Illum previous editions

ILLUM 23 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1482384

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

'Jiena Malti u llitterat. Jiena VIP': Il-politika CARMEL BORG Rapport mill-Qorti mtella' fis-27 ta' Settembru, mis-sit elettroniku illum.com.mt, mhux biss jitfa' dawl fuq l-aħħar minn serje twila ta' skandli li nawwru l-kredibilità ta' Transport Malta, iżda jkompli jdawwal dak li nafu dwar ir-relazzjoni bejn il-politikant, iċ-ċittadin, u l-istituzzjonijiet li donnhom qegħdin hemm biex iservu mhux biss lill-klijenti leġittimi tagħhom iżda wkoll lill-klijenti tal-politikant li donnu ma jafx jiddistingwi bejn il-ħanut tal- merċa fir-raħal, fejn jidħol b'kunfidenza għax għar-raħal huwa ras kbira, u istituzzjonijiet li huma mistennija li jservu bi dritt, indipendenza u effiċjenza, u mhux bi pjaċir. Qed nirreferi għar-rapport ta' Albert Gauci Cunningham, bit- titlu 'Jekk ma tgħaddihx lil dan wieġbu int lill-Ministru' – Hekk qalulu lill-eżaminatur tat-testijiet tas-sewqan.' Laqatni mument partikolari fix- xiehda li ngħatat fil-Qorti, meta x-xhud rrefera għal klijent illitterat tal-politikant bħala klijent VIP. Hawnhekk, jidher li għandna każ fejn il-vassal-illitterat qiegħed ifittex il-kenn tas-sid-patrun biex jagħmillu tajjeb għan-nuqqas ta' ħiliet bażiċi tiegħu. Filwaqt li jista' jkun li b'ġest bħal dan il-politiku jkun qiegħed isaħħaħ il-lealtà tal-vassal-suldat fi gwerra kontinwa kontra l-għadu politiku, interessanti kif f 'din il- logħba politika, li issa laħqet livelli assurdi, l-isfreġju tal-illiterizmu donnu sar preġju, hekk kif wieħed minn dawk li ħakkew ġobniethom mal-ħakkieka tal-protettur tar- raħal, talab biex jiġi kkumpensat għall-illiteriżmu tiegħu, u għamel dan minn pożizzjoni soċjali ta' persuna importanti ħafna (VIP). F'dan il-każ, il-privileġġ ma joħroġx minn preġji meritokratici (anke jekk burgiżi) marbuta mal-illużjoni li s-suċċess huwa esklussivament espressjoni ta' ħeġġa u kwalitajiet personali, iżda mill-fatt li, għalkemm ilitterat, it- tali huwa qrib tal-politikant (jew tar-ragħaj li jindukralu l-merħla). U la l-klijent jidher li huwa qrib il-politikant, huwa importanti elettoralment ħafna aktar minn ħafna persuni litterati li mhux biss m'għandhomx bżonn il- patrunaġġ tal-baruni tar-raħal iżda wkoll, f 'għajnejn il-baruni, huma aktar żellieqa fil-lealtà elettorali tagħhom. Jien Malti u illitterat, jien VIP Il-ħiliet bażiċi, is-sovranità u l-ħelsien it li xejn għandhom relevanza fil-kuntest tal- ekonomija neo-medjovali tal- patrunaġġ, fejn huwa possibbli li wieħed imiss mal-politiku u dlonk isir persuna mill-aktar importanti. F'kuntest fejn il-ħbiberija mal-politikant hija mixtieqa u tirrendi, id-demokrazija titlef ħafna mis-saħħa, hekk kif il- prinċipji u l-valuri marbutin ma' demokrazija b'saħħitha jiddewbu fil-forġa tal-politikant-patrun. L-istorja msemmija fir- rapport għandha ħafna aktar implikazzjonijiet minn sempliċi pjaċir mhux mistħoqq. Wieħed jinnota l-vjolenza fil- forma ta' theddid, li jekk ma jsirx kif qiegħed jagħmar il-patrun, xi ħadd, x'aktarx dak li jista' jaqdi minn ġewwa, se jkollu jiffaċċja l-patrun u jbati l-konsegwenzi. Banditiżmu li jitpendel bejn it- theddid ta' vjolenza, anke jekk simbolika, u s-sospensjoni ta' dak kollu li huwa moralment korrett u legali, biex il-ġid komuni pubbliku jservi l-interess privat. Jidher li l-bandit m'għandux għalfejn iħabbel moħħu lil min se jaħtaf jew jisraq għax ġid il- poplu huwa dejjem fil-qrib ta' min għandu l-poter, u disponibbli għal min irid jaħtaf minnu bla biża'. Fl-istess ħin, "sakemm ma tiħux minn tiegħi", "sakemm tħallini ndawwar Ewro bil-kwiet", u "sakemm moħħi mistrieħ li meta nħabbat il-bieb tal-politikant se jinfetaħ għalija wkoll", l-'epidemija tal-indifferenza' tibqa' tagħti l-liċenzja lill-baruni tar-raħal biex 12 analiżi IL-ĦADD 23 TA' OTTUBRU 2022 • illum 'Mhux kemm taf. Imma lil min taf' jgħid il-Malti u l-Professur Carmel Borg jieħu spunt mix-xhieda li trattat l-iskandlu fi TM biex ifakkar fid-dannu li qed isir lil pajjiżna bil- politika provinċjali ta' patrunaġġ... "Laqatni mument partikolari fix-xiehda li ngħatat fil-Qorti, meta x-xhud rrefera għal klijent illitterat tal- politikant bħala klijent VIP"

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 October 2022