Illum previous editions

ILLUM 21 August 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1476750

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 23

23 films IL-ĦADD 21 TA' AWWISSU 2022 • illum Carmel Bonnici Barry Lyndon - Xogħol Letterarju klassiku (2) (Ikompli minn nhar il-Ħadd li għadda) Minn dejjem, Kubrick kien iħobb idaħħal mużika klassika fil-films tiegħu bħal f '2001: A Space Odyssey u A Clockwork Orange. Barry Lyndon mhux eċċezzjoni u fih nisimgħu siltiet ta' mużika ta' Johann Sebastian Bach, Antonio Vivaldi, Giovanni Paisello, Wolfgang Amadeus Mozart u Franz Schubert. Imma hu l-aktar li ffoka, anki fit-titlu tal-film fuq dik grandjuża ta' Georgie Frederic Handel li jisimha Sarabande li tinstema' diversi drabi matul il-film u tilħaq il-qofol tagħha fil-final bi dwell bil-pistoli jisimha Sarabande Duel. Barra l-mużika klassika, hemm inkluża wkoll mużika folkloristika Irlandiża, nkluż Sean O' Rada u l-kanzunetta tiegħu Women Of Ireland, irraġata minn Paddy Moloney u bl-arranġament tal-grupp The Chieftans. Fl-Istati Uniti l-film ma kellux dak is- suċċess kummerċjali li stennew minnu l-kumpanija Warner Bros., imma fl- Ewropa mar ħafna aħjar. Din hi l-istorja tal-film: L-Irlanda fis-Seklu Tmintax. Meta r-raġel tagħha jinqatel fi dwell, Mrs. Barry (Marie Keen) tkun trid itella' lit-tifel tagħha Redmond Barry bħala ġentlom. Affaxxinat bil-kuġina tiegħu Nora Brady (Gay Hamilton), iż-żagħżugħ Barry (Ryan O'Neal) ma jkomplix l-edukazzjoni tiegħu meta joġġezzjona għall-attenzjoni żejda li l-Kaptan Quinn (Leonard Rossiter) qed jagħtiha u mingħalih li qatlu fi dwell bil-pistoli. Hu jaħrab biex ma jkunx arrestat, jinsteraq minn ħalliel fuq żiemel u jkun kostrett jingħaqad fl- armata. L-ewwel esperjenza tiegħu fil- gwerra li damet seba' snin tiddiżgustah u l-istess meta jiltaqa' ma' ħabib antik, il-Kaptan Grogan (Godfrey Quigley) li jgħidlu li Quinn għadu ħaj (il-pistola ta' Barry kienet mimlija trab għaliex ħut Nora ma riduhiex titlef sieħeb) u issa sar ir-raġel tagħha. Ftit wara, Barry jaħrab mill-armata għalkemm wieħed mill-alleati Prussi tal-Ingliżi, l-Kaptan Potzdorf (Hardy Kruger) jinduna b'dan u b'hekk ikollu jingħaqad mal-armata Prussa. Xi ftit wara, Potzdorf itih promozzjoni u Barry jintbgħat jispija fuq wieħed diplomatiku, l-Kavallier Irlandiż De Balibari (Patrick Magee) li fuqu hemm suspett li hu spija. Quddiem sħabu ta' pajjiżu hu jikxef xogħlu u l-Kavallier jaħtru bħala l-protettur tiegħu. Eventwalment jaħarbu mill-Prussja u jagħmlu karriera profittabbli bħala lagħba. Il-Kontessa sinjura Ingliża, Lady Lyndon (Marisa Berenson) taffaxxinah u fl-1773 wara l-mewt ta' żewġha, Sir Charles, Barry jiżżewwiġha u jieħu isimha. Meta hu jinjoraha u jibda jiċċaċra ma' diversi nisa, Barry jiġbed fuqu l-mibegħda ta' Lord Bullington (Leon Vitali), it-tifel tagħha. Argument bejn dawn it-tnejn itellef iċ-ċans lil Barry Lyndon li jsir aristokratiku u wara l-mewt tat-tifel tiegħu Bryan jaqa' f 'ħajja dissoluta. Meta l-imnikkta Lady Lyndon tipprova tagħmel suwiċidju, Bullington jiċċalinġja lil Barry għal dwell, iferih serjament u wara iħallaslu biex jitlaq mill-Ingliterra issa jzappap fuq sieq waħda. Xi ftit kurżitajiet fuq din il- produzzjoni epika huma:- Kubrick xtaq attur żagħżugħ popolari u ried l-ewwel lil Robert Redford li iżda m'aċċettax. Barry Lyndon kien innominat għal seba' Oscars u rebaħ erbgħa. Dan kien it-tieni l-itwal film ta' dan id-direttur b'ħin ta' tliet sigħat u seba' minuti. Spartacus (1960) biss kien itwal minnu. Id-direttur rinomat Martin Scorsese iqis dan ix- xogħol bħala l-favorit mill-films kollha ta' Kubrick. Barry Lyndon kien ħareġ hawn Malta għall-ewwel wirjiet f 'teatru mdaqqas f 'Tas-Sliema.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 August 2022