hu bord pubbliku u għalhekk għandu jkun maqsum mal-istakeholders kollha dak li qed iseħħ fil-laqgħat. M'għandux ikun hemm Bord li jaħdem waħdu ġewwa kamra msakkra," saħaq Ciantar. Din il-gazzetta tkellmet ukoll maċ-Chairperson tal-Kamra tal-Inġiniera, l-avukat Noel Camilleri. L-ILLUM staqsitu jekk hux minnu li t-trasparenza tistax tkun aħjar. Huwa wieġeb illi bħal kull Bord ieħor, dejjem ikun hemm element ta' kunfidenzjalità iżda l-minuti dejjem jintbatu lill-membri tal- istess Kamra. "Anke min ma jiġiex, ukoll nibgħatulu l-minuti għax dawk obbligu tagħna," temm jgħid dwar dan Camilleri. Minkejja dan kollu, fi stqarrija li ħeġġet lill-membri biex jivvutaw nhar it-Tnejn, il-Kamra tal-Inġiniera qalet li l-elezzjonijiet "m'għandhomx ikunu okkażjoni għal aktar frammentazzjoni u għandhom jiġu kkontestati biss mid- detenturi tal-warrant nominati li ġenwinament għandhom il- professjoni għal qalbu." Dan filwaqt li wegħdet li r-rappreżentanti futuri tagħha huma mistennija li "jenfasizzaw l-isforzi maħsuba tagħhom biex jerġgħu jistabbilixxu l-armonija fi ħdan il-Bord u jaħdmu mal- partijiet interessati." Għal dawk l-inġiniera li għandhom il-warrant u jixtiequ jivvutaw, jistgħu jagħmlu dan billi jitfgħu l-vot tagħhom fil-Ministeru tax-Xogħlijiet Pubbliċi fi Triq Francesco Buonamici, Belt is-Sebħ, fil- Furjana nhar it-Tnejn, 22 ta' Awwissu bejn it-3pm u s-7pm. 'Barranin li jiksru l-liġijiet ta' pajjiżna għandhom jiġu mkeċċija minnufih u ma jitħallewx jidħlu lura f'Malta' – PN MAPE titlob għal trasparenza assoluta mhux 'bord li jaħdem waħdu ġewwa kamra msakkra' F'kummenti ma' din il-gazzetta l-President tal-Assoċjazzjoni tal-Inġiniera Professjonali, Arthur Ciantar, jgħid li l-assoċjazzjoni qed titlob biss għal trasparenza assoluta min-naħa tal-Kamra tal-Inġiniera

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 August 2022