Illum previous editions

ILLUM 23 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1482384

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 27

IL-ĦADD 23 TA' OTTUBRU 2022 • illum aħbarijiet 'Għaliex il-ġar għandu jkun jaf x'għandi d-dar?' Qarrejja mħassba dwar prassi użata biex jinħarġu permessi għal żvilupp YENDRICK CIOFFI Qarrejja tal-ILLUM urew it-tħassib tagħhom dwar proċedura użata meta persuna tiġi biex tapplika għall-permess biex twettaq xogħlijiet ta' kostruzzjoni, anke dawk sempliċi. Dan għax ritratti ta' djar privati qed jispiċċaw jitqassmu f 'idejn għadd ta' persuni. Il-qarrejja li tkellmu ma' din il- gazzetta insistew li filwaqt li jimu din il-prassi, jemmnu li hemm bżonn linji gwida aktar ċari dwar x'għandu jsir minn dawn l-istess ritratti, anke biex ma jsir xejn għad-dettriment tal-privatezza u s-sigurtà tagħhom. Persuna partikolari spjegat kif applikat għall-permess biex ittella' washroom fuq il-bejt tad-dar tagħha. Ovvjament, biex tagħmel dan kellha bżonn tapplika wkoll għall-assigurazzjoni kemm biex tkun koperta hi u anke l-ġirien tagħha. Kif inhi l-prassi, perit żar il- proprjetajiet li jmissu mad-dar tagħha u ħa ritratti tal-kmamar li jinsabu fuq in-naħa tal-parti fejn se jkunu qed isiru x-xogħlijiet u li jistgħu jkunu impattati. Dawn ir-ritratti jittieħdu għal ħafna raġunijiet. Perit ikun jista' jikkonsulta r-ritratti jekk pereżempju l-ġar jallega li x-xogħlijiet ikunu kkawżawlu xi ħsarat. Għax ikollu r-ritratti, ikun jista' jikkonkludi jekk dan hux minnu jew le. "Sa hemm niem u naħseb li tajjeb li jkun hemm ir-ritratti. Imma jiena rċevejt imejl mill- perit, mibgħuta wkoll lil diversi uffiċjali tal-Awtorità tal-Ippjanar u tal-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni, li fiha hemm dawn ir-ritratti u d-dettalji kollha, inkluż l-indirizzi. Jiena naf x'għandhom il-ġirien u bħali hemm dawn il- persuni kollha li għandhom dawn ir-ritratti. Din sigurtà?", staqsiet din il-persuna. Qarrej ieħor li tkellem mal- ILLUM spjega kif maġend id-dar tiegħu se jwaqqgħu dar biex jibnu blokka appartamenti. Il-perit ta' min se jagħmel dan l-iżvilupp ukoll mar għandu biex jieħu r-ritratti. "Ħallejtu jieħu r-ritratti għax importanti imma tlabtu biex iżommhom għandu u jużahom biss jekk ikun hemm bżonn. Jiena ma rridx li ħaddieħor ikun jaf x'għandi d-dar u kif inhi mqassma," insista. Jidher li l-perit fehmu li r-ritratti huma obbligatorji iżda almenu, f 'dan il-każ, il-perit qabel li ma jiħux ritratti sħaħ tal-kmamar imma dettalji, fosthom ta' ħitan li huwa l-aktar importanti. "Għandi ħajt bi it żebgħa mqaxxra. Ħa r-ritratti ta' dik il-parti u mhux tal-kamra kollha kemm hi. Hekk għandu jkun anke għall- privatezza u s-sigurtà," insista. 'Hija prassi komuni u importanti' Dwar dan, il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' perit li spjegat kif din hija prassi komuni u importanti ħafna. Fi kliemha, kull meta jkun hemm applikazzjoni għal xogħlijiet ta' kostruzzjoni, l-Awtorità tal-Ippjanar u anke l-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni jitolbu dawn ir- ritratti, kemm tas-sit fejn se jsiru x-xogħlijiet u anke dawk li jmissu miegħu. "Niem it-tħassib ta' dawn il-persuni u għandhom raġun imma din hija prassi komuni u importanti għax jekk iseħħ xi inċident jew tkun ikkawżata xi ħsara, allaħares ma jkunx hemm dawn ir-ritratti," spjegat. Mistoqsija jekk ir-ritratti għandhomx jinkludi dettalji, aktar milli ritratti ta' kmamar sħaħ, il-perita spjegat li mhux dejjem ikun possibbli. "Ikollok każi fejn pereżempju jkollok arkata. Ikollok tieħu ritratt tal-kamra kollha biex tkun tidher sew," insistiet. Madanakollu saħqet li kemm il-periti u anke l-uffiċjali kollha involuti f 'dawn l-awtoritajiet għandhom responsabbilità kbira u għandhom iżommu dan dejjem quddiem għajnejhom. "Hija fir-responsabbilità ta' dawn l-uffiċjali professjonali li għandhom aċċess għal dawn ir-ritratti li jżommu l-kunfidenzjalità u jirrispettaw il- privatezza u s-sigurtà tal-persuni kollha kkonċernati," insistiet. Ġaladarba l-qarrejja qajmu l-kwistjoni tas-sigurtà, il-gazzetta ILLUM tkellmet mal-Kriminologu Saviour Formosa u staqsietu kemm huwa perikoluż li ritratti ta' djar privati jispiċċaw imxerrda għand ħafna nies. Formosa insista li ma jistax jikkummenta dwar dawn il-każi partikolari. Fi kliemu, jekk din hija parti minn proċedura u prassi fejn jidħlu permessi għall-iżvilupp, trid issir. Madanakollu fakkar li t-tixrid ta' ritratti ta' djar privati hija xi ħaġa li saret komuni mmens speċjalment fuq il-midja soċjali. 'L-opportunità żżid il-kriminalità' "Qed nagħmel BBQ fuq il-bejt u tfajt filmat tal-bejt u dak kollu li fih. Kulħadd jaf fejn huma t-twieqi u l-bibien. Jew xtrajt xi biċċa għamara ġdida u tfajt ritratt jew filmat tagħha. Dawn sirna nagħmluhom kontinwament," insista Formosa. Fakkar f'dak li dejjem jinsisti dwaru hu, jiġifieri li l-opportunità żżid il- kriminalità u fi kliemu, meta persuna xxerred dawn ir-ritratti u l-filmati tad-dar, tkun qed iżżid l-opportunità għal dawk li forsi jkunu qed jaħsbuha għandhomx jidħlu jisirqu jew le. "L-istess nagħmlu meta nkunu msiefra. Kulħadd jitfa' r-ritratti fuq Facebook u javża lil min irid jisraq li d-dar hija vojta u mhu se jkun hemm ħadd," kompla jisħaq. Ovvjament, dan il-fenomenu sar aktar popolari minħabba dawk li jissejħu influencers li kontinwament jitfgħu u jippubblikaw filmati, fuq Facebook, Instagram u TikTok, anke ta' dak li għandhom id-dar jew inkella ta' affarijiet li jkunu xtraw jew li ngħataw biex jagħmlulhom riklam. "Il-ħaġa hija ironika mmens. Mhux biss tkun qed tirreklama prodott imma tkun qed turi lil ħaddieħor, inkluż lil min għandu intenzjonijiet ħżiena, dak li għandek id-dar," kompla Formosa. "Ħaddieħor jispiċċa jagħmel bħalhom." Propju għalhekk li appella li hemm bżonn aktar għarfien, inkluż fl-iskejjel, dwar dan is-suġġett. Fi kliemu, il-kampanji ta' għarfien jaħdmu. Dwar dan, l-ILLUM kellmet ukoll lill-Kummissjoni għall-Protezzjoni u l-Informazzjoni tad-Data, Ian Deguara li saħaq li biex perit jikkompila l-condition report, taħt il-liġijiet li jirregolaw is-settur tal-kostruzzjoni, bilfors irid jiġbor, apparti r-ritrarri, id-dettalji personali tas-sidien. Għalhekk jidħol fis-seħħ ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR). "Dan ifisser li l-perit fil-kapaċità tiegħu ta' kontrollur tad-data għandu jkun responsabbli għall-konformità mal-provvedimenti tar-Regolament ... Wieħed minn dawn l-obbligi huwa li jinforma b'mod adegwat lil dawk il- persuni dwar liema data qiegħda tiġi pproċessata, x'se jsir minn din id-data, għal liema raġuni qiegħda tinġabar, lil min ser tingħadda, u kif ukoll liema huma d-drittijiet tas-suġġetti tad-data taħt ir-Regolament." Filwaqt li saħaq li jifhem it-tħassib ta' dawn il-persuni, insista li r-Regolament jista' jitqies bħala wieħed mill-għodod legali sabiex jissalvagwardja l-privatezza ta' persuna. "Nemmen li l-periti huma kollha professjonisti u allura għandhom jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom b'mod prudenti u b'rispett sħiħ lejn il-privatezza tal- persuni." Anke biex sempliċiment ittella' kamra fuq il-bejt trid permess u biex dan joħroġ, perit irid imur anke għand il-ġirien tiegħek biex jieħu r-ritratti li jispiċċaw imbagħad f'idejn diversi persuni. Qarrejja jitkellkmu mal-ILLUM u jistaqsu jekk din il- prassi hux thedded il-privatezza u s-sigurtà tagħhom 'Kontinwament qed imperrċu fuq Facebook dak li għandna u ma għandnix id-dar' 'Perit huwa obbligat jinforma lis-sidien x'se jsir mill-informazzjoni u min se jkollu aċċess għaliha'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 October 2022